L-ewwel Malti li holoq film 3D lokali – Ramona Portelli Blog

L-ewwel Malti li holoq film 3D lokali

Minn dejjem kont napprezza x-xoghol kbir li jittiehed sabiex jingibed film shih.Meta bdejna nsegwu l-films 3D, aktar u aktar bdejt napprezza x-xoghol meraviljuz tieghu.Permezz ta’ nuccali apposta, tibda tara l-oggetti resqin lejk, jew in-nies vicin tieghek wisq.Nammetti li mhux l-ewwel darba li norqod f’nofs film – jiddependi mill-kwalità, l-hin u l-ghejja li jkolli fija. Izda meta nisma’ bi progett lokali, nidhol b’ruhi u gismi kollu, u ninteressa ruhi mill-bidu sal-ahhar fih.

Fil-fatt dan l-ahhar sirt naf b’Malti li jinsab fil-fazijiet finali tieghu sabiex jipproduci l-ewwel film 3D Malti bl-isem Tele-Monkey. Martin Bonnici digà ghamel progetti ohra li ma kienux 3D. Ghad ghandu 26 sena, jghix il-Belt u jahdem bhala direttur u artist tal-post-produzzjoni.

Matul dawn l-ahhar seba’ snin, Martin hadem ma’ diversi agenziji u djar tal-produzzjoni lokali. Proprju mix-xahar li ghadda – Jannar 2012 – Martin beda jahdem full-time bhala direttur ta’ Shadeena Films. L-istess kumpannija digà kisbet certa assistenza mill-Malta Film Fund.

Tele-Monkey huwa fil-fatt l-ewwel xoghol animat minn Shadeena Films dirett minn Martin Bonnici stess.

Sabiex inhadem Tele-Monkey b’kollox hadu sehem madwar hmistax il-ruh. Dawn jikkonsistu fit-tim centrali ta’ seba’ minn nies u ohrajn li taw l-ghajnuna taghhom fit-triq b’xoghol zghir u servizzi li ghenu lill-progett.

It-tim centrali huwa maghmul minn Martin Bonnici stess bhala kittieb, produttur u direttur, Ivan Saliba bhala l-artist 3D principali, Matthew Grima Connell bhala production designer, Benji Borg bhala l-animatur principali, Spooky Monkey bhala l-kompozituri u Alexander Bundalo bhala s-sound designer.

Tkellimt ma’ Martin sabiex insir naf aktar dwar dan il-progett tieghu, jew ahjar l-ewwel film 3D tieghu u ghal Malta. L-istorja tal-film kibret fuq medda ta’ zmien. “Bdiet bhala ftit noti qosra u kull ftit xhur kont inhares lura lejha u nikteb ftit iktar. Waqt vaganza fl-Irlanda kont qattajt nofs ta’ nhar gewwa.

Niftakar kont dort in-noti li kelli mieghi u ktibt outline, l-punti importanti tal-istorja li minnhom tohrog skript. Minn hemm ktibt madwar tlett verzjonijiet tal-istess skript, sakemm kont kuntent bl-istruttura u l-kontenut,” beda jghidli Martin.

Sentejn u nofs hidma

Ilu jahdem fuq Tele-Monkey ghal dawn l-ahhar sentejn u nofs, filwaqt li l-kollegi tieghu li hadmu mieghu fuq dan il-progett ilhom jahdmu mieghu madwar sena u nofs.

Staqsejtu kif proprjament kienet gietu l-idea sabiex johloq film 3D hu stess. “Mort ic-cinema, rajt film 3D u laqatni. Allura ddecidejt li nuza dan il-progett bhala esperiment biex nippruvaw noholqu progett 3D,” sostna Martin.

Nitkellem mieghu dwar l-istorja tal-film, fejn qalli l-istorja tieghu tittratta dwar xadin bl-isem ta’ Joe, li hu ffissat fuq ir-reklamar u t-TV shopping. Il-film jintroducina ghall-hajja ta’ kuljum tieghu fejn jahdem xoghol stressanti u jqatta’ l-hin liberu tieghu kollu janalizza r-reklamar.

Durata ta’ seba minuti u nofs bi skop

Ta’ min jghid li Tele-Monkey huwa twil seba’ minuti u nofs biss. Nistaqsih kif u ghaliex, ghax normalment film 3D xorta jkun twil daqs films ohrajn. “Ir-raguni li huwa daqstant qasir hi li konna nafu li mhux se jkollna l-fondi bizzejjed biex naghmlu film twil, u jien nemmen li ahjar taghmel film qasir u tajjeb milli film twil li jidher li hu mahdum fqir. B’dan il-mod Tele-Monkey seta’ jilhaq livell aktar gholi sabiex biz-zmien nimxu ghal progetti ahjar”.

B’kurzità fuqi ridt inkun naf il-process ta’ kif jinhadem film 3D. Martin spjegali li film 3D jinhadem b’mod simili hafna ta’ films animati ohra.

Beda fuq karta bhala skript, imma l-parti l-kbira tax-xoghol sar bil-kompjuter. “Kull ma tara jrid jinbena b’mod digitali, jitpenga u jigi ppreparat ghall-animazzjoni. Bhal films ohra, kull xena trid tinxtghel u l-kamera mpoggija f’postha.

Wara dan kollu l-karattru jigi mcaqlaq sabiex nohorgu l-emozzjoni li rridu fil-film. La kollox ikun f’postu, l-kompjuter jikk-omputa l-istampa u nohorgu stampi li jigu maqghuda flimkien fl-istampa finali. Minhabba li dan hu film 3D, kull stampa tkun doppja, wahda ghal kull ghajn”, spjegali b’mod dettaljat Martin.

Dawk kollha li jixtiequ jmorru jaraw Tele-Monkey ser ikunu jistghu jsegwuh fl-Empire Cinemas ta’ Bugibba ghalissa.

Fil-fatt minn Marzu li gej, ser ikun qed jidher qabel films ohra 3D. Fi kliem iehor kull min imur jara film 3D, ser jara Tele-Monkey b’xejn.

Mistoqsi kif ihossu bhala l-ewwel mohh Malti wara progett 3D lokali, wegibni, “Inhossni li fadalli hafna x’naqdef u li rrid noqghod attent sabiex ma nitlifx il-mira tieghi u nibqa’ ffukat u nohloq aktar progetti ta’ kwalità”.

Finalment nitkellem mieghu dwar ghajnuniet finanzjarji, u jekk fuq kollox sabux kollaborazzjoni ghal dan il-progett. Martin jikkonfermali li l-ikbar ghajnuna li kellhom giet mill-Gvern bhala grant mill-Malta Film Fund. Dak intuza sabiex jizgura li dawk kollha li hadmu fuq il-progett jithallsu madwar nofs l-ammont normali taghhom.

“Minhabba f’hekk nixtieq nirringrazzja lil kull min ha sehem talli accetta jaghti daqshekk hin lil dan il-progett. Apparti minn hekk investejt xi flus jien fil-progett sabiex inhallsu ghal xi spejjez ohra li ma kienux koperti mill-grant u ghenuna wkoll BeagleWorks, Studio 7 u l-Empire Cinemas billi offrew is-servizzi taghhom b’xejn bhala sponsors”, ikkonfermali Martin.

Fl-ahharnett Martin xtaq jirringrazzja lil kull min wera interess fil-progett Tele-Monkey u ghal iktar informazzjoni wiehed jista’ jidhol www.tele-monkey.com.

Scroll to top