Intervista ma’ Claire Louise Cauchi
L-awtrici Claire Louise Cauchi tghix ġewwa l-Fgura u tahdem bhala infermiera ġewwa l-isptar Mater Dei. Minn ta’ sitt snin jew iżgħar missierha rawwimha li bilfors jehtieq taqra.
Kien jixtrilha kotba tat-tfal, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, u kienet taqrahom fi tlett ijiem, u kienet tkun trid toħroġ storja fil-qosor fuq kull ktieb li taqra. Filfatt drat tikteb djarju minn eta’ zgħira, fejn kuljum; kull ġurnata tikteb dak kollu li tkun għaddiet minnu fil-ġurnata.

Fl-eta’ ta’ dsatax-il sena kienet għaddiet minn esperjenza pjuttost qarsa. Fejn wara li għadda kollox b’wiċċ il-ġid, kienet iddeċidiet li taqbad tikteb u tirrakkonta x’kienet għaddiet minnu, biex hekk ikun hemm tfajliet bħalha jieħdu tagħlima mill-istorja qarsa tagħha.
Hekk kienet għamlet, iżda kienet kitbet l-istorja bl-Ingliż, u meta waslet biex tipprintjah, bosta kienu ssuġġerulha li l-aħjar li tagħmel, peress li Maltija, li tiktbu bil-Malti halli wara tkun tista tippublikah u tkun tista’ tqassmu ma kemm tista’ nies biex jintlaħaq ma’ ħafna nies.
Filfatt is-sena l-oħra, f’Ottubru tas-sena 2025 ppubblikat l-ewwel ktieb tagħha – ‘Il-Ġrajja ta’ Francesca’. Dan il-ktieb jirrakkonta storja ċkejkna fuq din it-tfajla jisimha Francesca. Dan il-ktieb huwa bbażat fuq l-istorja kkomplikata ta’ ħajjitha.
Din is-sena fit-23 ta’ Ġunju 2026, li jaħbat propja jum it-twelid tagħha ser tkun qed toħroġ it-tieni ktieb tagħha, fejn din id-darba jismu: Francesca. Il-Ġrajja Tkompli. Għalkemm Francesca illum il-ġurnata hija persuna differenti ferm mit-tfajla taż-żmien ilu, it-tieni ktieb, ikompli juri rakkonti personali differenti fejn jinstab mumenti ta’ qtiegħ il-qalb, iżda li llum il-ġurnata tista’ tgħid li tħares lejn il-ħajja b’lenti ferm differenti u pożittiva.
Kif normalment tqassam il-process tal-kitba tieghek?
Il-proċess tal-kitba qatt ma nsibu diffiċli għax nħobb ħafna nesprimi ruħi fil-kitba. Biss il-proċess kollu biex tlesti ktieb jieħu kemmxejn żmien.
X’tixtieq li johrog minn dawn il-kotba tieghek?
Ix-xewqa tiegħi tibqa li nagħmel kemm nista’ ġid ma kull min għaddej minn problemi simili biex ma jaqtax qalbu.
Ghidli aktar dwar it-tieni ktieb tieghek
It-tieni ktieb ser joħroġ fit-23 ta’ Ġunju. Ser inkun qed nbigħ l-ewwel ftit kotba waqt attivita’ privata ta’ għeluq snini. Jistgħu jilħqu jordnaw il-kotba billi jibghatu messaġġi fuq il-medja soċjali tiegħi, fejn nibda ndaħħal l-ordni tagħhom ħalli nkun nista’ niftiehem magħhom biex nmur jien stess bil-kotba tagħhom. Kotba tiegħi jibdew jinstabu ukoll fi ħwienet tal-kotba minn l-ewwel ta’ Lulju. Naġġornakhom fejn ser jinstabu.

X’inhi l-opinjoni tieghek dwar il-qari?
Nibqa nisħaq li l-qari huwa ta’ importanza kbira, għalkemm illum il-ġurnata naħseb li naqas ħafna.

Recent Comments