Kuncert ta’ Laura Marzadori – Ramona Portelli Blog

Kuncert ta’ Laura Marzadori

Teatru Manoel b’kollaborazzjoni ma’ RPL Malta u Calma Management ser jorganizzaw Kuncert ta’ Laura Marzadori nhar il-Hadd, 23 ta’ Gunju 2024 fit-8.30pm gewwa Teatru Manoel, il-Belt Valletta.

Il-kuncert ser ikun jikkonsisti b’Laura Marzadori, Leader tat-Teatro alla Scala Orchestra flimkien ma’ Eugenio Silvestri fuq il-viola, u t-talenti lokali taghna Francis Camilleri fuq il-pjanu u Bettino Farrugia fuq il-pjanu.  Il-programm innifsu ser jikkonsisti fi Trio dei Birilli di Mozart, J. Brahms Trio op. 40 (viola al posto del corno) u Concert D. Shostakovich: 5 pezzi.

Laura Marzadori inghaqdet ma’ Scala Theater Orchestra bhala leader violin lura fis-sena 2014, meta kellha biss 25 sena.  Qabel ma kienet hadet din il-pozizzjoni kienet iddoq bhala solistra u bhala vjolinista mac-chamber, pero qatt f’orkestra.  Madanakollu, l-membri tal-kummissjoni flimkien ma’ Daniel Barenhoim bhala l-president, unanimament hattruha bhala l-Concertmaster.  B’din il-kariga, hija diga hadmet ma’ diversi kondutturi mondjali bhal Barenboim, Chailly, Gatti, Harding u Pappano.

Hijab diet tistudja l-vjolin ftit xhur qabel ma’ kienet ghalqet erba’ snin ma’ Fiorenza Rosi, ghalliem tal-metodu Suzuki.  Ta’ ghaxar snin studjat ghal sena mal-Professur Enzo Porta – vjolinist kbir, qabel ma dahlet ghal GB Martini Conservatory gewwa Bologna minn fejn hija gradwat magna cum laude f’Ottubru 2005.

Laura studjat ukoll ma’ Marco Fornaciari sakemm kellha sbatax-il sena, ghal hafna snin vjolinista solista ma’ Claudio Scimone ensemble ‘I Solisti Veneti’.

Fis-sena 2004 hija rebhet ‘Andrea Amati’ National Contest for Young Violinists.  Ic-chairman tal-gurija kien il-famuz vjolinista Salvatore Accardo.

Dan il-kuncert huwa ssaportjat mill-Ministeru ghall-Kultura u Kunsilli Lokali – Ministeru ghat-Turizmu – Continental Cars – Green MT – M Vintage – Waterfront Hotel.

Il-biljetti ghall-Kuncerta ta’ Laura Marzadori qed jinbieghu b’rittmu mghaggel u jistghu jinxtraw ghall-prezzijiet ta’ €30, €25, €20 u €10.  Hemm skondi specjali ghal student u karta anzjan. 

Ghall-biljetti tal-kuncert idhlu fuq www.teatrumanoel.mt jew cemplu (+356) 2124 6389

Scroll to top