Iz-Zumba f’Malta
Xi gimghat ilu, b’naqra kuragg minn ohti u minn habibti, bdejt nattendi ghal xi lezzjonijiet taz-Zumba. Nammetti li ghall-ewwel kont xi naqra xettika ghax bdejt nahseb li trid tkun xi zeffiena sabiex tattendi, izda mal-ewwel lezzjoni tista’ tghid li mal-ewwel qbadt ir-ritmu, u fuq kollox Maria u Pedro tant huma professjonisti li mal-ewwel taqbad ir-ritmu maghhom.
Pedro Fernandez Alvarez huwa Spanjol, u gharus lill-istess Maria Gloria Camilleri li hija Maltija. Flimkien jghallmu diversi klassijiet taz-Zumba differenti madwar Malta u Ghawdex.
Jintroducu z-Zumba f’Malta
Maria u Pedro kienu l-ewwel tnejn f’Malta li introducew iz-Zumba. Dan kien fil-bidu tas-sena 2010. Maria u Pedro huma wkoll l-ewwel instructors f’Malta li sal-lum il-gurnata huma l-unici tnejn li kisbu c-certifikati kollha taz-Zumba: Zumba Basics 1, Zumba Basics 2, Zumbatomic (Zumba ghat-tfal), Zumba Gold (Zumba ghall-adulti attivi u nies f’wheelchair), Aqua Zumba (Zumba go pool) u Zumba Toning (Zumba b’light weights). Mhux hekk biss, izda Maria u Pedro tghallmu taht idejn l-aqwa Zumba instructor internazzjonali Beto Perez li huwa l-fundatur taz-Zumba Fitness.
Pedro jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna ferriehi, u li jhobb johloq tbissima fuq haddiehor. Isostni li z-Zumba hija l-passatemp principali tieghu, ghalkemm jiehu gost iqatta’ hin tajjeb ma’ Maria li tigi wkoll il-mahbuba tieghu. Apparti dawn ihobb id-djing, il-gym, il-qari u anke jdoqq xi muzika. Mal-gurnata, Pedro jahdem go ufficcju.
Tlabtu jispjegali ezattament it-tifsira ta’ Zumba. “Zumba hija workout b’tahlita ta’ muzika latina u internazzjonali, b’tema ta’ zfin li flimkien joholqu sistema ta’ ezercizzju effettiv.
Biz-Zumba wiehed jahraq ammont ta’ kaloriji u anke jghin isebbah id-dehra tal-gisem minn barra. Fi kliem aktar semplici, z-Zumba hija tahlita ta’ movimenti tal-gisem b’passi taz-zfin hfief,” beda jispjegali Pedro.
Kompla jispecifikali li z-Zumba hija adattata ghal persuni ta’ kull età, li facilment wiehed jitghallimha. Dan l-ezercizzju huwa pjacevoli u fl-istess hin wiehed inehhi piz zejjed u anke jghin lil dak li jkun izomm ’il boghod minn kull stress.
Staqsejt lil Pedro dwar il-bidu tal-gibda tieghu lejn iz-Zumba, u fil-fatt irrakkontali kif hu trabba f’muzika Latina li hija l-istess muzika li tintuza waqt iz-Zumba. “Il-muzika u b’mod partikolari din it-tip ta’ muzika minn dejjem kienu parti kbira minn hajti. Missieri kien idoqq u jkanta din it-tip ta’ muzika f’band.
Anke jien stess kont inkanta u ndoqq ma’ band tas-Salsa. Meta kont student kont nizfen is-Salsa u ta’ spiss kont inzur attivitajiet internazzjonali tas-Salsa. Il-fatt li nitkellem l-Ispanjol u allura nifhem ukoll il-lirika tal-istess muzika, izzidli awtomatikament l-apprezzament lejn din it-tip ta’ muzika,” tbissem jghidli Pedro.
Qbadt nitkellem mieghu dwar l-istorja taz-Zumba matul iz-zmien. Fil-fatt infurmani li z-Zumba bdiet fl-Amerika madwar ghaxar snin ilu, filwaqt li fl-Ewropa hadet spinta madwar hames snin ilu.
“Il-fatt li kemm jiena u anke Maria konna naghmlu parti u anke familjari hafna max-xena tal-muzika u zfin Latin Amerikan, iz-Zumba kienet naturalment il-pass li jmiss.”
B’kurzità fuqi staqsejt lil Pedro jekk kinitx Maria li hajritu jibqa’ jghix u jahdem hawn Malta. “Meta ltqajt ma’ Maria, kont deciz li ser inhalli lil Malta wara li kont hdimt u ghext ghal ftit zmien hawn Malta stess. Nammetti li bqajt hawn minhabba fiha, u li fil-fatt ninsab kuntent hafna,” ikkonfermali Pedro, filwaqt li sostna li jinsab kuntent hafna hawn Malta tant li jhossu ssettilja.
M’hemmx ghalfejn tkun taf tizfen
Tkellimt ma’ Pedro wkoll dwar il-fatt li wiehed m’ghandux bzonn ikun jaf jizfen sabiex jipprattika z-Zumba. Dan nista’ nixhdu jiena stess, u nista’ naccerta l-fatt li wiehed malajr jaqbad ir-ritmu tal-klassi. “Sakemm dak li jkun jista’ jiccaqlaq u jiehu pjacir bil-muzika, allura facilment tista’ tiehu sehem fil-klassi taz-Zumba li norganizzaw matul il-gimghat madwar Malta u Ghawdex.”
Hadt xi ftit kummenti wkoll minn naha ta’ Maria. Ghad ghandha 25 sena, u minbarra li tghallem iz-Zumba bhal Pedro, hija wkoll ghalliema tal-PE. Mhux hekk biss, izda Maria bhalissa hija wkoll studenta part-time tal-Masters in Youth & Community Studies fl-Università ta’ Malta. Bhala passatempi ghandha z-zfin, sports tal-bahar, martial arts u s-safar. Maria tiddeskrivi lilha nnifisha bhala avventuruza, ambizzjuza u perfezzjonista.
Nitkellem ma’ Maria dwar il-bidu tal-gibda taghha lejn iz-Zumba. “Ili nizfen minn meta kelli tliet snin. Matul is-snin tghallimt hafna stili differenti fosthom Hiphop u zfin Latin Amerikan. Madwar tmien snin ilu bdejt nizfen is-Salsa. Malta m’ghandniex xena kbira tas-Salsa. Difficli biex tilhaq livell gholi.
Fis-sena 2005 mort nghix Belfast, l-Irlanda ta’ Fuq fejn hemm xena hafna ikbar. Kemm domt hemmhekk irnexxieli nitghallem hafna aktar stili li Malta lanqas biss jezistu. Lura Malta sibt ruhi ma nistax nizfen l-ebda stil ghax m’hawn hadd jizfnu. Fortunatament z-Zumba jinkludi dawn l-istili kollha.
Kull meta sifirt fuq btala jew ghal xi show taz-zfin, dejjem kont nattendi dawn il-lezzjonijiet. Jien hassejt li Malta ghandna bzonn qawwi ta’ innovazzjoni u li dawn l-istili ghandhom jigu introdotti f’Malta. Proprju f’dan iz-zmien opportun, hsibna li tkun idea tajba li nintroducu z-Zumba f’Malta. B’hekk stajna nressqu lill-Maltin lejn dan l-ezercizzju li qatt forsi ma kienu semghu dwaru. Fis-sena 2009 Pedro u jiena kkwalifikajna u fis-sena 2010 introducejna z-Zumba f’Malta,” bdiet tghidli b’certa sodisfazzjon Maria.
Stqarret mieghi li l-ikbar passjoni taghha minn dejjem kien iz-zfin. Però fix-xitwa ma tantx jibqghalha hin ghal zfin socjali minhabba li tqatta’ hafna mill-hin tghallem iz-Zumba fi klassijiet diversi madwar Malta u Ghawdex flimkien ma’ Pedro.
“Fis-sajf innaqqsu t-timetable taghna, u allura jibda jkolli aktar hin biex inqatta’ l-hin tieghi mal-familja tieghi, li huma Pedro, l-qattus u l-kelb taghna,” tbissmet tghidli Maria.
Tkellimt ma’ Maria dwar l-ammont ta’ kaloriji li jinharqu matul sessjoni ta’ siegha Zumba. Izda Maria sostniet li ma tistax tghid ic-cifri ta’ kaloriji mahruqa ghax dan jiddependi skont il-persuna kemm tinsisti u tinvesti f’energija. “Jekk wiehed jehodha easy jista’ jahraq madwar 500 kalorija. Jekk min-naha l-ohra persuna tehodha aktar bis-serjetà, din facilment tista’ tahraq madwar 1000 kalorija. Li nista’ nghid hu li darba kellna mara li waqt sessjoni Zumba libset calorie monitor u bih ikkonfermat li harqet aktar minn 1000 kalorija. Però dan kollu jiddependi skont kemm tirsisti l-persuna koncernata,” sahqet mieghi Maria.
Finalment Pedro u Maria hajru lill-qarrejja ta’ KullHadd sabiex jinghaqdu maghhom ghall-aqwa party taz-Zumba f’Malta. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq www.zumbamalta.com
Recent Comments