MCC tipprezenta Serata ma’ MASDAN TRIO – Ramona Portelli Blog

MCC tipprezenta Serata ma’ MASDAN TRIO

Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, Belt Valletta ser tipprezenta serata ma’ MASDAN TRIO.

Dan l-avveniment ser ikun qed isehh nhar l-Erbgha, 27 ta’ Lulju 2022 fis-7.30pm gewwa s-Sala Girolamo Cassar, f’Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, fil-Belt Valletta.

Il-MASDAN TRIO nghaqdu flimkien bhala tlett muzicisti Siciljani u b’esperjenzi kbar warajhom fis-sena 2018.  It-tlieta li huma ghandhom warajhom esperjenzi vasti f’kuncerti kbar.  Dan it-trio jikkonsisti f’Nicola Mogavero fuq is-saxophone, Giusy Cascio fuq il-pjanu u Luigi Sferrazza fuq il-vjolin.

Id-durata ta’ din is-serata hija 60 minuta, biljetti ghal 10 ewro biss, filwaqt li tfal taht 12-il sena minghajr hlas.

Ghall-biljetti zuru s-sit www.showshappening.com u ghal aktar informazzjoni cempel fuq 2559 5750.

Scroll to top