Twelidt bil-ktieb, u bil-ktieb irrid immut

L-awtur li ma juzax la mobile u lanqas internet!! RAMONA PORTELLI ltaqghet ma’ ANTON GRASSO,awtur Malti ta’ bosta kotba bil-Malti. Il-kotba ta’ Grasso hafna drabi jwahxu lil kull min jaqrahom. Jitkellem ma’ Portelli dwar il-hamsin ktieb tieghu li ghadu kemm ippubblika.
Ilu hafna digà kont iltqajt mieghu ghal intervista dwar wiehed mill-kotba li kien hareg dak iz-zmien. Illum wara dawn is-snin kollha, ghandi l-unur nerga’ nghid li ergajt sibt ruhi d-dar ta’ Anton Grasso f’Ta’ Paris, Birkirkara ghal intervista ohra. Din id-darba l-intervista iffukajtha fuq il-hamsin ktieb tieghu li ghadu kif hareg, Irmied.
Anton litteralment il-ktieb jadurah. Mhux hekk biss, izda nazzarda nghid li hawn ghatx kbir ghall-kitba ta’ Anton Grasso, li fil-fatt Anton stess ammetta dan kollu mieghi.
Illum fl-età ta’ 58 sena, Anton b’wiccu minn quddiem qed jipprezenta lill-qarrejja tieghu l-hamsin ktieb tieghu, li ghadu kif hareg ghall-bejgh. Irmied huwa gabra ta’ 26 storja mehuda mill-ewwel sas-26 volum ta’ stejjer ta’ Grasso. L-istejjer ghazilhom Grasso stess sa mill-ewwel ktieb tieghu li jehodna lura ghas-sena 1974 sa l-aktar volum ricenti ta’ stejjer tieghu ppubblikat fis-sena 2006. “Ebda wahda minnhom ma hija nkluza fis-sitt volumi tal-ahjar stejjer tieghi,” emfasizza mieghi Anton.
Bil-kitba, Anton ihoss li jkun qed jidhol go dinja zghira, izda dinja partikolari ghalih, fejn fiha jsib kuntentizza kbira. Ilu jikteb stejjer u poeziji sa minn zghozitu, ghalkemm meta kien izghar kien “iharbex” xi ftit kliem ’l hemm u ’l hawn.
Mistoqsi xi jfisser ghalih dan il-hamsin ktieb tieghu, Anton wegibni hekk, “Sirt iktar iebes mieghi nnifsi. Inhoss li tghallimt aktar. Fuq kollox wiehed dejjem jipprova jghin lilu nnifsu billi jirranga, jikkritika u jbiddel lilu nnifsu f’mod ahjar”, wegibni b’mod modest.
Anton jiddeskrivi lilu nnifsu bhala bniedem perfezzjonist izda li mhux perfett!! Jistedinni sabiex ninnota l-ixkaffa ta’ fejn l-iskrivanija tieghu, fejn innotajt is-sensiela kollha tal-hamsin ktieb li ppubblika li huma kollha ta’ daqs wiehed. Tassew jaghmlu ringiela dritta helwa helwa fuq l-ixkaffa!! “Minn informazzjoni li ghandi, huwa jien biss li rnexxili nzomm din il-linja dritta tal-qisien kull meta nohrog ktieb,” spjegali kburi izda bl-ebda kburija Anton.
Irmied
Hawnhekk Anton newwilli kopja tal-ktieb tieghu Irmied sabiex inkun nista’ naqrah u nzommu rikordju tieghu. Nghid id-dritt fraht, ghax nammetti li jiena l-aktar li nhobb naqra huma kotba bil-Malti, u fuq kollox ta’ awtur bravu Malti bhal Anton Grasso. Tlabtu jiffirmahuli sabiex nghozzu b’aktar rispett. Ta’ min nghid ukoll, li kull min ser jixtri Irmied, ser ikollu leaflet kkulurit b’xejn mal-ktieb li jinkludi fih: l-kotba kollha li ppubblika s’issa Anton. Fl-opinjoni tieghi idea tajba mmens li tqanqal il-memorji ta’ dak li jkun, u anke forsi jkunu jistghu jghaqqdu l-kollezzjoni shiha tieghu.
Irmied qed jinbiegh ghall-prezz ta’ disa’ ewro u jinsab ghall-bejgh minghand il-librara lokali ewlenin.
Quddiemi pprezentali tazza nbid u ftit tnaqqir x’niekol bl-ghajnuna tat-tfajla tieghu Annette. Fil-fatt hekk kif giet bl-inbid fl-ufficcju, hadt l-opportunità nistaqsiha dwar is-sapport taghha lejn Anton f’xoghlu. “Fejn nista’ nghinu lil Anton. Niehu hsieb il-facebook u l-kuntatti tal-internet tieghu, u mhux l-ewwel darba li hrigt mieghu nqassmu l-kotba tieghu lill-hwienet. Inzertajt inhobb il-kotba u anke kotba tal-biza’ nhobbhom,” wegbitni Annette – it-tfajla tant dhulija ta’ Anton.
Bla mobile u internet
Qabel ma mort ghal din l-intervista, Anton digà kien infurmani li ma juzax mobile phone, u wisq anqas l-internet. Allura ma stajtx ma niddiskutix dan il-fatt “stramb” ghall-hafna persuni li qed jghixu f’dinja teknologika. “Iva, ma niddejjaqx nghid li jien bniedem li teknikament ma nifhem f’xejn. Tant kemm jien hekk, li qlajt mobile bhala rigal u l-anqas biss naf in-numru tieghi stess. Jien persuna li kuntatt ma’ persuni ohra nhobb naghmlu kif qeghdin int u jien bhalissa – wiccimb’wicc qed naraw lil xulxin. Il-kompjuter u l-internet jinteressawni ghalkemm xorta jibqa’ l-fatt li ma nafx nixeghlu. Jien bniedem li ktieb irrid narah stampat u mhux fuq CD. Twelidt bil-ktieb u bil-ktieb irrid immut,” insista mieghi Anton.
Ma stajtx ma nistaqsihx kif allura jizvolgi l-kitba tieghu jekk hux bil-kitba tal-pinna jew lapes. Fil-fatt stqarr mieghi li ghadu juza l-istess typewriter li kien juza meta kien zghir!! Wara dawn is-snin kollha jikteb, Anton stqarr mieghi li s-sigriet tas-success tieghu huwa li baqa’ dejjem izomm saqajh mal-art. “Iddejjaqni hafna l-ipokrezija u dawk in-nies li jahsbu li lahqu s-sema. Mhux qed nghid li miniex sodisfatt b’dak li ghamilt, izda nixtieq nimxi hafna izjed,” spjegali Anton.
Ridt inkun naf kif normalment tkun gurnata tipika ta’ Anton Grasso. Spjegali li ta’ kuljum iwassal lit-tfajla tieghu ghax-xoghol, imbaghad jintasab fl-istudju tieghu bl-impenji li jkollu. Ihobb ukoll jara xi film generalment b’xi storja tal-biza’, jew xi film iehor. “Nikteb jew ma niktibx, naqra jew ma naqrax, inhossni komdu fid-dinja tieghi mdawwar bil-kotba,” sostna Anton.
Finalment tlabtu jghaddi messagg lill-qarrejja tal-KullHadd. “Hobbu l-ktieb. Nixtieq li l-ktieb ikun parti mill-hajja taghkom. Nghid ukoll biex il-ktieb tixtruh u mhux tisselfuh halli fl-ahhar mill-ahhar jibqa’ taghkom individwalment,” temm jghidli b’ghozza kbira li ghandu lejn il-kotba Anton Grasso.
Recent Comments