Pink October : Il-kancer tas-sider

Il-kancer tas-sider huwa pjuttost komuni, u jista jafettwa kemm lin-nisa, u anke lill-irgiel. Ghaldaqstant wiehed ghandu jkun infurmat dwaru, specjalment issa li qeghdin fix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar li fih jitqajjem iktar taghrif dwar din il-kundizzjoni li tahkem lic-celloli tas-sider.

Huwa maghruf illi n-nisa huma iktar f’riskju li jaqbadhom il-kancer tas-sider, specjalment jekk qatt ma welldu tfal, jekk gihom ic-ciklu tal-menstruwazzjoni qabel l-eta’ ta’ 12 il-sena jew il-menopawza tard. Riskji ohrajn ghal din il-kundizzjoni jinkludu l-eta’, l-obezita, t-tipjip u l-konsum tal-alcohol eccessiv, esposizzjoni ghar-raggi u kif wkoll, diversi fatturi genetici.

Is-sintomi relatati mal-kancer tas-sider jinkludu l-presenza ta’ bocci f’diversi partijiet fis-sider li jistghu wkoll jinhassu iktar iebsin, u tibdil fil-kulur, fil-forma jew fil-komposizzjoni tal-gilda ta’ madwar is-sider. Wiehed jista’ wkoll jinnota’ xi likwidu hiereg mis-sider, telf ta’ piz jew ghejja. Huwa importanti li wiehed jiccekkja sidru regolarment u jkellem lit-tabib tieghu jekk jinnota’ xi tibdiliet, halli jsiru iktar testijiet; bhall-mammografija, ultrasound jew biopsy.

Ikun ghaqli ferm li wiehed jaccetta l-invitazzjoni sabiex jaghmel l-“iscreening” tas-sider kull tant zmien. L-ghan ta’ dan huwa li jinqabdu certi kundizzjonijiet fis-sider fi stat bikri, u ghalldaqstant wiehed jaf jtejjeb wkoll il-prognozi.

Wiehed ghandu jfittex wkoll li jghix stil ta’ hajja sana billi jiekol ikel nutrittiv, jzid l-ezercizzju fiziku, jitlef il-piz zejjed, ma jpejjipx u jnaqqas l-konsum ta’ l-alkohol.

Artiklu provdut minn: Dame (Dr.) Georgiana Farrugia Bonnici – Medical DoctorMD, MSc Family Medicine, BSc (Hons). Radiography, Diplomas in Mindful Mental Health, Cognitive Behavioural Therapy, Nutrition & Dietetics, Homeopathy & Reflexology, Creative Writing 

Scroll to top