Hajjitha ddedikata ghall-qtates

Il-personalità li intervistajt ghal din il-gimgha jkolli nghid li bla ma trid gibditni lejha ghall-fatt li hija persuna ta’ zaqqha f’fommha u fuq kollox mhix imkabbra bl-ebda mod. Ippreferit li ghal din l-intervista niltaqghu d-dar taghha u fil-fatt stednitni d-dar taghha fil-Qawra. Qed nirreferi ghal Nevise Borg Caligari. Hafna jafuha tipprezenta l-programm televiziv taghha Pink Panther fuq ONE. Nevise thobb hafna l-annimali b’mod specjali l-qtates. Fil-fatt id-dar flimkien mar-ragel taghha Pierre ghandhom 11-il qattus, u tistghu timmaginaw kemm kellna kumpannija helwa waqt din l-intervista!

Nevise ghandha 33, u l-passatempi taghha huma li tqatta’ l-hin mal-qtates taghha stess iddur bihom. Issostni li hija persuna pjuttost perfezz-jonista u anke zbukkata ghax dak li thoss tghidu.
“Ghall-kontra ta’ hafna, inhobb nesponi l-qtates ghall-pubbliku waqt shows taghhom stess. Ma nara xejn hazin fiha,” bdiet tghidli Nevise.
Ma stajtx nistaqsiha kif jirnexxilha tlahhaq ma’ hajjitha personali u ma’ dawk il-qtates kollha li trabbi. Malajr spjegatli r-rutina ta’ kuljum taghha.

“Filghodu nqum dejjem f’xi s-sitta ta’ filghodu. Pierre jiehu hsieb ibattal it-tmien cat litter trays. Jiena nipprepalhom jieklu u wara niknes ftit. Jigifieri hekk qed nghidu li nqatta’ l-ewwel siegha u nofs tal-gurnata ndur bil-qtates. 

Filghaxija wara x-xoghol tista’ tghid li nergghu nirrepetu l-istess rutina. Kif qed tinnota, il-qtates ghalija huma l-prijorità ta’ hajti,” qalti tant konvinta minn dak li qed tghid Nevise.

Bla dubju ta’ xejn Nevise ghandha passjoni kbira ghall-annimali, izda titwerwer hafna mill-insetti. Rajt naqra ta’ kuntrast fiha l-haga, imma malajr spjegatli li mbilli thobb l-annimali, ma jfissirx li jekk iljun ikun ser javvicina lejha, ser tifrah bih – zgur li le! “Jekk nara wirdiena, kapaci naqbez sulari ‘l isfel tant kemm nibza,” sahqet mieghi.

Tibza’ mit-trabi tat-twelid

Kompliet tghidli li apparti l-fobia mill-insetti, ghandha fobia ghat-trabi. Nghid id-dritt kont sorpriza ghax qatt ma kont iltqajt ma’ persuna hekk, almenu fil-kaz ta’ Nevise, persuna sinciera li ma ddejqet xejn tahbi l-verità dwarha. 

Tlabtha tispjegali aktar, u jekk hux ser tibqa’ ggorr din il-biza’ maghha. “Ghalkemm ghandi din il-fobia fuqi ghat-trabi, naf li t-tfal ghandhom attrazzjoni specjali lejja. Ser naghlaq tnax-il sena mizzewga u fil-fatt bqajna bla tfal, bil-qtates biss.

Nammetti li ma nafx immur mat-tfal, lanqas man-neputijiet tieghi stess. Issa li tfarfru ftit, qed immur tajjeb maghhom. Trabi tat-twelid litteralment nibza’ minnhom. Li nista’ nghid hu li jiena tip ta’ persuna li ma ningarrx mal-kurrent. Jekk m’iniex lesta ghal xi haga, zgur li m’iniex ser nidhol ghaliha. Inhobb nahseb hafna qabel ma nagixxi,” spjegatli pronta Nevise.

Iggib babysitter mal-qtates ghal meta ssiefer

B’kurzità fuqi staqsejt lil Nevise kif tirreagixxi li kieku jkollha tohrog xi ligi f’Malta li tghid f’dar privata ma jistghux jinzammu aktar minn tliet qtates f’daqqa. Dlonk wegbitni, “Kieku zgur li nemigra. Jien anke meta nsiefer ma ndumx aktar minn erbat ijiem minhabba l-qtates. Mhux hekk biss, izda qabel ma nibbukkja xi vaganza, dejjem niccekkja mal-babysitter li tkun tista’ toqghodli mal-qtates l-ewwel u mbaghad wara nibbukja,” qaltli Nevise bl-akbar serjetà u dedikazzjoni.

Assumejt li peress li thobb l-annimali, allura haga naturali li tkun vegeterjana. Fil-fatt sostniet li mhux minn dejjem kienet, ghalkemm dan l-ahhar issa saret vegeterjana mija fil-mija.

Kont naf li flimkien mar-ragel taghha Pierre mhux l-ewwel darba li organizzaw charity rides u dog walks b’risq l-annimali abbandunati. Fil-fatt fil-jiem li gejjin ser jorganizzaw dog walk proprju fis-7 ta’ Jannar u anke charity ride l-ghada 8 ta’ Jannar 2012.

“Kull sena niehdu hsieb norganizzawhom. Bil-flus inkunu qed nghinu diversi santwarji tal-annimali u madwar sittin feeders li minn jeddhom ta’ kuljum jitimghu l-qtates u klieb barra t-triq.

Li naghmlu huwa li mill-flus li jingabru nghaddulhom vouchers li jissarfu f’ikel u medicina ghall-annimali,” infurmatni Nevise filwaqt li stiednet lill-qarrejja sabiex jattendu ghal dawn l-attivitajiet.

Pink Panther fuq ONE

Nevise rrakkuntatli kif l-idea li tibda tipprezenta u tipproduci Pink Panther fuq ONE litteralment giet b’kum-binazzjoni u bl-imhabba sinciera li ghandha lejn l-annimali. Fi kliemha stess kienet holma li saret realtà, u llum tinsab fit-tielet skeda.

Pink Panther jixxandar kull nhar ta’ Sibt wara l-ahbarijiet tal-5.30pm. Programm kollu kemm hu ddedikat ghall-annimali u ovvjament ghal dawk kollha li jhobbu l-annimali. “Il-programm litteralment huwa tal-annimali. Jien inkun hemm ghax ovvjament irid ikun hemm persuna umana tipprezenta, u mhux biex nghid qed naghmel programm jew biex nidher, anzi ghall-kuntrarju, inhobb li l-kameras jiffukaw fuq l-annimali li jkolli mieghi fl-istudio milli fuqi,” fissritli bl-akbar sincerità.

Nevise dejjem tishaq sabiex qabel ma’ dak li jkun ikun ser irabbi xi annimal, l-ahjar li jaqra u jinforma ruhu sew dwar ir-razza, sabiex ikun ippreparat ghal dak li jista’ jigri maz-zmien.

Kien qed joqrob it-tmiem ta’ din l-intervista, u fil-fatt il-messagg finali taghha kien li min ma jkollux xi pet id-dar ikun qed jimmissja hafna!

Qabel ma tlaqt uritni kamra mid-dar taghha li zammet apposta ghall-qtates taghha, kamra litteralment iddedikata ghalihom fejn stajt ninnota mejda ghall-grooming taghhom, fuq xiex jorqdu, ritratti u stampi ta’ qtates imwahhlin u sahansitra televizjoni apposta ghalihom sabiex ikunu jistghu jghaddu l-hin b’mod originali wkoll!

Scroll to top