Hajjitha mzewwqa bil-belly dancing

Jezistu hafna tipi ta’ zifniet.  Xi whud moderni, ohra klassici, ohrajn xi ftit senswali, u l-lista tibqa’ ghaddejja.  Ovvjament kull zeffien jew zeffiena professjonali jaghzlu il-kategorija taghhom, fuq xiex l-aktar li jhossuhom komdi u jispikkaw l-aktar.

Ghall-intervista tal-lum ghazilt li nitkellem ma’ belly dancer Maltija – Corinne Turner, maghrufa aktar bhala Cora.  Ghad ghandha 23 sena, toqghod il-Mellieha u xogholha huwa belly dance instructor u kif ukoll freelance oriental dancer.  Minbarra li thobb tqatta’ l-hin liberu taghha tizfen, thobb ukoll il-lingwa Gharbija u anke s-safar.

Corinne bdiet tghidli li l-origini tal-belly dance huwa dibattibbli u certu esperti ilhom jiddibattuh ghal zmien twil.  Peress li dan iz-zfin lahaq livell gholi u popolarità kbira fl-Egittu, hawn min jghid li dan iz-zfin gie minn hemm, filwaqt li ohrajn jinsistu li kienu z-zingari li gabu dan iz-zfin fil-Lvant Nofsani u l-belly dance evolva b’mod differenti fil-pajjizi differenti.

Wiehed jista’ jassumi li l-origini ta’ dan it-tip ta’ zfin hija antika u tmur lura ghaz-zminijiet fejn l-allat nisa kienu jigu meqjuma.  Dan minhabba l-fatt li dan iz-zfin jenfasizza l-gisem femminili b’movimenti senswali li huma relatati mal-femminilità u ritwali tal-fertilità. Meta bdew jigu ntrodotti religjonijiet ohra, b’mod partikolari l-Izlam, in-nisa sabu ruhhom iqattghu hafna hin ma’ xulxin u dan iz-zfin sab ruhu bhala moghdija taz-zmien.

Gara li fl-Egittu, dan iz-zfin sab stil uniku ghalih maghruf bhala Baladi. Iz-zeffiena Egizzjani integraw ukoll elementi taz-zfin folkloristku Gharbi mal-belly dance taghhom u uhud minn nisa kuraggjuzi hargu dan iz-zfin fil-berah bhala attrazzjoni ta’ tip ta’ cabaret, xi haga li normalment fl-Egittu kienet issir minn nisa taz-zingari tat-tribu “Ghawazee” biss, ghaliex is-socjetà Egizzjana ta’ dak iz-zmien ma kinitx taccetta fil-morali taghha nisa jizfnu b’mod pubbliku.

Il-belly dance sab ruhu f’pajjizi differenti fejn integra ruhu b’mod varjat: fil-Lebanon, il-Marokk, it-Turkja, il-Grecja, kif ukoll fi : wiehed mill-istili iktar moderni huwa l-American Tribal Style li nholoq fl-Amerika.

Vaganza t-Tunezija tintroducieha mal-belly dancing

Tiddeskrivi lilha nnifisha bhala ambizzjuza, diligenti u li fuq kollox thobb il-hajja.  Corinne bdiet tinteressa ruhha fil-belly dancing minn mindu kien ghad kellha tlettax-il sena. Kienet zaret it-Tunezija fejn kienet qed issegwi shows tal-jazz.

“Darba minnhom kienet avvicinatni Tunezina u gibditli l-attenzjoni li tarani tajba bhala belly dancer. Dak iz-zmien kont ghadni mohh ir-rih u mhux li tajt wisq kas. Però kont bdejt nattendi xi workshops minn taghha stess u bdejt niehu gost. Kont nistenna s-sajf ghall-vaganzi sabiex nitla’ t-Tunezija, u kont hadt aktar korsijiet maghha,” bdiet tirrakkontali Corinne.

Kompliet tghidli li kienet tghallmet il-lingwa Gharbija fl-Università ta’ Malta fejn illum ghandha d-degree. Il-fatt li tghallmet l-Gharbi thossha kompluta u jghinha hafna fil-belly dancing, minhabba li gej mill-istess kultura. “Ghalkemm illum qed niffoka u nahdem fuq zfin biss, naf li xi darba jew ohra fil-futur ser nahdem u nuza l-lingwa Gharbija, ghalkemm kif ghedt xorta qed nigi bzonnu kultant bhalissa,” bdiet tfehmni Corinne.

Fil-fatt fil-mument Corinne tipprattika l-Gharbi xorta wahda, minhabba l-fatt li gieli jkollha bookings ghal tigijiet Gharab f’Malta jew anke barra minn xtutna. “Gieli jkolli telefonati minn Gharab li jkunu jriduni nizfen il-belly dance waqt it-tieg taghhom. Kemm huma u anke jiena nkunu komdi nitkellmu bl-Gharbi, u b’hekk niftehmu ahjar,” tbissmet tghidli Corinne kunfidenti, ghall-ahhar.

Mhux caqliq u zeglig biss

Nitkellem maghha aktar dwar iz-zifna tal-belly dance minnha nnifisha. Tispjegali li l-belly dance mhux biss hija caqliq u zeglig, izda hija tahlita ta’ movimenti u caqliq ta’ xi partijiet mill-gisem izolati mill-kumplament tal-gisem. “Kull stil ta’ belly dance ghandu teknikia specifika tieghu, però hafna drabi jkunu relatati. Hemm belly dance stil Gharbi, u diversi ohrajn.

Jiena l-aktar li nizfen huwa l-Arabic Folklore Dance, ghalkemm bhalissa qed nattendi ghal xi workshops godda li joffru zfin orjentali Tork u anke Romani Karsilama li huwa tip ta’ zfin tal-gypsies”.

B’kurzità staqsejtha tghidli minn dak li tinnota waqt li qed tizfen, kif tahseb li l-irgiel Maltin iharsu lejn iz-zifna tal-belly dance.  Minghajr ma hasbitha wisq, wegbitni, “Narahom pjuttost mohhhom miftuh.  Ghalkemm mhux imdorrija l-istess daqs l-irgiel Gharab, xorta l-irgiel Maltin jafu bid-differenza ta’ zfin fi clubs ghal belly dance”.

Naqleb id-diskors maghha dwar il-kostumi varjati li normalment naraw belly dancers mlibbsa u msebbha bihom.

Corinne nfurmatni li taghha tixtrihom minn pajjizi differenti li zzur bhal Egittu, Tunezija jew s-Sirja.  Fil-fatt is-Sirja hija l-preferuta taghha fejn jidhol dan it-tip ta’ xiri. Gieli tiddisinja l-hwejjeg taghha hi stess ukoll.

Niddiskuti ma’ Corinne jekk hux essenzjali li persuna tizfen il-belly dance tridx tkun irqiqa stikka. Fil-fatt infurmatni li l-belly dance jista’ jinzifen minn kull tip ta’ persuna, irrilevanti l-figura taghha. “Il-belly dance hija l-istess bhal kull ezercizzju, tixbah hafna lil cardio.  Pjuttost anzi jghin lill-mara zzomm figura femminili f’postha.  Barra minn hekk iz-zifna minnha nnifisha fiha gost u pjacir.”

Dwar jekk il-belly dance jinzifinx minn nisa biss, Corinne qaltli li ghalkemm huwa assocjat man-nisa, xorta hawn tip ta’ zfin orjentali li jizfnuh l-irgiel ukoll.

Fl-ahharnett Corinne qassmet mieghi fatt kif sfortunatament hawn Malta l-belly dance ghadu ma dahalx wisq fost it-tfal.
“It-tfal Maltin ghadhom qed jigu mressqa lejn zfin iehor bhal ballet, jazz jew ballroom. Sfortunatament il-belly dance rari jissemma. Nixtieq li nibda nara l-kultura tal-belly dance fost it-tfal Maltin, ghax s’issa ghadha ma dahlitx. Fl-opinjoni tieghi kull mara ghandha tipprova l-belly dancing”, tbissmet tghidli Corinne fi tmiem ta’ din l-intervista maghha.

Scroll to top