Tlett deejays Maltin ser johorgu tracks ma’ kumpanija globali – Ramona Portelli Blog

Tlett deejays Maltin ser johorgu tracks ma’ kumpanija globali

Il-muzika tal-artist lokali Paul Hamilton, Cathy K u Vulturem maghzula minn Univack Records biex tohrog ix-xahar id-diehel.

Tlett deejays u producers Maltin Paul Hamilton, Cathy K u Vulturem fis-6 ta Ottubru li gej ser johorgu zewg tracks bl-isem ta’ Clichan u Luke – isem ta’ zewgt itfal Maltin li wara li hadu l-permess tal-genituri taghhom, iddecidew li jsemmu dawn it-tracks ghalihom. Tfal specjali li ghaddew u ghaddejjin minn hafna.

Cathy K li hija deejay u producer ghal dawn l-ahhar tmintax-il sena u ilha tipproduci l-muzika taghha ghal dawn l-ahhar seba snin.  Cathy tvarja l-muzika taghha fi stili differenti bhal house, tech house, progressive house, melodic house u afro house, filwaqt li ddoqq f’diversi postijiet tad-divertiment mal-aqwa deejays lokali kif ukoll barranin. Apparti hekk Cathy hija msiehba ma’ diversi djar tad-diski rinomati fosthom Bonzai, Joof, Deepwide Underground, Droid 9 u Soundteller Records. Hi wkoll irnexxilha tiklassifika mal-aqwa 100 top charts fid-dinja.

Paul Hamilton hu l-ewwel progressive house deejay u producer Malti li beda jdoqq f’Dubai u Abu Dhabi u kien maghzul minn Armin Van Buren, Ruben de Ronde u David Lewis productions biex idoqq f’wiehed mil-akbar festivals tad-dinja. Hu msieheb ma’ diversi djar tal-produzzjoni rinomati madwar id-dinja b’esperjenza ta’ aktar minn ghoxrin sena f’dan il-qasam. Kien ukoll ha l-premju tal-aqwa deejay dinji. Bhalissa Paul qed idoqq f’diversi klabbs madwar id-dinja.

Duncan Pace jew ahjar bl-stage name tieghu Vulturem huwa pjuttost wicc gid f’dan il-qasam muzikali. Taht it-tregijja ta’ Cathy K hu beda jitghallem l-arti tad-deejing u daqq u jdoqq f’diversi stabbilimenti lokali, kif ukoll beda jistudja l-produzzjoni muzikali wkoll. Bl-idea tieghu li qasam ma’ Cathy u Paul inghaqdu t-tlieta flimkien sabiex hargu dan il-prodott finali. Fi kliem Duncan stress, stqarr, “Hija xi haga ta’ kuragg li tkompli tibqa sejjer meta tara rizultati daqshekk sbieh u meta tahdem ma’ producers Maltin bhalek u li fl-esperjenza taghhom dejjem ghandek x’titghallem minnhom”.

F’dan il-qasam tezisti kompetizzjoni kbira ghall-fatt li jinhargu mijiet ta’ tracks ippubblikati mad-djar tad-diski u ghaldaqstant taghmilha aktar difficli biex tidhol fihom. Kull darba li artist jiffirma kuntratt ma’ dawn id-djar tad-diski mhix xi haga zghira peress li dawn ifittxu l-aqwa u l-ahjar talent u kwalita.

Scroll to top