Tilwima mat-tfajla twasslu biex jibda jikteb
Il-personalità li ntervistajt illum huwa awtur Malti u li kieku ma ghamilx kuntatt mieghi hu, kont aktarx niskoprih aktar tard maz-zmien.
KENNETH CARUANA kkuntattjani hekk kif ippubblika t-tieni ktieb tieghu. Fil-fatt s’issa ppubblika zewg rumanzi, l-ewwel wiehed ‘Qtil fis-Skiet’, u dan l-ahhar wiehed ricenti tieghu ‘Kuntatt fatali’. Ghaddieli kopja tal-ahhar ktieb tieghu u mal-ewwel daqqa t’ghajn tieghu mal-ewwel hajjarni biex naqrah, li fil-fatt hekk ghamilt. Bla telf ta’ hin ikkuntattjajtu lura u stedintu ghal din l-intervista, sabiex niskopri aktar l-awtur wara l-istess ktieb.
Kenneth ghandu 32 sena, mizzewweg u joqghod Haz- Zabbar. Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna b’natural kwiet u rari hafna li xi haga tqarraq bih. Jghid li fejn ikun hemm xi diskussjoni ghadd-ejja jidhlilha b’ruhu u gismu.
S’issa z-zewg kotba li ppubblika huma t-tnejn bil-Malti u t-tnejn huma rumanzi. Staqsejtu jekk hemmx xi raguni partikolari wara dan.
“Meta kont zghir kont naqra kotba bil-Malti, xi kultant anke tlett kotba f’gurnata. Bhala Malti nemmen fil-lingwa taghna, ghalkemm min-naha l-ohra l-lingwa Maltija hija lingwa maghluqa meta tigi biex tiktibha. S’issa ffukajt fuq rumanzi, imma ’l quddiem ghandi xi pjanijiet ohra differenti f’mohhi”.
Kollox beda bis-sahha tat-tilwima
Kenneth beda jikteb ir-rumanzi madwar hdax-il sena ilu, wara li kellu tilwima mat-tfajla tieghu, li llum hija l-istess mara tieghu. Hallejt f’idejh sabiex jirrakkontali ezattament dan il-bidunett tieghu.
“Li gara kien hekk. Kont qed nohrog ma’ Valerie, illum hi l-mara tieghi u konna ghadna fil-bidu. Darba minnhom kellna daqsxejn ta’ argument zghir u x’hin wasalt id-dar, jien ktibt dwar xiex argumentajna u x’inhuma l-ahjar soluzzjonijiet.
Niftakar l-ghada lil Valerie kont urejtha xi ktibt u tghidx kemm dahket. Biex ticcajta kienet qaltli li jmissni niktbilha storja u dakinhar filghaxija ghamiltilha wahda zghira. Meta urejtilha qaltli li jmissni niktibha rumanz din l-istorja, u minn hemm bdew fil-fatt ir-rumanzi tieghi,” beda jirrakkontali Kenneth.
Hawnhekk Kenneth ikkonfermali li l-bidu tar-rakkont tar-rumanz fl-ewwel ktieb tieghu jitTratta l-hajja vera ta’ dak li ghaddew minnu hu u t-tfajla tieghu. Il-kumplament tal-kapitli tieghu jizvolgu bi stejjer fittizji, minghajr ebda esagerazzjonijiet jew zinnati.
Kompla jghidli li huwa tip ta’ persuna li jikteb kollox, anke dak li jkun qed idejqu. “Il-kitba taghmlek ma thewdinx hafna. B’xi mod il-hsibijiet jehfiefu mill-mohh permezz tal-kitba.”
Snin twal ta’ kitba u ricerka
Dwar kemm idum sakemm jiffinalizza ktieb, Kenneth spjegali li fil-kaz tieghu normalment idum sitt snin biex jikteb ktieb. Ir-raguni wara dan hija li hajjtu trid tinqasam bejn xoghol, passatempi, u familja. Apparti dawn, huwa tip ta’ persuna li jdum jiffitta ghaliex ikun irid il-materjal kemm jista’ jkun perfett. Ma jonqosx ukoll il-hin li jiddedika ghal ricerki, qari u ghajnuniet li jitlob sabiex ifassal u jghaqqad ktieb shih.
Ridt inkun naf f’liema mumenti l-aktar li jhossu komdu jikteb. “Normalment nikteb l-aktar meta nkun mentalment tajjeb. L-aktar li jkolli muza huwa filghodu kmieni, u dak insibu bhala l-aktar hin opportun ghalija biex nikteb.”
Iddiskutejt mieghu jekk kinitx triq facli jew le meta gie biex jippubblika t-tieni ktieb tieghu.
“Bla dubju li kienet ehfef f’certu affarijiet. Xorta kien hemm tensjoni. Izda f’mohhi dejjem inzomm li nrid nipprova nitla’ targa minn ktieb ghal iehor,” sostna mieghi Kenneth.
Id-diskursata kompliet fit-tul sew u kompla jghidli li meta jaqra, jippreferi jaqra kotba li jinvolvu investigazzjonijiet, qtil, gwerer u storja. Bhalissa zvela mieghi li qed jaqra xi kotba psikjatrici sabiex jispira ruhu ghat-tielet ktieb tieghu.
Stedint lil Kenneth jaqsam mieghi xi xewqa partikolari li ghandu hu stess bhala awtur.
Deher kuntent ghax fil-fatt ried jaqsam xi xewqat li ghalih ifissru hafna. “Nixtieq li jkun hawn aktar kittieba zghazagh li jiktbu fuq temi li ftit ghandna minnhom x’naqraw lokalment. Qed nirreferi ghal kotba li jittrattaw qtil jew xi serqa tajba per ezempju. Nghid ukoll biex dawk l-awturi li jkunu ghadhom fil-bidu ma jiddejqux ifittxu l-ghajnuna ta’ awturi maghrufa u nittama li jsibuha l-ghajnuna u mhux isibu xi tfixkil.
L-importanti li ma jaqtghux qalbhom, u min ikun ihobb certu stil ikompli jiffoka fuq il-linja tieghu. Nittama wkoll li nibda nara aktar prominenza mill-media lokali lejn awturi godda.”
Fl-ahharnett Kenneth gha-laq din l-intervista mieghi billi spjega li l-qari huwa muftieh biex dak li jkun jkabbar l-gharfien tieghu.
“Nghaddi messagg zghir lill-qarrejja kollha biex ifittxu kotba skond is-suggett li jinteresshom l-aktar u mhux kotba bl-addocc u li jistghu ma jkunu tal-ebda interess partikolari ghalihom,” temm jghid Kenneth.
Recent Comments