Into Summer: So Galerie’s Summer 2013 Art Collection – Ramona Portelli Blog

Into Summer: So Galerie’s Summer 2013 Art Collection

Into Summer

So Galerie’s Summer 2013 Art Collection

This year’s gallery choice to plunge its space into the summer heat.

Fourteen artists, from the gallery’s own archive, dating from 1988 to 2013. 

Time that ran into hours, into days, weeks and months of conversation and often unavoidable inhaled smoke [of all sorts], just to begin to make some sense of the meaning pertaining to each work, and so to the life of the artists themselves. 

Here, in such a passage of time, art recieves value and transcends what is visual and what is usually percieved as decorative by many, into what is rightfully intended to be evocative.

This is not unlike seeing a beautiful woman [or whatever might take your interest] for the first time [the esthetically decorative] and getting to know what truly lies within her soul in a longer time frame.

Cities and towns from London to Kiev and Valletta to Podgorica, set stage for these artists’ human experience, stirring the soup of emotions, that finally creates this Art [and all other].

An experience which, notwithstanding where it derives from, differs very little in the resonating aspects of the interchanging  play of human pain and joy.

The journey through this often colourful trail of works exhibited at SO Galerie, starts with a large mirror relief, reflecting pieces of the viewer surrounded by imaginative structures and bright colours and followed almost immediately by three works on canvas, where one needs to be alert enough to ‘catch the culprit in the act’ (1).

Seascape fine art photos on silver gelatine paper leave one in awe of a melancholy that provokes stillness within (2).

A glazed ceramic nine-piece pannel’s figure forms and colours can only be attributed to one artist, who’s artworks will be perpetually linked to those of Passmore and Miro`(3).

En-route to a  combustive explosion of colours of two female artists’s landscapes varying from one bordering on abstract form (4) and the other, a variegation of lines and patches showing the likes of a Valletta, unaltered by recent developements (5), are ten troop sculptures whose artist’s touch is easily recognisable to many (6).

A show of 60 artworks in all. A collection worth seeing. 

This exhibition will be open until the end of July.  August viewing is by appointment only by calling on 9942 4020 or 9935 3299.  More information can be found on www.sogalerie.com or SO Galerie, Triq Dun Karm, Iklin.

(1) Liliana Fleri Soler  (2) David Pisani  (3) Gabriel Caruana (4) Anna Nihgtingale (5) Svetlana Dragojevic (6) Andrew Diacono (7) Pierre Giusti (8) Armen Vahramyan (9) Oksana Veber (10)  Vzeg Tamazian (11) Edvard Nikornov (12) Ashot Asatrian (13) Andrew Micallef (14) Seyran Gasparian

===================================================================

Lejn is-Sajf

Il- Kollezzjoni Artistika Sajfija ta’ SO Galerie għal 2013   


Lejn is-sħana sajfija il-gallerijja tintefa`f’ġabra ta’ Arti ta’ kull xorta, ta’ 14 il-Artist mill-arkivji tagħha stess, li joriġinaw minn pajjiżi varji u mill-perijodu ta’ l-1988 sal-2013.

Iż-żmien imqatta`flimkien ma’ dawn l-artisti, jakkumula għal siegħat, jiem, ġimgat u xhur ta’ konversazzjonijiet u duħħan fil-pulmun [ta’ kull tip!], sabiex wieħed jibda jagħraf xi sens relatat ma’ kull biċċa xogħol, u fl-istess ħin jasal għal tagħrif bżonnjuż dwar il-ħajja ta’ min ħoloqhom.

F’din il-mogħdijja ta’ żmien, l-arti tirċievi l-valur tagħha, u b’metamorfosi taqleb dak li spiss ikun mifhum f’forma viżwali, għal sinifikat fejn wieħed aktar iħoss milli jara.

Dan ma huwiex wisq differenti minn meta’ wieħed jilmaħ mara sabiħa [jew raġel : skond l-orjentament sesswali ta’ dak li jkun] għall-ewwel darba u japprezza dak li huwa l-ġmiel estetiku u kif fil-fatt dejjem iseħħ wara, jibda jagħraf dak li tassew huwa mistur fil-qalb u r-ruħ tagħha.

Minn bliet bħal Londra u Kiev, għall-Belt Valletta u Minsk, jintrama t-teatru ta’ l-esperjenza tal-ħajja ta’ l-artisti u tat-taħlita ta’ l-emozzjoniet tagħhom li fl-aħħar mill-aħħar jagħmlu l-arti dik li hi. Esperjenza li għalkemm tiġi minn artijiet imbegħda minn xulxin, ftit tiddistingwi ruħha min art għal oħra f’aspetti bhal dawk ta’ wġiegħ u ferħ.

Il-vjaġġ imlewwen ta’ xogħlijiet esibiti f’SO Galerie, jibda b’pannell ta’ ġibs iffurmat, imqabbeż u mżejjen bl-ilwien kollha tal-qawsalla u bċejjeċ ta’ mirja, li jirriflettu  rqajja ta’ min iħares fihom (1). Dawn ta’ l-aħħar, huma mmedjatament segwiti bi tliet xogħlijiet fuq tila, fejn wieħed irid josserva sew biex jaqbad fil-fatt “lil dak li għandu l-ħtija “(1).

Xenarju melankoliku tal-baħar fil-forma ta’ fotografija fina ta’ karta msawwra bil-ġelatina u bil-fidda, jħallu l-dak li jidħol fl-ispirtu tagħha, mimli b’serenita`u kalma kważi spiritwali (2).


Pannell kbir b’disa`pannelli iżgħar ta’ ċeramika moħmijja u miksijja b’kuluri partikolari ħafna, tista` tkun biss mid-daqqa ta’ l-id t’ artist wieħed biss : dak li l-arti tiegħu hija u tibqa perpetwallment marbuta ma’ dik ta’ Passmore u Miro`(3).


Il-wirja tkompli fost ħafna Arti oħra, bix-xogħlijiet b’kuluri esplussivi ta’ pjanuri ta’ żewġ nisa artisti  u affaxxinanti, f’kas wieħed b’stil li jixref fuq l-astratt(4)  u f’iehor, fejn rigi u rqajja jinterpretaw anke forom tal-Belt Valletta  mhix minsusa bi żviluppi reċenti (5).

Viċin, jagħssu l-esibizzjoni  bil-preżenza tagħhom ringiela ta`skulturi fejn id l-artist faċilment tintagħraf.

Total ta’ 60 opra artistika : Kollezzjoni li l-ebda għajn esperta, jew waħda li tħoss u tifhem l-arti m’għandha tfalli li żżur!

Din l-esibizzjoni ser tibqa miftuha sa l-ahhar ta’ Lulju li gej.  Matul Awwissu dawk li jixtiequ jzuru din l-esebizzjoni jehtieg li jaghmlu appuntament fuq 9942 4020 jew 9935 3299.  Aktar informazzjoni tista tinkiseb minn fuq www.sogalerie.com jew SO Galerie, Triq Dun Karm, Iklin.

(1)Liliana Fleri Soler  (2) David Pisani  (3) Gabriel Caruana (4) Anna Nightingale (5) Svetlana Dragojevic (6) Andrew Diacono (7) Pierre Giusti (8) Armen Vahramyan (9) Oksana Veber (10)  Vzeg Tamazian (11) Edvard Nikornov (12) Ashot Asatrian (13) Andrew Micallef (14) Seyran Gasparian

Scroll to top