Kien jahbi l-kitba tieghu, izda llum huma ppubblikati f’kotba
Nistqarr li l-personalità tal-lum qatt ma kont iltqajt mieghu qabel m’ghamiltlu din l-intervista. Mal-ewwel bdejna nitkellmu daqs li kieku ilna nafu lil xulxin. Xi haga komuni li ghandna bejnietna t-tnejn hija li t-tnejn li ahna nhobbu niktbu bil-Malti. Iqis ruhu bhala ‘mignun artistiku’.
Qed nirreferi ghal Ivan De Battista Ivan jirreferi ghalih innifsu bhala ‘mignun artistiku’ ghall-fatt li hajtu hija mdawwra mat-teatru u l-arti, u wiehed jista’ jghid li Ivan huwa attur, direttur, poeta, awtur, kantant u anke kompozitur! Ghandu 34 sena u joqghod il-Gzira, mizzewweg lil Simone li wkoll hija attrici u ghandhom zewg subien. Jahdem bhala Market-ing Manager f’hanut tal-pubblikazzjonijiet tal-kotba u l-letteratura. Bhala passatemp bhalissa ghandu s-safar, ghax ghalih it-teatru, it-televizjoni, l-kitba u l-muzika huma passjoni.
Hajjtu madwar il-muzika, drama u kitba
Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala ambizzjuz, fi kliem iehor ghatxan biex ikun jaf aktar. Lura lejn tfulitu, Ivan beda jirrakkontali li beda jistudja l-muzika meta kellu sitt snin.
“Wara bdew jinfethuli orizzonti ohra f’hajjti. Niftakarni kont nikteb u nahbi l-kitba tieghi. Wara bdejt ninvolvi ruhi fit-teatru, u eventwalment it-televizjoni. Ghalkemm kont warrabt xi ftit il-muzika, xorta qatt ma warrabt il-pjanu. Maz-zmien bdejt nizviluppa l-kitba tieghi sa ma ppubblikajt l-ewwel ktieb tieghi li kien jikkonsisti f’gabra ta’ 35 poezija li jismu ‘Irwiefen’”, beda jghidli Ivan dwar il-bidu tal-karriera tieghu.
Ivan sal-lum ippubblika seba’ kotba b’kollox. Il-kotba li hareg wara ‘Irwiefen’ kienu jittrattaw stejjer avventuruzi u misterjuzi.
Mistoqsi kif s’issa dejjem ippubblika l-kotba tieghu bil-lingwa Maltija, u mhux bl-Ingliz, wegibni, “Peress li jien Malti u nemmen hafna fil-lingwa taghna, iddecidejt li nikteb bil-Malti ghax inkella jekk jonqsu l-kotba bil-Malti, allura l-lingwa tibda tmut ftit ftit.
Inhoss li b’hekk qed naghti kontribut ghal-lingwa Maltija. Però minix neskludi li kotba minn tieghi jigu maqluba ghal xi lingwi ohra, l-aqwa li l-original ikun hareg bil-Malti,” spjegali Ivan.
Kumbinazzjoni jizzewweg attrici
Indawwar id-diskors dwar jekk il-mara tieghu Simone kinitx b’kumbinazzjoni li nzertat attrici wkoll. Jew kien il-kaz li riedha tkun fl-istess linja tieghu?
“Kollox gara b’kumbinazzjoni, ghalkemm iltqajna fit-teatru stess. Kienet giet issegwini bhala udjenza u ftit granet wara konna ltqajna u bdejna nohorgu flimkien. Il-fatt li tahdem fit-teatru bhali, huwa ta’ vantagg ghalina t-tnejn.
B’hekk tista’ tifhimni, tifhem il-hinijiet twal ta’ filming, u d-diffikultajiet li jgibu maghhom. Anke ezempju biex nikteb jien xi ftit jew wisq fussy. Nipp-referi nikteb bil-lejl, specjalment meta tkun ix-xita barra, b’xi lampa ghad-dawl u naqra tè hdejja. L-importanti li waqt ir-rectar qatt ma trid iggorr il-karattru li tkun qed tahdem lura mieghek id-dar”.
Fuq nota differenti u ’l boghod mill-arti u t-teatru, xtaqt inkun naf l-opinjoni ta’ Ivan dwar il-ligi gdida li bdiet mill-1 ta’ Jannar 2012 dwar li ma jistax isir tipjip fi playgrounds u gonna pubblici f’Malta.
“Personalment ma taffetwanix, ghax qatt ma pejjipt. Anke d-dar ahna hadd ma jpejjep u l-anqas fil-karozza. Però wasal iz-zmien li wiehed irid jimxi bil-kuxjenza u mhux sempliciment ghax harget ligi gdida biss. In-nies iridu jifhmu l-motiv wara kull ligi. Mhux facli, però hemm differenza milli wiehed jimponi biss”.
Dalwaqt ser ikollha tinkiser drawwa familjari
Ridt inkun naf ukoll jekk Ivan ghandux xi post f’mohhu li forsi dejjem xtaq izur, imma c-cirkustanzi ghadhom ma hallewhx. Fil-fatt wegibni fil-pozittiv u qalli li ghandu xewqa li xi darba jitla fuq il-muntanja Kilimanjiaro. Min-naha l-ohra l-mara tieghu tixtieq li tmur fuq missjoni fil-Perù. “Li jista’ jigri wara li ddiskutejna kollox flimkien jien u l-mara hu li nghaqqdu x-xewqat taghna flimkien u mmorru flimkien xi missjoni l-Kenja. S’issa s-safar dejjem sar flimkien mat-tfal taghna”.
Però, hawnhekk Ivan zvela mieghi li din id-drawwa li l-familja tieghu mdorrijin isiefru kollha flimkien, daqt ser ikollha tinkiser. Tlabtu jispjegali fid-dettall.
“F’Gunju li gej jien u l-mara ser inkunu parti minn grupp tad-drama Malti, u fil-fatt l-uniku grupp Malti li intghazilna nippartecipaw waqt festival tat-teatru fi Franza. Kienet opportunità unika u ma stajnix nitilfuha. B’hekk ghazilna li nattendu ghaliha f’Gunju li gej”.
Il-festival li ser jattendu ghalih li jgib l-isem ta’ Eurotopiques La Virgule, ser ikun qed jilqa’ diversi pajjizi Ewropej fosthom Malta, billi kull grupp jipprezenta sebghin minuta ta’ performance; fil-kaz ta’ Malta se jkunu Ivan u martu Simone. Opportunità unika li ser ikunu huma li jirrapprezentaw lil Malta fi Franza, aktar u aktar jekk huma jmorru tajjeb!!!
Jghaqqdu grupp tad-drama, imagin-Arts
Minn informazzjoni li kont ksibt minn qabel dwar Ivan, sirt naf li f’Awwissu 2010, flimkien ma’ martu Simone bdew progett gdid tad-drama bl-isem imagin-Arts. B’hekk xtaqt inkun naf aktar informazzjoni dwaru.
“Peress li gieli ddirigejt drammi lokali, minn dejjem kelli xewqa li jkolli tim ta’ atturi tieghi.
Sakemm tadatta u tpoggi l-karattri ma’ certu atturi, kultant tehodlok zmien twil ta’ tfittix. B’hekk issa bil-grupp tieghi, l-hajja giet aktar facli u nkun nista’ nadatta u npoggi karattri skont il-htiega tad-dramm li jkollna f’idejna. imagin-Arts jilqa’ ghandu tfal minn età ta’ hames snin ’il fuq. Ghandna tlett gruppi – Juniors, Intermediate u Seniors”, infurmani Ivan.
Kurzitajiet dwar Ivan
Kurzità helwa dwar Ivan hija li jhobb izomm tifkira zghira minn kull dramm li jiehu sehem fih. Fil-fatt ghandu xkaffa d-dar li jzomm minn affarijiet zghar bhal sempliciment rixa ta’ kappell, u anke fjura partikolari fost hafna dettalji ckejkna ohra li jzomm minn kull dramm.
Dwar jekk jimmaginahx jghix biss mit-teatru u l-kitba biss, Ivan sostna li hija xewqa sabiha kieku, imma fl-istess hin jaf li peress li Malta hija zghira allura ma toffrix dik ic-certa kontinwazzjoni fit-teatru bhalma jigri f’Londra per ezempju.
Ghal xi zmien ukoll, Ivan kien ittanta xortih fil-kant. Fil-fatt gieli kiteb lirika u muzika ghal xi kantanti, u anke gieli kanta f’xi festivals lokali. Kien ukoll hadem is-sigla ta’ dramm lokali li kien idderiga hu stess – “Is-Sigill tal-Qrar”. Staqsejtu ghadux involut fil-kant, u nfurmani li ghadu, ghalkemm ma jqisix bhala l-prijorità ta’ hajtu. “Ma niffukax fuqha wisq, fis-sens li jekk tigi opportunità ta’ muzika ser nehodha, imma aktar normalment niffoka fuq id-drama u l-kitba”, ikkonfermali Ivan.
Fl-ahharnett staqsejtu kif inhi r-relazzjoni tieghu mal-but tieghu stess. Minkejja li kien xi ftit sorpriz ghad-domanda, xorta fil-pront wegibni, “Ghaz-zminijiet tal-lum wiehed irid joqghod attent fil-flus. Jien persuna li nghix il-mument. Trid jew ma tridx bilfors trid tghixu.
Fl-istess hin inhobb ninvesti xi flus ghat-tfal tieghi. Fi kliem ahjar nipprova nsib bilanc bejn it-tnejn li huma”, temm jghidli Ivan b’tant simpatija genwina fuqu.
Recent Comments