Movembru
Ix-xahar ta’ Novembru jqajjem kuxjenza u għarfien dwar kundizzjonijiet mediċi tal-irġiel; dawk fiżiċi bħal kanċer tal-prostata u kanċer tat-testikoli, kif ukoll dik mentali bħal saħħa mentali u suwiċidju. F’dan l-istess kuntest ix-xahar ta’ Novembru jiġi wkoll imsejjaħ Movembru.
Kanċer Tal-Prostata: Sintomi u Predispożizzjonijiet
Il-kanċer tal-prostata li huwa iktar komuni jaffettwa irġiel biss u n-nies li għandhom riskju ikbar huma dawk ikbar fl-età, dawk obesi u kif ukoll dawk ta’ karnaġġjun iktar skura. Sintomi jistgħu jinkludu diffikultà biex tgħaddi l-urinà, inkontinenza, demm fis-semen u ibabbilta ta’ erezzjoni, kif ukoll uġigħ fl-għadam u fil-parti t’isfel taż-żaqq.
Kanċer Tat-Testikoli: Sintomi u Predispożizzjonijiet
Mill-banda l-oħra l-kanċer tat-testikoli huwa inqas komuni minn tal-prostata u r-riskju huwa iktar għal min għandu karnaġġjun iktar abjad, kif ukoll min ibati bil-kundizzjoni Kleinfelter Syndrome. Sintomi jistgħu jinkludu uġigħ, tmenmnin, nefħa u tkabbir tat-testikola, kif ukoll uġigħ fil-parti t’isfel taż-żaqq. Għalkemm inqas komuni, wieħed jista’ wkoll jesperjenza uġigħ fid-dar, qtugħ ta’ nifs, uġigħ u/jew tkabbir fis-sider, kif ukoll telf ta’ piż.
Prekawzjonijiet: Kif Tista’ Tevita
Iż-żewġ kanċers għandhom predispożizzjoni fuq irġiel li l-familja tagħhom ġġorr l-istess kundizzjoni. L-ewwel nett, wieħed għandu dejjem jeżamina ruħu b’mod frekwenti, kemm biex jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u anka biex jilqa’ għal affarijiet simili minn stadju bikri.
Wieħed għandu wkoll imur għand it-tabib tiegħu jekk iħoss sintomi simili u anka jekk qed jesperjenza xi affarijiet li mhux normalment jħoss. It-tabib imbagħad, dejjem jekk ikun neċessarju, jista jagħmel xi testijiet tad-demm, ultrasound jew kwalunkwe ħaġa ohra neċessarja ghad-dijanjosi.
Dieta nutrittiva kif ukoll eżerċiżżju fiżiku huma wkoll importanti għal ħajja iktar ta’ kwalità u b’saħħitha, kemm fiżikament u anka mentalment.
Dan l-artiklu gie migjub lilek b’kordinazzjoni ma’ ×Be Holistically Healthy, MD× By Dr. Georgiana Farrugia Bonnici
Hajr lil Dr. Georgiana Farrugia Bonnici, MD, MSc Family Medicine, BSc (Hons). Radiography
Diplomas in Mindful Mental Health, Cognitive Behavioural Therapy, Nutrition & Dietetics, Homeopathy & Reflexology, Creative Writing & Interior Design
Recent Comments