Qed tghix il-hajja li dejjem xtaqet

Kemm hu sabih li bniedem johlom holm sabih.U kemm hu isbah li dak li johlom jitwettaq.Mhux bilfors dan ghandu jsehh minnufih, izda jista’ jaghti l-kaz li ghal xi raguni jew ohra, jew xi prijoritajiet ohra fil-hajja dawn ikollhom jigu posposti.Izda l-importanti li jitwettqu u finalment jikkuntentaw lil dak li jkun, specjalment meta l-holm ikun ilu li sar.
Hekk ghamlet il-personalità li tkellimt maghha llum ghal din l-intervista – CORINNA BALDACCHINO. Minhabba l-istudji taghha l-Università, kellha twarrab fil-genb il-holm li kellha – holma li xi darba ssir kantanta maghrufa.
Corinna ghandha 24 sena, toghqod il-Mellieha u mal-gurnata tahdem bhala ghalliema tal-Physics u Integrated Science, filwaqt li filghaxija ssibha tkanta u kultant anke timmudella. Tqis ruhha bhala persuna avventuruza, thobb iddah-hak u pacenzjuza.
Bdiet tkanta madwar seba’ snin ilu, filwaqt li bdiet timmudella xi tliet snin ilu. Izda proprju kien f’dan l-ahhar ftit snin li Corinna regghet bdiet tiffoka bis-serjetà fuq il-kant. Qabel ma setghetx tiffoka serjament fuq il-kant minhabba li kienet ghadha qed tistudja sabiex tilhaq ghalliema.
Illum li sabet postha, qed tqassam il-hin taghha ghal dak li tilfet qabel. “Nammetti li ghandi karattru kompetittiv u b’hekk fi zmien l-Università ridt li niffoka biss fuq l-istudji tieghi, u allura kelli nwarrab ghal ftit lill-kant. Illum qed niffoka aktar fuqu u fil-fatt inhossni kompluta”, tbissmet tghidli.
Tiddebutta bl-ewwel kanzunetta taghha
Ftit xhur ilu, Corinna harget l-ewwel kanzunetta taghha – “Someone New” b’kollaborazzjoni ma’ Dj Toby. Bla dubju ta’ xejn Corinna tinsab kuntenta hafna li sejra tajjeb hafna biha, tant li giet ukoll nominata fil-Bay Music Awards 2011 ghall-ahjar dance tune.
“Bir-rispons li kelli s’issa qed naghmel kuragg sabiex inkompli bi triqti b’aktar muzika. Zgur li m’ghandix xi ngerger li l-ewwel kanzunetta tieghi qed taghmel hoss digà.”
Staqsejtha kif tahseb li jharsu lejha l-istudenti hekk kif isiru jafu li l-ghalliema taghhom hija kantanta u mudella wkoll.
“Xi whud jarawni bhala role model ghalihom. Mhux l-ewwel darba li jigu jkellmuni ghal xi pariri. Nammetti li ghall-ewwel kont nibza’ xi ftit ghax kont nahseb li jistghu jiksbu xi kunfidenza zejda, izda llum naf li waqt il-lezzjoni irrid inzomm aktar mad-dixxiplina. Imbaghad barra l-lezzjoni, nista’ nkun differenti fejn nitkellem mat-tfal fuq affarijiet ohra li mhux bilfors ghandhom x’jaqsmu mas-suggetti li nghallem,” spjegatli Corinna.
Qatt mhu tard wisq
Niddiskuti maghha l-fatt li forsi hdejn kantanti ohra dahlet fix-xena muzikali xi ftit tard, meta tqis li kantanti ohra jibdew minn ckunithom ikantaw u anke jiddebuttaw. Immaginajt li temmen fil-frazi li qatt mhu tard wisq, li fil-fatt hekk kien. “Li grali kien li kien hemm xi perijodi fejn kont naqta’ qalbi, u anke kif ghedt qabel il-fatt li ridt nikkoncentra fuq l-istudji skolastici tieghi. Illum li rnexxieli nasal s’hawn, bejni u bejn ruhi nghid li ahjar bdejt izghar, imma kif ghedt qatt mhu tard wisq,” ikkummentat Corinna.
L-avventuri taghha setghu kienu fatali
Tirrakkontali li meta kienet izghar kienet litteralment tomboy. Kienet tigri mas-subien barra, jitilghu mas-sigar, u jidhlu f’postijiet abbandunati. Litteralment ma kinitx taghti kaz tad-dehra taghha.
Izda maz-zmien inqalbet il-folja. Hallejt f’idejha sabiex tispjegali ezatt dawn l-episodji minn hajjitha. “Kont dejjem nigri mas-subien, u ma kontx niehu hsieb lili nnifsi verament.
Malli dhalt nistudja l-Junior College bdejt naghti kaz tad-dehra tieghi, tant li bdejt ukoll nimmudella. Illum il-gurnata naqra rivisti u naggorna ruhi fuq l-ahhar moda. Tant sirt iffissata fuq il-hwejjeg li ma’ kull paga ghid li ser issibni qed nixtri xi haga.”
Dlonk ftakret tlett episodji minn hajjitha li setghu kienu aktar gravi.
Darba minnhom waqt li kienet fi Franz, malajr kienet ser titlef il-vista ta’ ghajnejha b’daqqa ta’ ponta ta’ menu tal-ikel.
Tant hajjitha mimlija avv-enturi li dakinhar bil-genn flok giet ghaliha ambulanza, kienet gabritha fire engine u haduha l-isptar biha!!! Storja ohra li rrakkuntatli kienet ta’ meta spiccat l-isptar wara li kienet misset u gidmitha huta velenuza.
Rakkont iehor kien li tant wegghet waqt loghba basketball li kienet ser taqbadha concussion.
“Kollni praspar jiena. Illum nidhak imma dak iz-zmien ma kontx,” kompliet mieghi Corinna.
Fuq nota kemmxejn differenti u ’l boghod mill-kant u l-immudellar, ridt niehu l-opinjoni taghha dwar tfal li jigu qabel iz-zwieg.
“L-ahjar li dawn jigu wara z-zwieg, anke ghal raguni ta’ finanzi, kif ukoll nemmen li koppja ghandha tilhaq tgawdi z-zghozija,” ikkummentat Corinna.
Dwar jekk xtaqitx li twieldet f’xi pajjiz barrani milli f’Malta, sahqet li Malta toghgobha ghax kollox jinsab vicin fuq gzira wahda.
Izda ssostni li bhala karriera muzikali temmen li f’Malta hija kemmxejn difficli u allura kieku taghzel li twieldet f’xi pajjiz iehor minhabba aktar opportunitajiet.
Finalment Corinna xtaqet tghaddi messagg lil dawk kollha li jixtiequ jaqbdu l-karriera tal-kant sabiex ma jaqtghux qalbhom u ma jhallu lil hadd itellifhom, sabiex b’hekk iwettqu l-holm ta’ hajjithom!
Recent Comments