Biz-zfin tieghu ‘jimsah’ l-art
Dan l-ahhar kont qeghdha nqalleb fuq it-televizjoni, fuq stazzjon barrani proprjament.Kien hemm dokumentarju dwar b-boying.Affaxxinanti wisq dan iz-zfin originali u bhal donnu akrobazija fl-arja. Hawn min jaghmel riferiment ghalih bhala z-zfin fejn tintmesah l-art.
Interessajt ruhi aktar u ghamilt kuntatt mal-b-boy Malti. Hawn tfajliet li jiprattikaw dan iz-zfin ukoll u dawn jissejhu b-girls. F’Malta ftit hawn min jipprattika dan iz-zfin, imma l-ftit li hawn huma tajbin.
Il-b-boying beda lejn l-ahhar tas-snin sittin u l-bidu tas-snin sebghin fi New York. Iz-zfin tal-b-boying jikkonsisti f’passi u mossi mill-izjed impressjonanti. Ghall-bidu l-b-boying kien isir bilwieqfa biss u kien maghruf bhala top rocking. Illum l-b-boying huwa mifrux madwar id-dinja kollha u huwa wiehed mill-izjed stili ta’ zfin hip hop popolari u mfittex.
Ikkuntattjajt lil Marley Lagana li huwa b-boy zaghzugh Malti u accetta li jaghmel din l-intervista mieghi. Marley joqghod l-Ibragg. Ghad ghandu 24 sena u jhobb jirrillassa ruhu biz-zfin, jiddeverti ma’ shabu u anke jsegwi xi films. Pjuttost rari, minhabba nuqqas ta’ hin ihobb jaqbad ktieb f’idu u jaqra. Ihobb ukoll jghid il-fehma tieghu, u jikkunsidra ruhu bhala bniedem sincier.
Tlabtu jispjegali ezattament x’inhu b-boying. “Il-b-boying huwa zfin akrobatiku li jkun qed jaqbel mal-muzika ghaddejja dak il-mument. Jixbah liz-zfin tal-breakdance. Imma l-breakdance jinzifen minghajr ma jaghtu kaz tal-muzika,” spjegali Marley.
Zied jghidli li barra minn Malta hemm min ghandu sempliciment karriera ta’ b-boy biss u jmorru tajjeb bih biss. Hawn Malta hija storja ohra. Dan iz-zfin s’issa jittiehed bhala passatemp jew xoghol part-time.
Jifforma l-kru – Sharks on Earth
Mistoqsi kif thajjar jibda jipprattika z-zfin tal-b-boying, Marley wegibni, “Bdejt il-b-boying mill-iskola sekondarja bis-sahha ta’ wahda mill-ghalliema tieghi. Wara s-sekondarja kont dhalt ma’ hafna krus differenti ghax dak iz-zmien kien hawn hafna breakdancers, izda ftit ftit bdew jieqfu hafna minnhom.
Imbaghad konna ghaqqadna l-kru li ghadni fih llum bl-isem ta’ Sharks on Earth. Konna nittrenjaw hafna u maz-zmien gejna l-ewwel kru Malti li morna nirrapprezentaw lil Malta barra minn pajjizna.
Bhala kru filfatt irbahna tlett darbiet ic-championship Malti wara xulxin battle of the crew”.
Lura lejn is-sena 2004, Marley kien akkwista trofew bhala l-aqwa b-boy ghal dik is-sena.
Aktar tard fis-sena 2006, kien tela’ Londra sabiex ikompli l-istudji tieghu, kif ukoll ha l-opportunità sabiex ikompli itella’ l-esperjenza tieghu fiz-zfin. Fil-fatt irnexxielu wkoll jirbah battle jam, Brixton 2v2, u rrapprezenta lil Malta f’hafna aktar kompetizzjonijiet.
Marley isostni li pprova hafna tipi ta’ zfin iehor, izda l-b-boying zammu. “Minbarra li jaghmlek tkun kreattiv, spiccajt anke nghix il-kultura tieghu”.
Tlabtu jelabora aktar u fissirli li fi zfin iehor generalment ikollok l-instructor jurik il-movimenti, filwaqt li l-b-boying ihallik liberu. “Fil-b-boying m’ghandekx instructor, li se joqghod iwaqqfek wara kull pass li ma jkunx ghogbu”, spjegali bil-mod tieghu Marley.
Jikkompetu barra minn Malta
Bhala Sharks on Earth, Marley flimkien ma’ shabu jizfnu u jittrenjaw f’sala f’Hal Ghaxaq. Fl-istess kru qeghdin disa’ b-boys. Marley ilu membru mill-bidu nett tieghu, voldieri tmien snin b’kollox. Bhala kru jittrenjaw kwazi hamest ijiem fil-gimgha.
Fil-fatt Marley qalli li meta gieli ma jkunx jista’ jittrenja u jdum xi tlett ijiem ihossu jiffrijkja. “Sar litteralment parti minni. Anke xi mumenti meta nohorgu flimkien bhala grupp ghid li xi hin jew iehor ser nizfnu b-boying. Ma nafux noqoghdu kwieti minghajru”, tbissem jghidli.
Bejni u bejn ruhi ghedt mhux ta’ b’xejn ikunu flessibli waqt il-movimenti tal-b-boying.
Spjegali kif wara x-xoghol jibqa’ sejjer iqatta’ xi tlett sighat b-boying jittrenja ma’ shabu. Stajt nifhem li dan bhal kull oggett iehor – jekk titilqu ser jitilqek litteralment.
Bhala b-boy, Marley aktar jiffoka fuq power moves. Ghalkemm kien bilqieghda quddiemi, xorta bil-mossi ta’ jdejh prova jispjegali x’inhuma dawn il-movimenti.
Fil-fatt spjegali li power moves huma dawk ic-caqliq u zfin li jserrah hafna b’dahru fuq l-art. Mhux l-ewwel darba li jivvinta xi mossa spirtu pront. Bejni u bejn ruhi ghedt tajjeb thallih jizfen id-dar – xejn xejn jimsahlek l-art filwaqt li jaghti divertiment biz-zfin tieghu!!!
Sharks on Earth ghadhom sal-gurnata tal-lum jippartecipaw f’xi kompetizzjonijiet barra minn Malta. Ftit ftit qed itellghu l-livell taghhom. Gieli jikkompetu bhala kru shih u gieli bhala solisti.
Peress li l-b-boying jirrikjedi certu heffa, staqsejtu jekk b-boy jew b-girl iridux ikunu irqaq. Marley infurmani li mhux bilfors. “L-importanti li ma tigrix rasek bik, ghax hemm diversi livelli. Il-b-boying jiddependi skont kemm il-gisem ta’ dak li jkun ser jiflah. Jekk wiehed jaghmel aktar milli jiflah ser jirriskja periklu”.
Jinzillu l-qalziet waqt b-boying!!
Tlabtu jghidli jekk kellux xi storja partikolari x’jirrakkonta matul kemm ilu jiprattika l-b-boying. Dlonk malajr ftakar fi storja umoristika. Hallejt f’idejh biex jirrakontali. “Darba konna mistednin nizfnu b-boying waqt tieg ta’ habib. Niftakar li waqt li kont qed nizfen jien kont ghamilt certu mossa b’sieqi li konsegwenza t’hekk kien nizilli l-qalziet u tista’ timmagina x’show tajba spiccajt tajt”, tbissem jghidli Marley.
Fl-ahharnett xtaq jghaddi messagg lil dawk iz-zghazagh li forsi qed jithajjru jaqbdu dan iz-zfin sabiex ma jiddejqux jesperimentaw u lanqas ma jiddejqu jimshu l-art bil-movimenti.
Xtaq ukoll jirringrazzja lill-familjari tieghu kif ukoll lill-kumplament ta’ shabu li flimkien jiffurmaw Sharks on Earth.
Recent Comments