Id-drama ghenitha biex temmen fiha nfisha

Kemm hu sabih li fil-hajja wiehed ma jaqta’ qalbu qatt.Kultant xi whud jispiccw jaqtghu qalbhom malajr, minghajr forsi ma jaghtu cans.
Ghandna nittamaw, nippruvaw u ninsistu ghal xi haga li verament tkun mixtieqa. Il-persuna li tkellimt maghha llum ghal din l-intervista hija ezempju carissimu ta’ li warali ttamat, ipprovat u ippersistiet qed jirnexxilha tasal fejn tixtieq, anke minkejja li c-cirkustanzi tal-hajja gabuha tiddependi minn siggu tar-roti.
Roberta Magri hija tfajla ta’ 21 sena li toqghod tal-Ibragg. Ilha tuza s-siggu tar-roti ghal dawn l-ahhar seba’ snin, minn mindu kienet ghamlet l-operazzjoni ta’ daharha ghax kellha l-iscoliosis. Illum il-gurnata m’ghandix aktar l-iscoliosis ghax l-operazzjoni rnexxiet b’success, izda kienet taf mill-bidu nett li wara kien ser ikollha bzonn il-wheelchair.
Issostni li bdiet tapprezza aktar il-hajja minn meta kellha bzonn taghmel l-operazzjoni. “Meta tkun ser taghmel operazzjoni ta’ tmien sighat, meta tkun diehla taf, imma jekk hux ser tohrog ma tafx.
Kien proprju dak iz-zmien meta bdejt napprezza aktar il-hajja u n-nies ta’ madwari ghax il-hsieb biss li stajt nitlef hajjti u ma narax aktar lil dawk in-nies li kont inhobb, kien tal-biza’.
Nixtieq nghaddi messagg li ghandna napprezzaw u nghixu kull sekonda ta’ hajjitna bl-ahjar mod li nistghu, u kif ukoll napprezzaw lin-nies ta’ madwarna ghax meta tkun vicin li titlef dak kollu li ghandek, tirrealizza li l-hajja taf tkun qasira hafna aktar milli tahseb u jaf ikun tard wisq”.
Bhalissa ma tahdimx, u whud mill-passatempi taghha huma l-internet u d-drama lokali. Tiddeskrivi lilha nnifisha bhala persuna semplici izda kkumplikata fl-istess hin u misterjuza, b’ras iebsa hafna. “Rasi iebsa hafna, difficli biex tibdilli l-hsieb li jkolli u jekk nghid li ser naghmel xi haga, nibqa’ sakemm naghmilha b’xi mod jew iehor. Perfezzjonista hafna. Dan ma jfissirx li jien perfetta, imma dak li naghmel inkun irrid naghmlu jekk jista jkun perfett, inkella ma naghmel xejn.”
Mistoqsija kif thares lejn il-hajja llum il-gurnata, Roberta wegbitni, “Ovvjament jekk hawn xi hadd jghid li ghandu hajja facli, nahseb li ma jkunx qed jghix ir-realtà. Il-hajja minnha nnifisha mhux facli u matul iz-zmien jinqalghu affarijiet li jaghmlu l-hajja ftit aktar difficli jew ikkumplikata, imma nemmen li minn kull esperjenza tista’ tiehu xi haga pozittiva. Fl-ahhar mill-ahhar il-hajja hi sabiha hafna jekk tkun kapaci tghixha bl-ahjar mod,” ikkumentat.
Ma’ Roberta ddiskutejt il-fatt li hajjitha tiddependi hafna minn ta’ madwarha, u haga naturali staqsejtha minghand min issib din l-ghajnuna. Il-kummenti taghha kienu li kull hajja ta’ kull persuna tiddependi hafna minn haddiehor.
“Nemmen li persuna ma tistax tghix totalment u kompletament wahedha. Ovvjament jien xejn differenti, ma nistax nghix minghajr in-nies ta’ madwari. Il-familja u l-hbieb tieghi huma dawk li ghamluni li jien illum, u l-ghajnuna minn ghandhom tasalli ta’ kuljum b’kull mod, ghalhekk bla dubju li minghajrhom ma nistax nghix.”
Holma ssirilha realtà
Dan l-ahhar Roberta bdiet tiehu kors tad-drama, fejn sabet kull appogg possibli, u anke dehret f’parti zghira waqt drama lokali fuq it-televizjoni. Litteralment holma li saritilha realtà. Tlabtha l-kummenti taghha dwar dan.
“Iva, wara hafna zmien nahsibha, u li llum jiddispjacini li domt daqshekk biex niehu dan il-pass imma qatt m’hu tard! Mhux talli hadt l-ewwel pass, izda gietni opportunità u hadtha wkoll.
L-esperjenza kienet wisq sabiha u xtaqt li ma tispicca qatt. Kienet esperjenza ta’ sodisfazzjon kbir. Parti mill-holma qed tirnexxi, però fadal biex tkun irnexxiet kompletament, imma xi darba nasal hemm ukoll,” tbissmet tghidli.
Fil-fatt Roberta temmen hafna fid-determinazzjoni. Thobb issostni dawn il-precizi kliem, “It-triq hi twila, imma determinata li b’xi mod nasal ghall-holma tieghi, dik li nsir attrici. Nemmen bis-shih li xejn m’hu impossibli, jekk ikollok id-determinazzjoni tkun kapaci tasal ghal dak kollu li tixtieq. Xi haga li sa ftit ilu jien stess ma kontx nemminha imma llum il-gurnata nemminha hafna.
Il-messagg li nixtieq ngh-addi hu li jekk xi hadd jixtieq jaghmel xi haga, irid ovvjament jahdem ghaliha, ghax kull haga li trid tasal ghaliha trid tahdem hafna u ma taqta’ qalbek qatt ghax anki meta l-haga forsi tidher impossibbli, bid-determinazzjoni u l-appogg ta’ madwarek taghmel il-haga possibbli”.
Ghalkemm ghadha fil-bidu, Roberta digà thoss li d-drama ghamlet differenza kbira fiha. Issostni li qed taghmilha aktar kunfidenti u anke qed temmen aktar fiha nnifisha.
“Sa ftit ilu, ghalija kienet xi haga impossibbli li nemmen fija nnifsi. Kif ukoll, mill-esperjenza li kelli, id-drama ttini hafna sodisfazzjon. Fi ftit kliem, id-drama qed issahhah il-karattru tieghi,” sostniet Roberta.
Bilkemm kienet tohrog mill-bieb ’l barra
Ghall-kuntrarju tal-lum, meta kienet izghar Roberta kienet maghluqa fiha nnifisha hafna, u kienet tiddejjaq tohrog u tiltaqa’ man-nies, anzi kienet tipprova tahrabhom kemm jista’ jkun. Kienet qisu go qoxra, ovvjament bhalma qaltli hi stess, ghax kellha nuqqas kbira ta’ self-confidence.
“Irnexxieli neghleb dan kollu ghax fortunatament f’hajjti kelli nies li ghenuni hafna biex inkisser dik il-qoxra, u kif ukoll ovvjament fl-ahhar minn l-ahhar ghax kelli rieda qawwija li nohrog minnha. Il-qofol ta’ din il-bidla fija kienet meta bdejt nohrog wahdi, ghax meta tohrog wahdek differenti hafna minn meta tohrog ma’ xi hadd u speci thalli kollox f’idejn il-persuna li tkun maghha, imma meta tkun wahdek bilfors int trid titkellem. Imbaghad bil-mod il-mod tibda tissocjalizza hafna aktar.”
Niddiskuti maghha dwar liema tip ta’ intoppi tiltaqa’ maghhom fil-hajja ta’ kuljum taghha. Tghidli li l-intoppi huma parti mill-hajja ta’ kuljum ghaliha, u fil-fatt kellha hafna. “Tafda nies li ma jkunux haqqhom il-fiducja, ikollok nies li minghalik hbieb u wara hafna tirrealizza li ma jkunux; nies li jaghmlu bsaten fir-roti, nies li jidhlu f’hajjtek u jhallulek impatt qawwi, imbaghad ghal xi raguni jnehhuk minn hajjithom u nista’ nkompli ghaddejja u ma nieqafx.
Intoppi li jghaddi minnhom kulhadd, jaghmlu l-hajja aktar difficli però kif ghedt, huma parti mill-hajja. Trid tipprova thares lejn il-pozittiv, twarrab il-passat u tipprova ma thallix dawk l-intoppi jaffettwawlek hajjtek, il-karattru u l-futur,” sahqet Roberta.
Htiega ta’ aktar accessibbiltà f’Malta
Staqsejtha jekk bhala persuna li tuza s-siggu tar-roti hawn Malta ssibx xi diffikultajiet. “Mhux dejjem tkun daqshekk facli, però b’xi mod jirnexxili ninqeda xorta wahda ghal-kemm mhux dejjem kif nixtieq. Rigward progress sar hafna, però ghad fadal x’naqdfu biex verament inkunu nistghu nghidu li hawn bizzejjed accessibiltà. Tajjeb li nghid li dan ma jiddependix biss mill-awtoritajiet, izda minna lkoll.”
Minkejja kollox, Roberta thares lejn il-passat taghha bhala passat iebes u sabih fl-istess hin. Kellha esperjenzi sbieh u koroh, mumenti ta’ ferh u niket, mumenti li timmisja hafna u li tixtieq terga’ tghixhom, u mumenti li ma tixtieqx terga’ tghaddi minnhom.
“Nemmen li kieku ma kienx dak il-passat minix Roberta li jiena llum, u ma wasaltx fejn wasalt. Il-futur inhares lejh b’certu determinazzjoni li jkun hafna ahjar mill-passat u anke mill-prezent. X’hemm lest hadd ma jaf. Nghix gurnata b’gurnata u niehu l-hajja kif tigi.”
Fl-ahharnett Roberta xtaqet tirringrazzja lill-familja taghha kollha, hbiebha u lil dawk li ghamlu xi differenza pozittiva f’hajjitha, specjalment lil shabha u atturi tad-drama lokali. Roberta spiccat din l-intervista mieghi b’messagg ta’ kuragg ghall-qarrejja tal-KullHadd.
“Nemmen hafna li wara l-maltemp jigi l-bnazzi. Xi kultant il-bahar ikun imqalleb hafna u l-mewg ikun qawwi tant li xi drabi thossok li qed teghreq imma jekk ma taqtax qalbek u tibqa’ tikkumbatti jirnexxilek teghleb kull mewga u fl-ahhar terga’ titla’ fil-wicc.
Ovvjament din tista’ tkun haga repetittiva, però l-importanti li dejjem tibqa’ tikkumbatti u kemm jista jkun ma thallix lilek innifsek tingarr mall-kurrent,” temmet tghidli b’tant pozittività u determinazzjoni Roberta.
Recent Comments