LEĠĠENDI FUQ IL-PROMENADE 

Kulħadd huwa mistieden għal serata spettakolari mimlija mużika, divertiment u attivitajiet għall-familja kollha! Legends on the Promenade ser isseħħ nhar il-Ħadd, 26 ta’ Lulju 2026, mis-7.30pm sal-11pm fix-xatt tal-Gżira.

Dan l-avveniment ser joffri lejla indimentikabbli b’wirjiet mill-aqwa minn Josuel Grech & Geos; Claudia Faniello u Fabrizio Faniello.  Filwaqt li l-preżentaturi ser ikunu Ryan u Josmar.

Legends on the Promenade ser ikun possibbli grazzi għall-Kunsill Lokali tal-Gżira u l-għajnuna finanzjarja tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u d-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.

Kulħadd imħeġġeġ sabiex iġġibu magħkom il-familja u l-ħbieb u tgawdu lejla maġika mimlija mużika, divertiment u memorji sbieħ fuq ix-xatt.

Is-serata ser tkun imżewqa b’diversi talenti u divertiment, għal kulħadd, b’attivitajiet bħal:

Walkers fuq stilts; Spettaklu bil-bżieżaq; Tpinġija fuq l-uċuħ u artiġjanat u logħob għat-tfal.

Scroll to top