Par ghajnejn mhumiex bizzejjed ghalih – Ramona Portelli Blog

Par ghajnejn mhumiex bizzejjed ghalih

Sirt nafu b’kumbinazzjoni, wara li rajt xi xoghol minn tieghu u ftehmt mieghu sabiex niehu sett ta’ ritratti godda ghalija.  Tant laqatni xoghlu li ma stajtx ma nintervistahx ghal din il-pagna tieghi.  Qed nirreferi ghall-fotografu Sergio Morana.  Ghandu 31 sena, mizzewweg u jghix Hal Kirkop.  Ghal qalbu ghandu hafna l-fotografija, l-qari, mixjiet fil-kampanja u meta jsib ic-cans, ihobb jilghab il-loghob tal-kompjuter.

Sergio stqarr mieghi li huwa tip ta’ persuna li jahseb hafna b’tant passjoni fuq dak li jkun qed jahdem fuqu, u jikkunsidra lilu nnifsu bhala habib genwin.

Mill-esperjenza tieghi mieghu waqt il-photoshoot li hadli fid-Dwejra, stajt ninnota li huwa fotografu organizzat u professjonali hafna.  Fil-fatt minn qabel ma konna ltqajna, kien baghatli xi gwidi biex insegwihom, u anke waqt il-photoshoot stess idderigini tajjeb fil-pozizzjonijiet, tant li gie armat bi ktieb tal-pozizzjonijiet diversi waqt shoot, fejn stajna niehdu xi ideat minnu wkoll.

“Kultant meta niehdu x-xoghol forgranted jigu l-izbalji. B’hekk l-ahjar li nkun ippreparat minn qabel. In-nuqqas ta’ preparamenti awtomatikament jigu trasmessi fuq il-persuna l-ohra, fil-kaz tieghi fuq il-mudell jew mudella.

Fix-xoghol tieghi ma tkunx taf ma’ min ser tahdem, fis-sens jekk tkunx l-ewwel darba taghhom jew le.  Certu nies ikollhom bzonn imbuttatura, u ghalhekk fil-kaz tieghi jirrikjedi li nkun preparat sew minn qabel u anke waqt ix-shoot,” beda jispjegali Sergio.

Aljenazzjoni mid-dinja reali

Kompla jghidli li kellu madwar 18-il sena li beda jinteressa ruhu fil-fotografija, izda minn hames snin ’il hawn beda jehodha bis-serjetà.

Mistoqsi xi tfisser fotografija ghalih, Sergio wegibni, “Ghalija hija dinja ohra, bejn realtà u mhux, li niehu gost nintefa’ fiha. Hafna drabi hija aljenazzjoni mid-dinja reali.  Mill-aspett uman l-fotografija hija okkazjoni sabiex issir taf nies f’qasir zmien. Waqt photoshoot, normalment insir naf persuna aktar milli kieku mort niehu kafè maghha xi sitt darbiet, ghax tibni certu bond aktar b’sahhitha.”

Staqsejtu ma’ liema tip ta’ diffikultajiet jiltaqa’ waqt il-photoshoots, u wegibni li l-aktar haga komuni li jiltaqa’ hija meta jmur jiehu shoots f’postijiet pubblici.

Skantajt u ridt nidhol fid-dettall.  “Sfortunatament certu nies jikkapparaw postijiet pubblici ghalihom biss, tant li mhux l-ewwel darba li ltqajt ma’ persuni hekk li jispiccw ikeccu lili u lill-mudelli minn fuq il-post.

Sahansitra jkun hemm minnhom li jkeccuk b’certu theddid.  Dak il-hin ma tistax tmeri lil dik il-persuna ghax tigi f’diffikultà li tkun dhalt f’xi proprjetà privata, izda la darba nkun iccekkjajt fuq it-tali post u nsib li jkun post pubbliku, hemmhekk nirvilla.

Jiena nzertajt persuna li nhobb lil Malta wisq u jiddispjacini li ghal stejjer bhal dawn ma nkunx nista’ jkolli access ghal certu postijiet sbieh”, wegibni ddispjacut Sergio.

Bqajt inkellmu fuq id-diffikultajiet, u fil-fatt ridt inkun naf liema l-aktar li jsib difficli sabiex jiehu ritratti, jekk hux l-adulti, tfal jew l-annimali.  “L-aktar difficli huma l-annimali u t-tfal ghax mhux dejjem joqoghdu ghal dak li tissuggerixxi ovvjament.

Idejquni wkoll dawk l-adulti li jigu ghal xi shoot b’certu pride fuqhom.  Jien nemmen hafna f’teamwork.  Iddejjaqni dik il-haga li persuna ohra taghmilha li taf aktar minnek, u ovvjament jintilef l-element ta’ tim.”

NLP u fotografija

Kont naf ukoll li apparti li Sergio huwa fotografu, jispecjalizza wkoll fuq xoghol ta’ NLP (Neuro-linguistic programming).  Tlabtu jelabora aktar.  “Bis-sahha tal-NLP, jirnexxili nghin nies li jkunu ghaddejjin minn diffikultajiet, bhal nies li ma jemmnux fihom infushom.  Naraha tahdem id f’id mal-fotografija, u b’hekk it-tnejn li huma jinsabu ghal qalbi wisq.

Xi drabi perezempju niltaqa’ ma’ persuni li ma jkunux jobsru li xi darba qatt jista’ jkollhom photoshoot.  Nuza dak li tghallimt billi nittrasferixxi manipulazzjoni pozittiva fuq il-mohh ta’ dak li jkun, tant li jikkonvinci ruhu ghal certa pozittività.  Però fl-ahhar mill-ahhar trid tkun id-determinazzjoni ta’ dak li jkun,” sahaq jghidli Sergio.

Xi gimghat qabel ma kont iltqajt ma’ Sergio ghal din l-intervista, kont naf li f’Awwissu li gej ser isir missier ghall-ewwel darba.  B’hekk stedintu jaqsam l-ecitament tieghu.

Deher jitbissem u wiccu xeghel.  “Hija xi haga li qed nistenna bi hgari ghall-fatt li ser ikolli rwol differenti u gdid f’hajti.  Ser inkun cert li sa dak iz-zmien ikolli aktar hin x’naghti. Fil-prezent qed niffoka flimkien mal-mara tieghi dwar l-ippjanar tal-kamra u affarijiet relatati ohra mat-tarbija li gejja, kif ukoll ma jonqosx is-sapport morali tieghi lejn marti.”

Nerga’ naqleb id-diskors dwar il-fotografija u nistaqsih kif izomm ruhu aggornat dwar il-fotografija stess. Fil-fatt infurmani li huwa membru tal-MIPP, u allura jkun aggornat b’certu updates.  Apparti minn hekk ihobb jaqra kotba u anke jfittex mill-internet dwar fotografi ohra, kif ukoll minn zmien ghal zmien jiehu xi korsijiet godda sabiex izomm ruhu aggornat fuq affarijiet teknici li jinbidlu minn zmien ghal zmien.

Staqsejtu wkoll x’inhi l-aktar bicca xoghol tqila jew diffikultuza waqt photoshoot.  “Waqt photoshoot fotografu bhali jrid jarma ghaxar ghajnejn ohra sabiex ma jimmissja xejn, lanqas l-icken tentufa.  Minbarra dan irrid ikun mohhni fis-settings u konxju mill-persuna ta’ quddiemi li mhux qieghda skomda, u fuq kollox ghassa tal-hin,  ghax tant itir li kultant dik tkun problema ohra,” spjegali fid-dettall Sergio.

Fl-ahharnett xtaqtu jghaddi messagg lill-qarrejja tal-KullHadd.  “Ghix il-hajja b’certu sens u hu li tista’ minnha.  Dan hu motto li nhobb nimxi fuqu, u nissuggerixxi li haddiehor jimxi fuqu.

Nixtieq naghti messagg lil dawk li jaqtghu qalbhom.  Veru li fil-hajja nsibu hafna ntoppi, imma dawk huma parti mill-fazijiet tal-hajja u allura ma ncedux ghalihom. Fuq nota personali nixtieq li ma mmutx b’xi dispjaciri tal-hajja u ghalhekk waqt dan il-vjagg tieghi qed naghmel l-ahjar li nista’ sabiex finalment ma jiddispjacinix”, temm jghidli Sergio.

Aktar informazzjoni dwar Sergio Morana u l-fotografija tieghu tista’ tinkiseb minn fuq www.smorana.com

Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Tas-Sliema.

Scroll to top