L-etikett huwa suġġett vast li forsi ftit huma dawk li jaħsbu dwaru u dwar kemm l-istess etikett jidħol fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.  Sfortunatament ħafna jagħżlu li jwarrbuh jew li ma jdaħħluhx f’kollox. Issib oħrajn li jimxu pinna u klamar skond kif jitlob l-etikett.  Ghal aktar informazzjoni u studju dwar l-etikett, f’Malta hawn First Class Etiquette li l-fundratici tieghu hija Ramona Galea.  Hija wkoll International Business Etiquette and Protocol Consultant u Cross Cultural Specialist mħarrġa f’Londra. 

Fost hafna programmi offruti minn First Class Etiquette, it-tlieta l-aktar popolari huma:

International Business Etiquette

Programm immirat u specjalizzat ghal dawk li jixtiequ jiddistingwu ruhhom fid-dinja tax-xoghol billi jeccellaw f’sitwazzjonijiet differenti u ma klijenti ta’ livelli diversi, dan b’mod specjali meta jigu biex jinnegozzjaw ma’ klijenti fuq bazi internazzjonali. Dan il-programm jitqies essenzjali biex wiehed jizviluppa hiliet b’mod holistiku u li jikkumplimenta kwalifici akkademici.

International Social Etiquette

Jekk tixtieq thossok komdu/a f’kull sitwazzjoni li tista ssib ruhek fiha fil-hajja socjali tieghek, dan il programm huwa idejali ghalik. Jekk trid titghallem l-etikett korrett mistenni minnek fuq il-mejda waqt ikla formali jew jekk tixtieq tizviluppa l-gharfien fuq kif wihehed ghandu jgib ruhu u jilbes f’okkazjonijiet differenti fost hafna topics differenti, lesti ruhek biex titghallem u fl-istess hin tiehu pjacir bil-partecipazzjoni tieghek f’dan il-programm.

International Youth Etiquette

Programm meqjus bhala il-fondazzjoni ghal edukazzjoni holistika u l-aktar importanti biex ihalli impatt fuq il-generazzjonijiet futuri. Ramona Galea temmen li jekk iz-zghar tal-llum jitghallmu l-importanza tal-etikett, il-kortesija u l-manjieri, dawn ikollhom ‘ripple effect’ fuq it-tfal taghhom meta jikbru. Programmi addatati skond l-eta u skond il-livell ta’ kul partecipant huma offruti lil tfal mill-eta ta 4 snin sa l-eta li student ikun l-universita u ser jidhol fid-dinja tax-xoghol.

Il-programmi jistghu jigu pprezentati kemm bil-Malti u bl-Ingliz u il-partecipazzjoni tista tkun kemm individwali jew fi grupp. 

Aktar informazzjoni fuq il-kontenut ta’ dawn il-programmi kif ukoll fuq  hafna programmi ohra,  zuru is-sit elettroniku www.firstclassetiquette.net

Scroll to top