Filghodu jghallem l-istudenti u filghaxija jghallem lill-klieb
Kif hafna forsi digà konxji, idealment mhux kemm wiehed irabbi xi annimal, itih jiekol u jnaddaflu biss.L-ahjar li minbarra dawn l-affarijiet kollha, jkun hemm forma ta’ rispett iehor bejn is-sid u l-annimal.Dawn jistghu ikunu rikreazzjoni, mgiba tajba u anke xi forma ta’ ezercizzji jew tahrig.Il-klieb b’mod specjali kapaci jikkollaboraw mal-bniedem.
Dwar tahrig specjalizzat fuq klieb, tkellimt ma’ Robert Spiteri li huwa konsulent dwar l-imgba tal-klieb u anke trainer f’dan l-istess qasam. Robert huwa kwalifikat mill-Ingilterra u llicenzjat biex jahdem fil-qasam ta’ canine behaviour minn Lantra.
Huwa wkoll kwalifikat mill-Ingilterra bhala dog nutrition advisor, dog obedience trainer, dog sport trainer, guide dog level 1 trainer, u anke membru fl-ISAP (International Society of Animal Professionals), u fl-IACP (International Academy of Animal Professionals – USA).
Kelb huwa membru tal-familja iehor
Iltqajt mieghu ghal din l-intervista fid-dar tieghu stess fil-Mosta, fejn mieghu stajt niddiskuti aktar ix-xoghol u l-imhabba personali tieghu mal-klieb. Xoghlu proprja huwa ghalliem tal-Informazzjoni Teknologika, mizzewweg u d-dar irabbi kelb wiehed bl-isem ta’ Balto.
Jemmen li persuna ma jistax jinqasam ma’ hafna klieb id-dar. Prattikament hajjet Robert hija mdawwra mal-klieb. Ghalih kelb huwa l-akbar habib tieghu u anke membru iehor tal-familja. “Imma bhal kull relazzjoni, trid tkun bilancjata, kemm il-fsied zejjed, kif ukoll dixxiplina esagerata kapaci thassar ir-relazzjoni ta’ fiducja bejn il-kelb u sidu,” beda jghidli Robert.
Xogholu mal-klieb jikkonsisti f’diversi tipi ta’ servizzi, fosthom li jmur ghand nies li ghandhom klieb bi problemi bhal aggressività, trawma, OCD, u nutrizzjoni fost ohrajn u flimkien mas-sidien tal-klieb stess, jibni programm individwali sabiex jahdmu biex isolvu u jirriabilitaw il-kelb.
Beda jispjegali li joffri diversi tipi ta’ tahrig bil-kelb, kemm fuq bazi individwali ghal sport u anke fi gruppi ghal basic obedience u socialisation.
Interessanti l-fatt ukoll li jittrenja klieb ghal produzzjoni televizivi u cinematografici. Anke jiehu hsieb jikkordina t-tahrig tal-guide dogs sa meta jaghlqu sena u jispiccaw l-ahhar parti tat-tahrig barra minn Malta.
Mistoqsi x’hajjru jahdem vicin tal-klieb, Robert wegibni, “Hajti mal-klieb hija t-tieni natura tieghi. Inhossha mill-qalb. Rigward jekk hux kull razza ta’ kelb jista’ jigi mghal-lem tahrig specjali, Robert infurmani li r-razez kollha jistghu, ghalkemm ir-razez ta’ klieb ivarjaw minn xulxin fejn tidhol spjecjalizzazzjoni minn ohra.
Iharreg klieb biex jiehdu sehem fil-films
Interessajt ruhi meta fil-bidu qalli li jittrenja klieb kif igibu ruhhom waqt xi produzzjoni televiziva jew cinematografika. Ovvjament juza certa teknika apposta, bhal jinkoraggih jinbah ghal xi hadd jew xi haga ohra b’sinjali specjali.
B’wiccu jixghel infurmani li l-kelb personali tieghu Balto hadem f’diversi films barranin fosthom fit-thrillers – Gemelle, u The Medium.
Hadem ukoll f’Sinbad u f’Malta deher fid-dramm televiziv Simpatici. Fl-1998 kien ser jahdem f’Gladiator, fejn kien intghazel ghal certa xena, izda ftit wara gie nfurmat li x-xena kienet ser tinhadem f’xi pajjiz iehor flok Malta, u allura sfaxxa kollox.
Fatt kurjuz huwa meta giet tpoggi hdejna l-mara tieghu Nadya u bdiet tghidli dwar il-biza’ kbira li kellha mill-klieb kollha, kemm zghar u wisq aktar il-kbar. Inzertat iltaqghet u zzewwget lil Robert li tant huwa ffissat fuq il-klieb.
B’xi mod ried iressaqha lejn il-klieb!! “Ghall-ewwel kien iressaqli xi geru hdejja u xorta kont nibza’, però ma nafx kif ftit ftit bdejt nidra. Illum il-gurnata ma nghaddix minghajr il-kelb taghna,” bdiet tirrakontali l-mara tieghu Nadya.
L-importanza li kelb ikun imharreg
Ridt inkun naf aktar dwar l-importanza li kelb ikun imharreg – mhux biss biex jiehu sehem f’xi film. Robert beda jispjegali li anke ghall-fatt sabiex kelb jingarr ghand il-vet jehtieg li kelb ikun ittrenjat.
“L-ewwelnett irid ikun hemm relazzjoni tajba bejn is-sid u l-kelb, u imbaghad bil-mod mat-tattiki li jkun tghallem is-sid u anke l-kelb, jikkombinaw flimkien sabiex il-kelb ikun jista’ jgib ruhu sew meta jara nies godda”.
Hemm klieb ohra li jigu mharrga sabiex jghinu persuni neqsin mid-dawl. Dawn gener-alment ghal Malta jkunu tar-razza Labrador.
Il-process sabiex klieb jitharrgu ghal din il-linja fi kliem Robert:
“Il-labradors li jkollhom xi tlett xhur jew erba’, jinghataw f’idejn persuni msejjha puppy walkers. Lil dawn ikun inghatalhom programm b’kundizzjonijiet li jridu jimxu fuqhom, fejn jirrikjedi li johorguhom kullimkien magh-hom sabiex jidraw, inkluz fi hwienet u vjaggar.
Darba f’gimgha jkunu jridu jiehdu l-istess puppies ma’ klieb ohrajn sabiex jitghallmu jithalltu ma’ klieb ohra. Hemmhekk jitghallmu dwar ubbidjenza bazika. Wara sitt xhur ta’ tahrig ma’ Robert, jintbaghtu Messina ghal aktar tahrig finali”, spjegali Robert.
Kompla jghidli li d-domanda ghal klieb imharrga bhal dawn, mhux dejjem taqbel mal-persuni neqsin mid-dawl li jkunu ghamlu t-talba taghhom. Dan ghaliex ikun irid li jitqabbel il-karattru tal-kelb mal-karattru tal-persuna koncernata. B’hekk wiehed jinnota li mhux facli wisq dan il-process, ghalkemm meta jitlaqqa’, jkun qed isir wisq gid.
Mistoqsi jekk ghandux xi esperjenza partikolari li gratlu dan l-ahhar ma’ xi kelb x’jirrakkonta, Robert b’mod in generali ftakar f’episodji fejn gieli ltaqa’ ma’ persuni li jkunu ser iraqqdu lill-kelb u b’xi erba’ kelmiet u kuragg minghand Robert dan ma jsehhx u allura tkun giet salvata hajja ta’ xi kelb. Dan bla dubju jkun ta’ sodisfazzjon kbir ghal Robert.
Finalment xtaq jghaddi mess-agg lill-qarrejja tal-gurnal KullHadd.
“L-appell tieghi hu sabiex min ikun ser irabbi xi kelb, jiehu hsiebu b’mod responsabbli. M’ghandhomx iharsu lejn is-sabih biss, izda jiftakru li kull individwu ghandu bzonn il-hin tieghu bhal kull membru tal-familja iehor,” temm jghidli Robert.
Recent Comments