It-tisjir ilaqqghu ma’ personalitajiet kbar

Gieli smajt min jghidlek l-ikel tih lil min jaf jieklu. Naqbel perfettament ghax jiena l-ewwel wahda niehu gost niekol ikel bnin, u kemm jista’ jkun tal-aqwa kwalità. Però nemmen ukoll li l-ikel trid ittih lil min jaf isajjru. Niehu minni nippreferi nsib l-ikel lest milli noqghod nippreparah, u fil-fatt s’issa hekk qed jigri – rari hafna jkolli noqghod insajjar xi haga jiena.
Ghal din l-intervista ltqajt ma’ chef Malti, nista’ nghid bis-sahha tat-tfajla tieghu li ntroducitni mieghu. OSWALD CARUANA ilu jahdem fil-kcejjen minn mindu kellu sbatax-il sena. Illum ghandu 31 sena. Rigward passatempi jsostni li llum il-gurnata kwazi spiccawlu, imma meta jsib ic-cans ihobb isiefer u jmur jiekol barra, minn xi restorant tal-aqwa klassi. Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna nervuz, tal-punt u ambizzjuz fl-istess hin.
Iltqajt ma’ Oswald fil-pjazza tal-Mosta, fejn hemmhekk stajna nitkellmu ahjar dwar il-hajja tieghu fi kcejjen diversi, mhux biss f’Malta izda anke f’diversi pajjizi barra minn xtutna. “Bdejt fuq din il-linja billi l-ewwel kont nghin fil-kcina, imbaghad malajr spiccajt insajjar. Iddecidejt li mmur l-ITS u fil-fatt hadt kors u minn hemmhekk spiccajt Manchester ghal sena shiha nahdem fuq stharrig mibghut mill-iskola stess.
Minn hemm kont gejt lura Malta u bdejt nahdem f’restorant Malta stess. Kelli hafna aktar opportunitajiet fejn hdimt l-Iskozja fir-restorant tal-famuz Andrew Fairlie, li llum ihaddan 2 Star Michelin, kif ukoll kelli esperjenzi ohra f’Londra u l-Libja fost ohrajn”, beda jghidli bhala introduzzjoni dwaru Oswald.
Ha esperjenza vasta mal-famuz Andrew Fairlie
Jekk wiehed ifittex dwar Andrew Fairlie isib li huwa l-uniku chef Skocciz fl-Iskozja li ghandu restorant b’zewg Michelin star. Bla dubju ta’ xejn zgur li huwa ta’ sodisfazzjon kbir li Oswald jista’ jghid li hadem fir-restorant tieghu ghal tlett snin u nofs shah.
“Il-bidu tieghi meta kont nahdem fir-restorant tieghu kien iebes, ghax idumu sa-kemm jaccettawk. Izda maz-zmien mort tajjeb, tant li tlaqt minghandu bhala Junior Sous Chef. Ir-raguni li ma bqajtx nahdem mieghu kienet li peress li r-restorant tieghu kienet hdejn Gleneagles Hotel li ghalkemm hi sabiha u lussuza, kienet hafna ’l boghod biex tmur x’imkien iehor u ma tibqax biss fl-istess resort”.
Illum Oswald jinsab lura Malta ssetiljat imexxi restorant fil-Belt Valletta flimkien ma’ hutu, u anke gietu opportunita li jimmaniggja u jmexxi wahda mill-kcejjen tal-Waterfront tal-Belt stess. Isostni li minn dejjem hadem fil-kcejjen.
Iddiskutejt mieghu l-fatt li jrid jahdem fil-festi u generalment matul il-weekends tas-sena kollha. Hafna proprju ghalhekk ma jaghzlux din il-linja ghax tgerrixhom din ir-realtà. “Iva veru dan hu fatt. Imma jien nghid li diment li taccetta din ir-realtà, ma jkunx hemm problemi. Hija decizjoni li tkun hadt minn zmien qabel ma tkun dhalt ghaliha. Lili personali ma jdejjaqnix, l-aqwa li ninsab kuntent. X’jiswa billi wiehed jahdem mit-Tnejn sal-Gimgha u ma jkollux sodisfazzjoni mix-xoghol? Jien personali qatt ma hallejt dik il-problema twaq-qafni, u forsi ghandi x-xorti wkoll li tal-familja u anke t-tfajla tieghi jifhmuni”, ikkumenta Oswald.
Kien isajjar lit-tifel ta’ Gaddafi
B’sorpriza ghalija, Oswald qalli li waqt li kien fuq xoghol il-Libja kien gie mibghut isajjar lit-tifel tal-eks mexxej tal-Libja Muammar Gaddafi – Al-Saadi Gaddafi. Hallejt f’idejh sabiex jirrakkontali din l-istorja unika ghalih. “Waqt li kont qed nahdem il-Libja go restorant, kienu appuntawni biex nagh-mel xi xoghol ghall-Istat tal-Libja. Fost l-ikel li kont insajjar kont qed nitma lil tal-ufficini ta’ Al-Saadi Gaddafi.
Sadanittant hu qatt ma kien ghadu rani b’mod personali, izda kont ghogobtu mill-ikel li kont insajjarlu.
Darba fost l-ohrajn kien ghajjatli biex immur insajjarlu l-Libja stess.
Kien stedinni tlett darbiet ohra u minnhom stajt immur darbtejn. Fil-fatt mort mieghu sabiex insajjarlu fil-Mauritius ghal ghaxart ijiem shah, u darba ohra kien tellani l-villa tieghu f’Londra sabiex propju nsajjarlu hemmhekk ghal tmint ijiem shah.”
Tlabtu jghaddili xi kummenti specjali dwar Al-Saadi Gaddafi, mill-esperjenza ta’ zmien li qatta mieghu. Fil-fatt Oswald zvela mieghi li Al-Saadi kien ihobb isajjar u kien anke jhobb iqatta’ hin ma’ Oswald jarah isajjar, jghinu u jispjegalu xi affarijiet dwar l-ikel stess.
“Al-Saadi kien ihobb isaqsi hafna. Kien jistaqsini dwar il-background tieghi u anke kien igieghel lil shabu joqoghdu jarawni nsajjar.”
Tlabtu jikkumentali aktar fid-dettall. “Ghalkemm ir-regim tieghu ghamel hafna hsara, minn dak li rajt jien stess Al-Saadi ma kienx mill-horox. Nista’ nikkonferma li matul dawk il-jiem li ghaddejt taht l-istess saqaf mieghu, qatt ma rajt la abbuz u l-anqas swat. Li nista’ nghid li kien demanding hafna, fis-sens filli jordna li jrid jiekol fit-tmienja ta’ bil-lejl u filli fl-ahhar hin jghidlek li jrid jiekol fil-hdax ta’ bil-lejl”.
Staqasejt lil Oswald x’kien ikun irid jiekol l-aktar Al-Saadi. Fil-fatt Oswald qalli li kienet toghgbu l-aktar il-kcina Taljana. Kien ihobb jiekol hut, ghagin, frott tal-bahar u l-haruf. L-esperjenza li ha Oswald fit-tisjir fil-Libja tmur lura precizament qabel ma beda l-inkwiet serju fil-Libja ricentament.
Zied jghidli wkoll li tant kien imur tajjeb mieghu, li Oswald flimkien ma’ Al-Saadi kellhom f’mohhhom li anke jippublikaw ktieb tar-ricetti flimkien.
Ridt inkun naf aktar, u dwar x’sar minnha din l-idea llum il-gurnata. “Ghalkemm din l-idea llum sfaxxat fix-xejn, originarjament kienet opportunità li kien ser itini hu stess. Kien staqsini jekk ghandiex xi xewqa partikolari, u jien kont ghedtlu li nippublika ktieb tar-ricetti. Kien accetta, imma z-zmien tant kien qasir u gara dak li gara ftit wara, li sfaxxa kollox,” sostna Oswald.
B’hekk Oswald jista’ jghid li kien b’xortih li lahaq hadem mill-vicin hafna ma’ persuna ta’ profil gholi – ghalkemm jista’ jkun hawn min qed jghid bil-kontra. Jinghad x’jinghad ghalija u bla dubju ta’ xejn ghal Oswald stess, xorta jibqa’ l-fatt li din kienet esperjenza unika li zgur qatt mhi ser terga’ tigi lura.
Xtaqt il-kummenti tieghu dwar persuni li huma vegeterjani, jekk dawn ikunux qed jitilfu mit-tisjir.
“Ikunu qed jitilfu mil-palat, però bhala chef naghmel mezz li nohloq ricetti nteressanti,” temm jghidli Oswald.
Recent Comments