Minn infermiera ghal terapista holistika – Ramona Portelli Blog

Minn infermiera ghal terapista holistika

Normalment il-kultura theggeg lill-bniedem biex idur lejn il-medicina meta ma jhossux tajjeb.  Min-naha l-ohra min jipprovdi terapiji holistici jghin lill-bniedem isib bilanc fl-istil tal-hajja tieghu bl-iktar mod naturali biex finalment ihossu ahjar.  Il-personalità li tkellimt maghha llum ghamlet zmien tahdem bhala infermiera, u llum qed tiffoka biss fuq terapija holistika, li tfisser process li jghin lill-individwu jiehu hsieb l-aspett fiziku, mentali, emozzjonali u spiritwali tieghu b’terapija li tinkludi massaggi b’uzu ta’ zjut naturali.

Mary Anne Piscopo hija mwielda Ghawdex u ghandha tletin sena.  Fil-bidu kienet hadet kors ta’ diploma fin-nursing, u fil-fatt prattikat il-professjoni ta’ infermiera fl-Isptar San Luqa u anke f’centru riabilitattiv ghal nies bi problemi ta’ alkohol u droga. 

“Sadattant, qalbi dejjem habtet ghat-terapija holistika, li fil-fatt, pass pass, kont qed niehu korsijiet fiha, u eventwalment bdejt ukoll nikkum-plimentaha bil-prattika fuq ghadd ta’ klijenti”, bdiet tghidli Mary Anne.
Tkellimt ma’ Mary Anne dwar il-bidliet fil-karriera taghha, minn infermiera ghal terapista holistika.  “In-nursing u l-holistic therapies jista’ wiehed jiddeskrivihom li huma fuq l-istess binarji, b’ghan komuni li jindukraw u jassistu lill-persuna, però ghan li jintlahaq b’metodi differenti. 

Hassejtni imbuttata lejn it-terapiji holistici ghax jippermettulek tiffoka izjed fuq l-individwu, waqt li n-nursing – almenu fis-sistema kif esperjenzajtha jien f’pajjizna, jillimitak fl-approc li tista’ tiehu lejn il-pazjent.
Ovvjament, in-nursing tani skills biex nemmen fit-terapija holistika u jippermettuli naghti servizz iktar ta’ kwalità. Dak li naghmel illum, personalment inhoss li jirrendili sodisfazzjon personali ferm ikbar milli kien jaghtini x-xoghol ta’ infermiera”, spjegatli b’mod tant passjonali Mary Anne.

Zjut naturali flok medicini

Bhala infermiera kienet tahdem b’medicini u issa tahdem b’metodi naturali biss. Tlabtha tispjegali dan il-kuntrast qawwi.  “Kuntrast enormi.  Bizzejjed iggib quddiem ghajnejk l-medicini bis-side effects kollha taghhom. 
Tfejjaq haga u taghmel hsara band’ohra.  Illum nghixu f’kultura fejn sfortunatament, hafna jippretendu li huma t-tobba taghhom infushom.  Kulhadd jiehu l-medicini addocc, uhud anke minghajr konsultazzjoni medika.
Fit-terapija holistika, qabel wiehed jahseb fil-medicina, jirrikorri ghal dak li hu naturali.  Iktar milli noffru rimedju ghall-mard li jkun hemm, noffru terapija preventiva – mahsuba biex wiehed jghix hajja hielsa minn dak li jtaqqlu mentalment, jaghraf jittratta mal-istress, jaghraf xi stil ta’ hajja idealment jghix, jaghraf id-dieta ideali u l-ezercizzju mehtieg ghalih fost ohrajn.
Noffru wkoll ghajnuna lil min ikollu kundizzjonijiet fizici, emozzjonali u mentali, però li jkun determinat jiffaccjahom biex jitrattahom b’approcc ahjar. 

Naturalment, kull kaz hu storja ghalih, skont il-kaz dejjem tista’ tinghata assistenza minn professjonisti differenti.
Is-sens ta’ rieda u d-determinazzjoni interna tal-klijent jilaghbu rwol indispensabbli f’dan ir-rigward.  Jghinu fit-terapija z-zjut naturali, min-ghajr ebda side effects.  Dawn jintaghzlu mit-terapista skont il-htigijiet tal-klijent partikolari”.

Kif qaltli hi stess, iz-zjut naturali jilaghbu parti importanti hafna waqt terapiji holistici, ewlenin fosthom l-aromaterapija. Tlabt lil Mary Anne sabiex tispjegali l-effett pozittiv taghhom.
“F’approcc holistiku, l-uzu taz-zjut li jkunu massaggjati, hu ta’ beneficcju kbir.  L-iktar li jispikkaw huma l-irwejjah taz-zjut li jhallu effett anki fuq livell psikologiku. 
Irid jinghad li minbarra li z-zjut ikunu massaggati, jintuzaw ukoll fost ohrajn biex jinharqu fl-ilma bl-iskop li jfewhu l-ambjent tad-dar jew il-kamra fejn tkun.
Zgur mhux forsi li hadd ma jista’ jippretendi li jara xi bidla minn lejl ghal nhar wara li juza fuqu z-zjut naturali.  Dawn ikunu parti minn process shih, iggwidat mit-terapista. Relazzjoni tajba bejn it-terapista u l-klijent, konsultazzjoni fid-dettall mal-klijent dwaru nnifsu, ghazla tajba taz-zjut u thaddim taghhom fil-massage bhala parti minn azzjoni holistika fuq il-klijent, huma l-fatturi li meta mwahhda, jhallu rizultat fit-tul li ghandu jkun ta’ sodisfazzjon personali ghall-klijent,” spjegatli Mary Anne.
U Mary Anne tipprattika dan kollu fuqha nnifisha?  “Jien naghmel hilti biex nircievi trattament wiehed kull gimgha.  Nahdem ukoll fuqi nnifsi biex ikolli hafna energija pozittiva x’nittrasmetti lill-klijenti tieghi. 

Taghmel differenza!  Inkun zgura li nimmassaggja fuqi stess krema mhallta bi zjut naturali li jien naghzel skont il-htigijiet  tieghi.  Niekol dieta bilancjata, nixrob hafna ilma u nezercita ruhi.  Insib ukoll hin ghall-qari, hin biex nesprimi bil-miktub l-emozzjonijiet u l-hsibijiet tieghi, flimkien ma’ meditazzjoni u reiki”.

Il-Maltin neqsin mir-rilassament

“Sfortunatament f’Malta ghad-na poplu nieqes mill-kontroll, xi kultant b’diffikultà biex insibu dak il-bilanc fil-hajja taghna.  Xhah maghna nfusna, ghax lilna nfusna nhalluna ghall-ahhar. Imbaghad meta nimirdu, arana nirrikorru dritt ghall-medicina,” ikkumentat Mary Anne dwar il-poplu Malti.
Ziedet tghidli li l-poplu Malti jehtieg caqliq fil-mentalità, kif ukoll adattament ta’ stil ta’ hajja li jixirqilna, b’ikel bilancjat u kkumplimentat mill-ezercizzju, bhal mixja ghal tal-inqas tliet darbiet fil-gimgha, possibbilment fil-kampanja jew mal-bahar. 

“Imqar darba fi tliet gimghat, nehtiegu nsibu hin li nirregalawh lilna nfusna biex nirrilassaw.  Ir-rilassament b’massage, ifisser mhux biss li waqaft ghal siegha mir-rutina (mistrieh mentali), izda jfisser ukoll mistrieh fiziku mill-ghejja li tkun ingemghet fis-sistema muskolari taghna.”
Ftakart li certu nies jassoccjaw massagg fuq il-gisem ta’ persuna bhala xi haga sens-wali. Ridt inkun naf kemm dan huwa verament minnu jew le. “Massage minn min huwa professjonali fih hafna beneficcji, fosthom titjib fic-cirkolazzjoni, tnaqqis fil-livelli tal-istress, tnaqqis fil-pressjoni, rilassament tal-muskoli u hafna aktar.  Mhix kwistjoni ta’ senswalità, minkejja li wiehed fl-ebda hin ma jista’ jinnega li l-klijent ihoss dak il-hin stess rilassament tal-musk-olatura u sentimenti ohra pozittivi.  Hija hasra li xi kultant titwaqqa’ d-dinjità tal-massage u jintuza ghal skopijiet ohra. Sfortunatament, nikkonferma li kemm-il darba rcevejt telefonati li jitolbu dan it-tip ta’ trattamenti.  Ir-risposta kienet u tibqa’ dejjem wahda cara – Jien professjonali!,” enfasizzat mieghi Mary Anne.
Minbarra massaggi bi zjut naturali, Mary Anne toffri wkoll reflexology, foot reflex massage, Indian head massage, lymphatic drainage u hopi ear candling. Fit-trattamenti ta’ reflexology, tittratta partijiet differenti tal-gisem billi tahdem fuq il-pala tas-sieq li hija mappa tal-gisem kollu.  F’hopi ear candling jittrattaw r-rilassament tal-klijent billi jiffukaw fuq l-ENT (Ear, Nose and Throat). F’lymphatic drainage, b’massaggi apposta l-klijent igawdi minn diversi beneficcji.

L-istress igib il-mard

Kompliet tghidli li bla dubju kulhadd jista jibbenefika minn terapija holistika, minn trabi sa anzjani. L-importanti hu li min jersaq ghal trattament, ikun jemmen fih innifsu u jkun lest ghall-bidla ghall-ahjar li tista’ ggib fih.
Principalment bit-terapija holistika tigi ttrattata l-istress, sabiex il-klijent jitghallem jindirizzaha billi l-ewwel u qabel kollox jirriserva hin ghalih innifsu, u anke jitghallem jieqaf u jirrilassa.  “Sfortuna-tament hafna ma jirrealizzawx kemm l-istress igib mieghu mard jew kemm hu silent killer.  Mod wiehed kif l-istress jikkaguna problemi ta’ sahha, hu rifless fl-ikel li wiehed jiekol, bhal fast foods.
Irid jinghad li mhux kull terapija hi addattata ghal kull kundizzjoni.  Fit-terapija holistika, l-professjonisti li ghandhom ghal qalbhom il-kura tas-sahha alternattiva, inkluz tobba, jahdmu id f’id, u allura fejn wiehed jara li klijent ikollu kundizzjoni jew mard li ma jkunx ghal idejh, jirreferih ghand professjonist iehor.”

Nitkellem ma’ Mary Anne dwar it-tip ta’ kambjamenti li tara hi stess fuq il-klijenti taghha hekk kif issirilhom it-terapija. Tghidli li r-reazzjoni naturali dejjem hi ta’ serhan u rilassament.  “Tant hu hekk hafna jispiccaw jorqdu waqt l-istess trattament.
Ohrajn, izjed u izjed jekk ikunu klijenti li jindukraw lilhom infushom fuq bazi regolari, jirrimarkaw kemm-il darba li jkunu rregistraw progress.  Ezempju ta’ dan huma dawk li jkunu jbatu minn xi ugigh fid-dahar li jkun relatat ma’ problemi fil-muskoli.”

Finalment tlabtha tghaddi messagg lill-qarrejja tal-gurnal KullHadd.
“Il-messagg tieghi jiehu l-forma ta’ appell biex ilkoll naghrfu kemm il-hajja li ghandna hi prezzjuza, u allura kemm ghandna nkunu determinati biex ingawduha. Jekk mhux digà bdejna, ejja nitghallmu ninqatghu mir-rutina stressanti ta’ kuljum billi nsibu hin li nirregalawh lilna nfusna,” temmet tghidli Mary Anne mill-esperjenzi taghha migbura kollha flimkien.

Scroll to top