Id-direttur li mhux l-ewwel darba kien jinsa ismu stess
Il-personalità li ntervistajt illum kont iltqajt mieghu s-sena li ghaddiet waqt safra li konna ghamilna mal-istess grupp fi Strasburgu. Kont klikkjajt mieghu, kif ukoll mal-mara tieghu Carmen, u kelma ggib l-ohra u kont weghdtu intervista – peress li hajtu hija mzewwqa u mdawwra mal-films. Din id-darba ltqajna fil-pjazza tal-Mosta u nammetti li l-hin tar wisq malajr nisimghu jirrakkonta dwar dak li ltaqa’ mieghu matul il-karriera tieghu.
Illum, Tony Parnis huwa direttur u producer indipendenti. Ghan-du 69 sena, u flimkien ma’ Carmen joqoghdu San Gwann, ghalkemm proprjament huwa minn Tas-Sliema. Fil-hin liberu tieghu jhobb isegwi serje televiziva, igemma’ l-bolol u bla dubju ta’ xejn isegwi films varji.
Mitlub jiddeskrivi lilu nnifsu, Tony spjegali li huwa tip ta’ bniedem li jhobb xoghlu. Fl-istess hin iddejjqu hafna l-injoranza. “Meta qed nghid injoranza, mhux li wiehed ma jkunx jaf skola, izda li bniedem li jkun jaf, u jaghmilha ta’ injurant. Jien insejhilha njoranza tal-intelligenza. Nikkun-sidrani bhala bniedem pacenzjuz u li nammira t-talenti ta’ haddiehor,” beda jghidli dwaru Tony.
Staqsejtu minn liema lenti tieghu josserva film. “Il-mag-goranza tal-films kollha joghgbuni, kull tip ta’ generu, basta jkunu b’storja tajba. Importanti wkoll ghalija hu li film ma jkollux hafna effetti specjali. Dan l-ahhar sirt napprezza films Ewropej.”
Aktar fic-cinema, milli jistudja ta’ bilfors
Ma stajtx ma nistaqsihx minn fejn nibtet din il-passjoni tieghu lejn il-films. Fil-fatt infurmani li minn mindu kien zghir. “Kwazi kuljum kont inmur it-talkies, illum msejjha cinema. Dak iz-zmien Tas-Sliema kien hemm erba’ talkies. Apparti minn hekk inhobb naqra, u meta kont nghix il-Kanada kienet gietni opportunità li nistudja suggetti relatati mal-films.
Kont tghallimt ukoll nirrecta, izda sibtni ahjar nahdem minn wara l-kamera milli quddiemha,” tbissem jghidli Tony.
Meta kien izghar, Tony b’nostalgija helwa fuqu beda jirrakkontali li kien jippreferi jmur jara l-films ic-cinema, milli jistudja.
“Biex inkun preciz l-istudju ta’ bilfors idejjaqni. Dik il-haga li jordnawlek xi ktieb partikolari biex taqrah u tistudjah bilfors, kienet iddejjaqni.
“Kont aktar nippreferi naqbad naqra ktieb tal-ghazla tieghi, milli xi wiehed ta’ bilfors,” spjegali Tony.
Hawnhekk, Tony ikkonfermali li kien ghex il-Kanada ghal 23 sena shah. Kien gie jghix lura Malta fl-1984. Kien anke jghallem id-drama waqt li kien jghix il-Kanada, u anke kien ghamel erba’ teledrammi bil-Malti. Bhala atturi u krew, kien uza persuni mill-komunità tal-Kanada stess.
Kif ghedt ftit qabel, Tony studja dwar il-films il-Kanada, u kien anke jipproduci programm fuq stazzjon televiziv f’Toronto. Ismu jibqa’ jissemma ghal certu produzzjonijiet maghrufa bhal Enigma, Dell mill-Imghoddi, Il-Mandragg-ara, Ipokriti u hafna aktar produzzjonijiet minn tieghu.
Jinsa n-numri u l-ismijiet, anke ismu stess
Waqt li kien jghix il-Kanada, Tony kellu ukoll diversi opportunitajiet televizivi. Fil-fatt kien jipprezenta xi programmi u anke kien jintervista diversi personalitajiet. Però kellu diffikultà pjuttost kemmxejn stramba. Hallejt f’idejh sabiex jirrakkontali.
“Waqt l-introduzzjoni tal-programmi tieghi, mhux l-ewwel darba u tnejn li kont ninsa ismi stess. Nammetti li sakemm kont nibda nintroduci l-programm u lili nnifsi, kont bhal donni nehel, specjalment fil-parti li nintroduci lili nnifsi. Wara l-introduzzjoni kollox sew, stajt nibqa’ ghaddej saghtejn shah nitkellem quddiem il-kamera.
Anke meta kien ikolli xi mistednin prezenti waqt il-programm – biex ma ninsix isimhom kont nikteb isimhom fuq is-swaba ta’ idejja skont is-sekwenza taghhom bil-qeghda, u b’hekk ma kontx nitfixkel,” tbissem jghidli Tony.
Izda jekk in-numri u l-ismijiet ghal Tony dawn huma difficli, zgur li xeni televizivi jilaghbu parti importanti f’mohh Tony. Fil-fatt ihoss li huwa ghandu vantagg peress li bhala direttur digà jkun qed ipingi x-xena tal-gbid f’mohhu. Mhux hekk biss, izda kif qalli hu stess – xena digà jkun qed jeditjaha f’mohhu!!
Matul il-karriera tieghu, Tony idderiega ukoll xi films ghac-cinema lokali. Staqsejtu hiex facli jew difficli li jipproduci films lokali ghal fuq il-lizar. “Nistqarr li l-iskript huwa l-aktar difficli, u anke l-casting u l-crew. It-teknika ghall-films fic-cinema hija li ma tahdimx bi close-ups. Wiehed irid izomm f’mohhu wkoll li t-televizjoni u c-cinema jahdmu differenti, anke d-direzzjoni taghhom hija kompletament xi haga differenti minn ohra”.
Isem Tony jibqa’ maghruf ukoll wara l-film Scrooge bil-Malti. Kien qalbu ghall-Malti Alan Fenech. Il-filming u l-editing kienu f’idejn Justin Camilleri, filwaqt li d-direzzjoni tieghu kienet f’idejn Tony Parnis stess.
Film minn tieghu ser jintwera fil-Brazil
Nitkellem mieghu dwar film iehor li dderiga Tony Parnis stess – Pawlu ta’ Tarsu. L-istorja kitbuha Fr Nicholas Schembri u Toni Ellul.
Ahbar tajba hija li jekk l-affarijiet jibqghu mixjin kif sejrin bhalissa bil-kuntatti, dan l-istess film – Pawlu ta’ Tarsu ser jibda jintwera fil-Brazil aktar tard matul din is-sena. “Irrangajna u tajna d-drittijiet sabiex jinqaleb ghal-lingwa Portugiza. Meta nghid jinqaleb ghall-Portugiz, mhux bis-subtitles, imma bil-kliem stess.”
B’kurzità staqsejtu kif film Malti ser jirnexxilu jasal u jintwera fil-Brazil.
“Proprjament konna bghatna l-film l-Italja sabiex jarawh xi sorijiet Maltin li jghixu hemm. Meta rawh, tant ghogobhom li riedu li ma jieqafx ghandhom biss. Anzi riedu jxerrdu l-hajja ta’ San Pawl. U minn hemm bdew il-kuntatti. Jekk dan isehh, tkun l-ewwel darba fl-istorja li qatt ikun inqaleb film Malti ghal lingwa ohra mhux b’sub-titles.
Malta International Television Short Film Festival
Flimkien ma’ Joyce Grech, Tony xtaq li l-films lokali jinferxu fuq livell internazzjonali. B’hekk flimkien bdew jorganizzaw il-Malta International Television Short Film Festival.
L-idea hija sabiex films Maltin jikkompetu ma’ films barranin, u fuq kollox sabiex il-films lokali tizdidilhom l-udjenza. Apparentament qatt ma kien jezisti festival ta’ dan it-tip fuq it-televizjoni.
Din is-sena jekk jippermettu l-finanzi ser ikunu qed itellghu r-raba’ edizzjoni ta’ dan il-festival, li jdum ghaddej minn Lulju sa Settembru.
“S’issa dejjem kellna udjenza tajba. Trid tqis li mhux kulhadd ihobb il-films, imma minn statistika li kellna, hareg li kellna udjenza tajba segwina.
Festival ta’ dan it-tip jghin lil diversi film makers isahhu l-materjal taghhom minn sena ghal ohra. Bil-kritika tal-gurija dak li jkun jista jirfina l-iscripts, id-dwal, storja, l-atturi jew xi dettalji ohra,” spjegali Tony.
Staqsejtu jekk ghandux xi atturi preferuti tieghu li normalment ihobb jahdem maghhom bhala direttur. Fil-pront semmieli sitt atturi Maltin li huma Manuel Cauchi, Marvic Cordina, Etienne St. John, Ray Abdilla, Tony Ellul u Michael Tabone.
Fl-ahharnett Tony qasam mieghi zewg xewqat li qed jittama li jsehhu fil-vicin. Dawn huma li jixtieq jahdem storja partikolari ta’ Francis Ebejer, u anke jixtieq jahdem film fuq il-hajja ta’ Manuel Dimech.
Recent Comments