Ghandha mental age stramba ghall-ahhar – Ramona Portelli Blog

Ghandha mental age stramba ghall-ahhar

Il-personalità tal-lum iltqajt maghha permezz ta’ habiba taghna ohra. Kont digà smajt biha, u kont naf li hija kant-awtrici mimlija talenti. Qed nitkellem dwar Corazon Mizzi, li fix-xena tal-muzika maghrufa ahjar bhala Corazon. Ta’ min nghid li isimha Corazon ifisser qalb bil-lingwa Spanjola.
Tahdem bhala nutar u filghaxija ssibha tkanta daqqa f’post u daqqa f’iehor. Ghad ghandha 24 sena, u minn dejjem tghix H’Attard. Involuta wkoll fil-produzzjoni tal-programm televiziv Kalamita. Fil-hin liberu taghha ssibha ssuq ir-rota, tpingi jew tkanta.

Corazon tiddeskrivi lilha nnifisha bhala habrieka u li tiffoka fuq hafna affarijiet, però tippreferi taghlaq progett u tibda iehor. Hija t-tip ta’ persuna li thobb tqatta’ xi hin wahedha, kreattiva u ma tikkunsidrax lilha nnifisha bhala materjalista, anzi jdejjaqha l-materjalizmu.

Mistoqsija fuq liema tip ta’ kant tiffoka, wegbitni, “Il-kant nahdem bih, u allura nkanta kull tip ta’ kant. Ftit jiem ilu ntroducejt cd single gdida bl-isem ta’ Looking for You, li hija kanzunetta pop moderna. Kif hafna drawni, s-soltu nipproduci materjal originali u miktub bil-Malti u fuq stil folk. Din ser tkun qed tghinni nifrex ferghat godda,” bdiet tghidli Corazon.

Looking for You hija single totalment gdida u differenti mis-soltu ghal Corazon. Hadmitha fuq stil gdid u ghalkemm kitbitha hi stess, hija kanzunetta mexxejja u tal-widna. Tittratta dwar storja ta’ mhabba, u li fil-fatt hija l-ewwel tema ta’ mhabba li qed tuza Corazon ghall-muzika taghha.

Staqsejtha kif normalment tqatta’ tmiem il-gimgha taghha u rrisponditni li generalment tkanta x’imkien, izda meta ma tkunx qed tkanta tmur issegwi xi kantanti ohra jew tattendi f’xi teatru. Il-Hadd normalment thobb tipprattika l-muzika billi jew iddoqq il-pjanu, kitarra jew tkanta!

Tghix b’mental age ftit stramba

Meta Corazon kienet izghar, kellha biex nghid hekk problema ta’ mental age stramba, u llum thoss li addattat ruhha ghaliha. Fil-fatt meta kienet ghadha l-iskola, kienu qabz-uha sena minhabba din il-mental age ftit stramba.

Hallejt f’idejha sabiex tispjegali ezattament dwar dan il-fatt kurjuz dwarha.

“Bazikament meta kelli ghaxar snin, l-ghalliema bdew jinnutaw li ma tantx kont qed inhossni tajba ma’ tfal ta’ tampari. Ma kontx nilghab l-istess loghob maghhom, u fl-iskola minghajr ma wisq kont nistudja, kont ingib full marks f’kollox, meta haddiehor kien ibati. Kien hemm sena fejn hadt il-prizes tas-suggetti kollha, u l-ghalliema kellhom jiltaqghu mieghi biex incedi xi ftit minnhom, inkella kienet ser tigi prize day bla sens”, bdiet tispjegali Corazon.

Kompliet tghidli li kienet intbaghtet ghand educational psychologist u wara hafna testijiet, kien sab li ta’ ghaxar snin kellha mental age ta’ tmintax-il sena – stramba hafna!! “L-iskola ddecidew li jqabbzuni sena u fil-fatt sibtni hafna aktar komda ma’ tfal ftit akbar minni. Niftakarni kont nisthi nghid li kont immur tajjeb fl-iskola. Illum il-gurnata ghadni nhoss din id-diskrepanza kbira bejni u bejn in-nies ta’ tampari, imma drajt nghix biha,” kompliet tghidli.

Tant hu hekk, li llum il-gurnata Corazon tant hija konxja minnha din il-haga fuqha li ssib koperazzjoni u anke ssib ruhha l-aktar taghmilha ma’ nies akbar minnha. Kultant ukoll thoss aktar dan in-nuqqas fuqha, u zghazagh ta’ l-istess età taghha thosshom zghar wisq hdejha. “Narani qisni xi genitur hdejhom, tant li mhux l-ewwel darba ntihom xi parir biex joqoghdu attenti,” tbissmet tghidli Corazon.

Tesprimi ruhha muzikalment

Qbizt fuq suggett iehor u filfatt staqsejt lil Corazon tghaddili l-opinjoni taghha dwar jekk it-tattoos jaffetwawlix hajjitha. “Ghalija t-tattoos fuq min jaghmilhom hija mod ta’ kif jesprimu lilhom innifishom. Ma nikkundannax, imma jien personali ghandi mezzi ohra ta’ kif nesprimi ruhi. Nesprimi ruhi muzikalment,” wegbitni tant konvinta mir-risposta taghha Corazon.

Fil-bidu nett ftakart li qaltli thobb issuq ir-rota. Fil-fatt ikkonfermatli li mhux l-ewwel darba li tmur vjaggi twal ta’ ‘l fuq minn siegha shiha. B’hekk staqsejtha jekk ikollha ssuqha bhala l-uniku mezz ta’ transport taghha jekk taghmilix. “Kieku nista’ iva, imma jrid ikollna toroq adattata ghal kull min isuq rota, u anke idealment irid ikollna toroq bla hofor. Meta mmur indur bir-rota apparti li nhobb naghmilha, tkun ukoll skuza ghalija biex nahrab mir-realtà u nqatta’ ftit hin wahdi,” ziedet tghidli Corazon.

Ridt inkun naf opinjoni ohra dwar kif tahsibha Corazon fuq iz-zwieg. “Ghal min ghadu jemmen fih sabih hafna. Jien nghid ghalija l-commitment fit-tul ibezzaghni, jista’ jkun ghax ghadni ma sibtx il-persuna adattata wkoll”.

Fl-ahharnett Corazon xtaqet tikkummenta li matul il-karriera taghha ta’ kantanta qatt ma harset jew fittxet li tkun popolari.

“Jekk jirnexxili mmiss xi persuna bil-muzika tieghi nkun kuntenta hafna. L-iskop tieghi huwa li mmiss lin-nies emozzjonalment, u mhux li jkolli folol jew mases ta’ nies warajja,” temmet din l-intervista mieghi Corazon.

Scroll to top