Kartolini ghal kull okkazjoni, personalizzati – Ramona Portelli Blog

Kartolini ghal kull okkazjoni, personalizzati

Nghid id-dritt personalment qatt ma kont dilettanta tal-kartolini, tal-ebda okkazjoni proprjament.Imma biex inkun ghedt kollox, gieli bghatt kartolini f’okkazjonijiet diversi.Madankollu ma jfissirx li ma napprezzahomx, anzi tara wahda u tinsa l-ohra.Izda llum bit-teknologija moderna, messagg bil-mowbajl jew e-mail jafu jiehdu post messagg ta’ kartolina.

Kartolini nsibu hafna lesti ghall-bejgh fuq l-ixkafef. Izda hawn min jippreferi kartolini personalizzati. Proprju fuq hekk hija din l-intervista tieghi tal-lum, u ghalhekk kif jghid il-Malti li l-baqra tinbiegh kollha!!!

Sirt naf b’Mary Anne Salnitro li timla l-granet taghha billi toqghod taghmel il-kartolini personalizzati u anke mhumiex. Il-gost taghha li zzejjen u tohloq kartolini unici u differenti minn xulxin. Iltqajt maghha d-dar taghha stess il-Hamrun, fil-kamra fejn toqghod tghaddi l-hin taghmel il-kartolini.

Stajt ninnota fil-fatt hafna tipi ta’ materjali, kartoncini, stampi kkuluriti u diversi oggetti ohra li kollha tuzahom ghall-kartolini taghha.

“Ili naghmel il-kartolini minn mindu kont zghira. Kont intiehom bhala rigal lil ommi u z-zijiet tieghi. Kont waqaft naghmilhom matul dak iz-zmien li kont bdejt nikber u nohrog. Imbaghad kont izzewwigt u minhabba li ghandi tlett itfal, ma tantx kelli cans. Kont naghmel kartolina wahda ’l hawn u ’l hemm. Ergajt bdejt naghmel ftit aktar is-sena l-ohra.

Din is-sena r-rizoluzzjoni tieghi kienet li nerga’ nibda naghmel il-kartolini ghal kull membru tal-familja, ghax ahna qeghdin fuq xi hamsin, jew aktar. Imbaghad bdew jghiduli kemm kienu sbieh. Bdejt nixtri aktar affarjiet biex nahdem bihom. Qaluli li kien hawn min ibieghhom u biex niehu cans. Allura ddecidejt fit-8 ta Mejju 2011 biex inxerred ix-xoghol tieghi fuq Facebook. Malajr bdew dehlin l-ordnijiet u jsaqsuni jekk naghmilhomx personalizzati,” bdiet tirrakkuntali kollha hegga Mary Anne.

Bidu pjuttost facli

Issostni li ghall-ewwel xhur li ilha taghti spinta fuq il-kartolini kellha rispons tajjeb hafna. “Nista’ nghid li fejn il-bidu jkun iebes ghal haddiehor, ghalija ma tantx kien”, tbissmet tghidli. Bdiet tiehu sehem ukoll waqt esebizzjonijiet bhal Malta Women in Business u ftit ilu waqt Patches ukoll.

Mary Anne ghandha 32 sena u hija omm mizzewga bi tlett itfal. Ghandha ghal qalbha hafna l-crafts u s-safar. Staqsejtha xi kemm tiddedika hin minn taghha sabiex taghmel il-kartolini, u qaltli li meta jkollha xi fiera qed toqrob, tipprova tahdem sitt sighat kuljum.

“Biss biss kull kartolina tehodli madwar siegha jew siegha u nofs kull wahda biex inlestiha. Niehu gost hafna, u kull wahda li naghmel inkun irridha perfetta daqs li kieku ser intiha lil xi hadd ghal qalbi. Dejjem inzomm f’mohhi li min ikun ser jaghti l-istess kartolina, jkun irid iferrah lil dak li jkun qed jirciviha”.

Qbadt nitkellem maghha dwar it-tipi differenti ta’ materjali li jkollha bzonn tuza ghall-kartolini li taghmel hi. Digà kont innutajt kxaxen ippustjati, u meta fethitli kull kexxun aktar, stajt nosserva l-organizzazzjoni li ghandha. F’kull kexxun izzomm tipi ta’ buttuni differenti, kartoncini, stampi kkuluriti lesti, envelops, boroz trasparenti u professjonali, zigarelli tas-satin u hafna oggetti ohra li ta’ kull darba jkollha bzonn u tuza. Anke timbri bi kliem lesti ghal fuq wara ta’ kull kartolina ssibilha. Sthajjiltha qisha fabbrika zghira migbura go kamra wahda f’darha stess!!

Tghallmet wahedha

Interessanti hu li Mary Anne ma tghallmet imkien, hlief mill-esperjenza u hila taghha stess maz-zmien. Illum ikollha diversi ordnijiet minn hbieb u persuni li jaraw ix-xoghol taghha.

Bdiet minn kartolini tal-birthday u llum spiccat taghmel ta’ kull okkazjoni, skont it-talbiet li jkollha.

Iddiskutejt ma’ Mary Anne il-fatt li tkellimt dwaru fil-bidu – dwar kif mhux kulhadd juza kartolina sabiex iwassal messagg. Staqsejtha jekk tahsibx li l-kartolini qed jinqatghu bil-mod il-mod. “Skont ir-reazzjoni tan-nies li nara, ghad hemm domanda ghalihom. Issib nies li sempliciment jaghtu kartolina wahedha minghajr rigal. Tant hawn kartolini varji, mdaqqsin u msebbhin, li kultant kartolina minnha nnifisha hija rigal validu ukoll. Aktar u aktar meta jkunu jafu li huma maghmula hand-made. Dawn qed jigu apprezzati aktar u aktar,” spjegatli Mary Anne.

Fl-ahharnett xtaqet tirringrazzja lil ommha, lir-ragel taghha, lil hbiebha u l-familja taghha, ghax li ma kienx ghalihom kieku ma kinitx taghmel l-ewwel pass.

Hekk kif konna lesti mill-intervista, Mary Anne stednitni noqghod nara wahda wahda l-kartolini li kellha digà lesti. Kategoriji ta’ kartolini varji, mqassmin skont it-tema taghhom. Wahda isbah minn ohra, ppakkjati fil-boroz u kollha differenti b’tali mod li mhux ser tara kartolina rrepetuta minn ta’ qabilha jew warajha.

Scroll to top