L-uniku Malti li ghandu kuntratt ma’ Vandit – Ramona Portelli Blog

L-uniku Malti li ghandu kuntratt ma’ Vandit

Il-personalità li tkellimt mieghu ghal din l-intervista jikkunsidra lilu nnifsu bhala persuna mimli doni.Mhux hekk biss talli kollox jitghallem wahdu.Ghal xi zmien kien jaghmel in-nar tal-festa, izda llum qed jiffoka fuq il-muzika billi johloq hsejjes godda.Qed nirreferi ghal Joseph Micallef maghruf aktar fix-xena muzikali bhala Jo Micali.

Jo Micali ghadu kif ghalaq 29 sena, jghix Birkirkara u l-ghaxqa tieghu li jiffoka u jahdem bil-muzika. Ix-xoghol ta’ kuljum tieghu huwa ta’ restawratur u skultur. Isostni u jhoss li Alla tah don li jkun kapaci jaghmel hafna affarijiet, u fil-fatt isostni li t-talenti li ghandu jara kif jaghmel biex ihaddimhom. “Ma nhobbx nghaggel fid-decizjonijiet tieghi. Anke biex kultant nohloq track indum nahsibha. Biex ingiblek ezempju car, gieli minn sitt sighat xoghol nohrog tlett minuti muzika biss,” beda jghidli dwar il-perfezzjoni.

Ghalkemm hemm kuntrast kbir bejn xogholu ta’ kuljum ghax-xoghol li jahdem fuq muzika trance, ghal Jo Micali t-tnejn li huma huma forma ta’ arti. Fil-fatt kull ma jara f’hajtu hija arti biss.

Minkejja s-successi tieghu fil-muzika, Jo Micali stqarr mieghi li sab bsaten fir-roti ma’ wiccu maz-zmien. Xtaqt nelabora aktar dwar din u filfatt qalli li jdejjquh hafna dawk li biex jilhqu juzaw isem Jo Micali b’mod indirett. Ried ifisser li gieli sab artisti li biex jilhqu u jkabbru isimhom, jaghmlu minn kollox biex javvicinawh ghal xi bicca muzika flimkien.

“Anke dwar gigs lokali ma narax entuzjazmu, u allura ntfajt aktar fuq productions. B’hekk inkun qed naghmel isem ghalija u ghal Malta peress li hafna mill-muzika tieghi tigi apprezzata u tindaqq barra minn Malta,” kompla jghidli Jo Micali.

Lura ghas-sena 1996 Jo Micali sema’ ghall-ewwel darba bil-muzika trance. “Niftakar meta kont nisma’ din il-muzika bla ma rrid kont inhoss il-beat u r-ritmu tal-muzika go fija. Inspirazzjoni qawwija ghall-muzika gietni meta smajt bid-diska Bt – Flaming June (Bt vs Paul Van Dyk Remix) fejn kelli kurzità kbira ta’ kif isiru dawn it-tip ta’ productions u kont nixtieq li la nikber nibda naghmel din it-tip ta’ muzika.”

Ispirat minn loghba virtwali

Beda johloq il-muzika tieghu b’kumbinazzjoni ghaliex fis-sena 1999 kien hawn craze kbira fuq il-Playstation 1. “Niftakar li filghaxijiet shabi u jien konna inselfu l-loghob lil xulxin. Darba fost l-ohrajn niftakar konna qed nilaghbu l-futbol il-bandli u kif telaq kulhadd u kien baqa’ jien u siehbi staqsejtu jekk ghandux xi zewg loghbiet ghalija biex noqghod nilghabhom dakinhar filghaxija. Kien qalli li kellu u mort mieghu ghalihom. Kien tani zewg loghbiet – wahda tal-karozzi u l-ohra qalli hudha b’xejn ghax ma qbadtilhiex art. Kienet loghba li taghmel il-muzika biha.

Niftakar hadtilu minn idu u nzilt nghaggel ’l isfel lejn id-dar biex nara x’inhi. Bdejt nesperimenta fuqha wahdi u f’hin ta’ ftit sighat bdejt nohloq l-ewwel hsejjes tieghi. Sal-ghada filghaxija kont digà lestejt l-ewwel track. Ix-xoghol beda joghgobni, imbaghad ghamilt xi snin nesperimenta wahdi fejn imbaghad bdejt nirrealizza li m’ghandix hin bizzejjed ghal dan it-talent.

B’hekk waqaft mil-loghob tan-nar u bdejt nikkoncentra izjed fuq il-produzzjoni tal-muzika. Ridt nesprimi l-muzika kif inhossha jien u ridt ukoll li xi darba naghmel isem globalment.

Fost l-ewwel nies li skoprewni hemm Alfie Fabri, li kien l-ewwel bniedem li inkluda muzika minn tieghi fuq ir-radio show tieghu u John Refalo (J.Joy) kien ic-cavetta tal-clubbing fejn introducieni mal-bqija tal-clubbing scene lokali,” beda jirrakkontali Jo Micali.

Fis-sajf tas-sena 2007 Jo Micali pproduca t-track Euphoria li wara li indaqqet minn Tom Colontonio (Vandit Records), kienet gibdet l-attenzjoni ta Paul Van Dyk innifsu u kien gie kkuntattjat mill-manager ta’ Paul van Dyk li infurmah li Van Dyk ghogbitu hafna t-track tieghu u li xtaq li tigi signed fuq ir-record label tieghu bbazata fil-Germanja (Vandit Records).

Id-diska giet released xi xhur wara u ghamlet success kbir u ndaqqet minn artisti kbar bhal Paul van Dyk innifsu, Armin Van Buuren, Solarstone, u hafna ohrajn. Sahansitra dahlet fit-top 10 Trance tune tal-beatport.com ukoll.

“Minn hemmhekk nista’ nghid li nfetah il-bieb ghax-xena internazzjonali, fejn kont u ghadni nigi mitlub biex naghmel diski u remixes ghal record labels ta’ certu fama bhal ASOT, Unearthed Records, Infrasonic Record-ings, Well Mixed Recordings, u labels ohrajn li jaqghu taht Armada.

Kelli ukoll track li giet maghzula minn Armin Van Buuren bhala t-tune of the week, u diski ohra li kienu parti minn compilations ta’ dan l-istess artist”.

Illum il-gurnata Jo Micali sar igawdi s-sapport ta’ Armin Van Buuren, u artisti ohrajn ta’ hila u fama bhalu. “B’dispjacir nghid li hawn Malta minhabba certu pika u injoranza li hawn ma ngawdix mir-rispett u s-sapport bhal ma nircievi minn barra minn Malta, però b’daqshekk ma gara xejn. L-aqwa li nibqa’ nzid fuq it-talent li ghandi u li l-muzika li naghmel tibqa’ tintghogob minn min jifhem u minn min ihobb il-muzika verament,” zied jghidli.

Kompla jghidli li anke bhala fans jista’ jikkonferma li ghandu aktar barranin milli Maltin fuq l-internet. “Jien persuna li qatt ma rajt kbir, anzi nemmen li kollox jigi wahdu”.

Ta’ min izid jghid li recentament Jo Micali hadem fuq vocal track ma’ kantanta Norvegiza – Hanna Finsen fuq id-diska Fade Away li giet released f’Lulju ta’ din is-sena stess record label ibbazata l-Ingilterra – Unearthed Records u qed tgawdi popolarità kbira.

Fl-ahharnett Jo Micali ddiskuta l-fatt li hawn Malta l-muzika hija passatemp mhux industrija. “Bhali hawn hafna ohrajn, però m’hawnx gharfien ghal dak li naghmlu. In-nies idumu biex isiru jhobbuk. Sfortun-atment hawn Malta x’hin titla’ fuq il-pedestall, hemm imbaghad isiru jafuk. L-internet hija kwistjoni ohra ta’ gid u hsara ghal min hu bhali bil-hafna websites illegali ta’ downloading,” temm jghidli Jo Micali.

Scroll to top