L-aromaterapijja hija mod iehor kif wiehed jghin sabiex inaqqas l-istress u l-ansjeta’, kif wkoll issahhah is-sistema ta` l-immunita` u jtejjeb l-irqad.  L-aromaterapijja tinvolvi l-uzu ta` zjut aromatici li jigu estratti minn pjanti differenti u li ghandom effetti terapewtici fuq is-sahha fizika tal-bniedem, kif wkoll dik mentali.  L-aromaterapijja tistgha tghin anka fl-ghejja, l-ugiegh ta` ras, il-kongestjoni, id-dardir, l-ugiegh ta` l-artrite u diversi kundizzjonijiet ohra, billi tikkumplimenta l-interventi medici, dieta tajba u stil tal-hajja sana, sabiex wiehed izomm ruhu f’sahhtu b’mod holistiku.

 Whud mill-essential oils li jistghu jghinu fit-tishih ta` l-immunita huma l-Lemongrass (Cymbopogon citratus), it-Tea Tree (Melaleuca alternifolia) u l-Frankincense (Boswellia carteri u Boswellia sacra), filwaqt li whud li jistghu jghinu biex jtaffu l-istress, l-ansjeta, u kif wkoll jtejjbu l-irqad huma l-iSweet Orange (Citrus sinensis), il-Clary Sage (Salvia sclarea), ir-Roman Chamomile (Chamaemelum nobile) u it-True Lavender (Lavandula angustifolia).

Meta nuzaw l-essential oils importanti li nzommu f’mohhna li dawn huma zjut ikkoncentrati hafna u li ghaldaqstant m’ghandniex inpogguhom dirett fuq il-gilda taghna minghajr ma niddilwuhom, ghax jistghu jirrizultaw f’irritazzjoni, hmura u hruq, barra mill-possibilta ta` allergijji. Huwa importanti hafna wkoll li l-essential oils ma nziduhomx max-xorb jew ma’ l-ikel ghax dawn jistghu jghamlu hsara lis-sistema digestiva taghna, kif wkoll lil sistemi ohrajn ta` gisimna.  

L-izjed mod sikur biex jintuzaw l-essential oils huwa bl-uzu ta` diffuser, fejn il-qtar ta` l-essential oils jevaporaw u jiccirkolaw fl-arja sakemm jingibdu minn imnifsejna.  Il-qtar ta` l-essential oils jistghu jitpoggew ma` l-ilma go electric diffuser jew anka go oil burner li jinxteghel bix-xemgha.  Id-diffuser jew l-oil burner ghandom jithallew mixghulha go kamra li hija ventilata tajjeb ghal mhux izjed minn siegha kulljum. 5 qtar huma bizzejjed ghal go diffuser jew oil burner. 

Metodu iehor ta` kif jistghu jintuzaw l-essential oils ghar-rilassament u l-irqad huwa billi jithalltu fil-banju.  Qabel jithalltu ma’ l-ilma, l-essential oils ghandom jigu mahlula go mgharfa shower gel, ghasel jew halib, imbaghad dawn jistghu jigu mhallta ma’ l-ilma ta` gol-banju.  6 qtar ghal gol-banju huma bizzejjed u wiehed ghandu joqghod go dan l-ilma jirrilassa ghal madwar kwarta jew 20 minuta. Dan it-tip ta` banju aromatiku jista` jsir darba kull erghbat’ ijiem. 

L-uzu tal-essential oils m’huwiex addattat ghat-tfal, nisa tqal, anzjani u nies ohra li jbatu minn kundizzjonijiet medici jew jiehdu xi medicini – specjalment qabel ma jiehdu parir minghand it-tabib taghhom, u minghand aromaterapista professjonali.

Ghall-ahjar rizultat terapewtiku, huwa importanti li l-essential oils li jintuzaw ikunu ta` kwalita’ tajba.  Biex jibqghu jahdmu sewwa huwa wkoll importanti li l-fliexken ta` l-essential oils jinzammu mghaluqin sew, fid-dlam, fil-frisk u fix-xott, minhabba li s-shana, d-dawl, l-ilma u l-arja jistghu jibdlu il-kompozizzjoni kimika taghhom u jghamluhom ineffettivi.  Post tajjeb fejn jinzammu l-essential oils huwa mghaluqin sew go kaxxa ssigillata gol-fridge, specjalment fix-xhur tas-sajf meta f’Malta t-temperatura taf tkun pjuttost gholja.  Importanti li l-kaxxa tkun tinghalaq sew ghax jekk l-essential oils jevaporaw u jithalltu ma’ l-ikel ta` gol-fridge jistghu jghamlu l-hsara.

Artiklu provdut minn: Dame (Dr.) Georgiana Farrugia Bonnici – Medical DoctorMD, MSc Family Medicine, BSc (Hons). Radiography, Diplomas in Mindful Mental Health, Cognitive Behavioural Therapy, Nutrition & Dietetics, Homeopathy & Reflexology, Creative Writing 

Scroll to top