Isem Malti ghal fwieha rinomata – Ramona Portelli Blog

Isem Malti ghal fwieha rinomata

Persuna minghajr fwieha tista’ tghid ma tkunx imlibbsa kompluta.Nghid ghalija jiena nhobb nadatta xi fwieha partikolari ghal fuqi, skont jekk inkunx hierga filghodu jew filghaxija.Hawn diversi fwejjah b’irwejjah, ditti u prezzijiet differenti.Xi tghid jekk il-fwieha li tkun qed tilbes tkun taf li gejja minn gheruq Maltin?

Dan l-ahhar kont qed inqalleb fuq l-internet dwar l-ahhar fwejjah li hargu u sirt naf bi fwejjah partikolari taht il-marka M. Micallef. Ovvjament malli rajt kunjom Malti interessajt ruhi aktar. Fil-fatt skoprejt li din il-kumpannija hija mmexxija minn Martine Micallef flimkien mar-ragel taghha Geoffrey Nejman. Ghamilt kuntatt ma’ Martine u laqghet bi hgarha din l-intervista mieghi.

Ghalkemm twieldet f’Nizza fi Franza, llum Martine tghix fi Grasse flimkien mar-ragel taghha. Kumbinazzjoni Grasse huwa maghruf bhala c-centru tal-industrija tal-fwieha Franciza.

Tkellimt maghha dwar il-kunjom Malti taghha – Micallef. Fil-fatt infurmatni li l-familja ta’ missierha originat minn Malta, tant li xi zmien ilu kienet giet izzur pajjizna. Tghid ukoll li affaxxinat ruhha bil-gzira taghna.

Tkellimt maghha dwar il-fwieha taghha. Bdiet tghidli li l-kumpannija taghha, flimkien mar-ragel taghha bdewha fl-1997 u tawha l-isem ta’ “Parfums M. Micallef”.

Issostni li hija artista tant li thobb tahdem kollox b’idejha. “Jiena persuna li nhobb nohloq, niddisinja, inpingi u fuq kollox nikkombina l-elementi fl-arti,” kompliet tghidli dwarha Martine.

L-istorja taghha tmur lura ghas-sena 1992, meta Martine ltaqghet mar-ragel taghha. Dak iz-zmien hija kienet tmexxi zewg hwienet tas-sbuhija f’Cannes, filwaqt li Geoffrey kien bankier u kien imexxi dipartiment tal-finanzi.

It-tnejn li huma kienu ta’ spiss jitkellmu dwar il-fwieha u fl-ahhar iddecidew li jibdew jaghmlu l-fwieha taghhom f’taghhom. Eventwalment twieldet il-marka taghhom – M. Micallef.

Illum il-gurnata l-fwieha taghhom tinsab fuq l-ixkafef ma’ fwejjah rinomati ohra. Fi kliem iehor il-fwieha ta’ Martine mhix dik komuni, anzi maghrufa bhala wahda lussuza u esklussiva.

Tlabtha tghaddili l-kummenti taghha dwar dan il-fatt.

“Mill-bidu nett xtaqna li nimmiraw ghal suq hekk imsejjah high-perfumery category. Fil-fatt l-ingredjenti taghna huma kollha fini u naturali. Fl-opinjoni tieghi din l-ghazla kienet tajba ghaliex hafna mill-klijenti taghna jfittxu dawn il-kwalitajiet gholja ghalihom.”

S’issa l-kollezzjoni ta’ Martine u Geoffrey lahqet 35 fwieha differenti. Ricentament naqqsu mill-kollezzjoni, u zammu biss dawk l-aktar popolari. “Aktar zviluppi godda ghadhom ghaddejjin”, ziedet tghidli entuzjasta Martine.

B’kurzità fuqi staqsejt lil Martine jekk hi stess tilbisx il-fwieha taghha stess. Fil-fatt wegbitni fil-pozittiv.

“Dazgur li nilbes il-fwieha tieghi stess, anzi l-hin kollu. Mhux hekk biss, talli Geoffrey u jiena kultant naghmlu fwieha esklussiva ghalina biss. Din il-kollezzjoni zghira hija sigriet li jibqa’ ta’ Geoffrey u tieghi biss,” infurmatni Martine.

Gheruq Maltin, izda ghadha ma tinbieghx f’Malta

Ghalkemm bhalissa l-fwieha ta’ M. Micallef ghadha mhux qed tinbiegh hawn Malta, b’mod esklussiv, nista’ nghid li ghandi l-unur li ppruvajt erba’ fwejjah mill-kollezzjoni vasta li ghandha M. Micallef. Fil-fatt f’idejja ghandi r-Royal Muska, Mon parfum, Watch u Black Ananda. Grazzi ghal Martine li bghatitomli hi stess sabiex jiena stess inkun nista’ nxomm u napprezza l-genwità ta’ riha esklussiva li jafu joffru l-fwejjah taghha.

Iddiskutejt dwar il-possibiltajiet li l-fwejjah M. Micallef jibdew jinbieghu minn Malta wkoll. “Nixtieq hafna li l-fwieha taghna tibda tinbiegh ukoll f’Malta. Bhalissa qed tinbiegh f’35 pajjiz differenti. Qed nahdmu fuqha din l-possibiltà, ghax nixtieq hafna li isem missieri nferrxu ma’ Malta stess. Nittama li ma jghaddix hafna aktar zmien,” stqarret mieghi Martine.

Tkellimt ma’ Martine dwar l-uzu ta’ ingredjenti naturali li tuza ghall-fwejjah taghha, kif ukoll dwar il-process. “Nibda biex nghid li qabel ma tinholoq xi tip ta’ fwieha, din tkun ibbazata skont il-muza u l-burdata tal-mument. Din hafna drabi ssehh waqt li Geoffrey u jien inkunu qed inzuru pajjizi differenti, u allura l-ambjenti diversi jahdmu fuqna b’mod li noholqu fwieha skont l-atmosfera. Gieli jkun Geoffrey li tispirah xi idea u gieli nkun jiena.

“Wara dan, Geoffrey imur il-laboratorju taghna u jibda jesperimenta bl-ewwel ingredjenti li jkunu jaqblu mal-idea originali. Ovvjament huwa process twil hafna. Gieli jiehu madwar sitt xhur shah, jekk mhux aktar. Biss ahna nahdmu bl-aqwa ingredjenti, u dejjem tkun tahlita tajba bl-aqwa ingredjenti naturali ghall-kwalità u valuri mill-ifjen,” spjegatli Martine.

Fl-ahharnett staqsejt lil Martine mill-esperjenza taghha fil-fwieha, kif il-fwieha tinxtamm differenti fuq in-nies. Fil-fatt ikkonfermatli li hija din il-haga li l-fwieha tigi xi haga personali u unika. “Il-valuri PH u l-kemistrija individwali tal-gilda, huwa zewg ingredjenti addizjonali ma’ kull fwieha, li finalment tghaqqad fwieha adattata ghal dak li jkun,” temmet tghidli bl-ispjegazzjoni taghha Martine.

Nittama biss li din il-fwieha rinomata ma ddumx wisq ma ssib postha fuq l-ixkafef tal-hwienet lokali!

Scroll to top