Ihares lejn il-biza’ minn aspett differenti – Ramona Portelli Blog

Ihares lejn il-biza’ minn aspett differenti

Il-personalità li ntervistajt illum huwa wicc sinonimu, kemm mat-televizjoni u teatru lokali u anke barra minn xtutna.Qed nirreferi ghall-attur Patrick Vella.Fil-prezent imexxi l-kumpannija tieghu stess – Curtain Raiser Entertainment, li llum ghandha isem popolari specjalment fejn jidhlu shows tat-tfal.Barra minn hekk huwa wkoll musical theatre performer, u dan l-ahhar ukoll producer ghal programm televiziv lokali bl-isem ta’ “L-Imqarbin”.

Patrick ghandu 37 sena, mhux mizzewweg u jhobb hafna l-ivjaggar. Patrick ghandu l-unur jghid li hu missier Liam li ghandu 12-il sena, u li fil-fatt huwa kburi bil-kwalitajiet sbieh tieghu.

Jghid li hu persuna imprevedibbli. “Nista’ nkun kwiet u nista’ nkun nervuz, inhobb niskopri, niehu riskji, avventuruz imma fl-istess hin joghgobni nghix fil-kumdità, naf inkun kwiet imma naf inkun party leader. Nippreferi n-natura mill-genn tal-ibliet, però nhobb nifhem kulturi ohra. Ma niggudikax malajr u ma nghirx, però nhobb il-kompetizzjoni,” beda jghidli ftit dwaru.

Meta semmili kompetizzjoni, xtaqt nelabora aktar fuqha. Fil-fatt spjegali li kien qed jirreferi ghat-tip ta’ kompetizzjoni healthy. Biha jzomm lilu nnifsu attiv, kreattiv, u anke kompetittiv. “Jekk ma jkunx hawn kompettività, ma jkunx hawn innovazzjoni”, zied jghidli.

Fetah skola tad-drama fic-Cina

Patrick studja t-teatru u performing arts fl-Ingilterra, u hadem f’diversi pajjizi ohra fejn jaghti workshops bhall-Indja, c-Cina, l-Polonja, Franza u l-Italja.

L-esperjenza vasta tiehu waslitu sabiex sena u nofs ilu fetah skola tad-drama ghat-tfal fic-Cina, b’konnessjoni ma’ skola tal-Ingliz. Din l-iskola – Fun4kids hija franchise ta’ Curtain Raiser fic-Cina, li llum imexxuha Cinizi stess.

Patrick flimkien ma’ shabu jitilghu ta’ spiss fic-Cina, biex ovvjament jaraw l-andament tax-xoghol. “L-isbah haga minn kollox huma l-kuntatti li taghmel – sija fuq livell socjali, kif ukoll dak professjonali,” kompla jghidli Patrick.

Dar il-Wahx

Bhalissa Patrick ghaddej bl-ahhar preparamenti tieghu flimkien ma’ shabu sabiex itellghu attività bl-isem ta’ Dar il-Wahx. L-attività tikkonsisti f’tour tal-wahx ta’ madwar 40 minuta, li ser isir fil-habs l-antik Ingliz f’Kordin, Rahal Gdid, li sejjer jinbidel f’Dar il-Wahx, b’attrazzjonijiet varji bi qtajja kontinwi, imma fl-istess hin divertenti ghal dawk kollha li jhobbu azzjoni u ecitament.

Zgur li ser tkun l-ewwel attività f’Malta ta’ dan it-tip, fejn qabel il-Maltin kellhom isiefru Londra jew xi pajjizi ohra biex jattendu attività tal-istess tip.

“L-idea nibtet minn diversi sorsi, imma kienet xi haga iktar personali. Bazikament inhobb dak kollu li ghandu x’jaqsam mal-biza’.

“Jien persuna li passatemp iehor li ma semmejtlekx huma l-films tal-biza’, basta jkunu sura ta’ nies, ghax hareg hafna mbarazz dan l-ahhar,” tbissem jghidli Patrick dejjem skont l-opinjoni tieghu.

Dar il-Wahx ser tittella’ bejn il-Gimgha 28 u l-Hadd 30 Ottubru 2011. Mhux ser jonqsu wkoll atturi b’make up specjali u mpressjonanti li ser jinbidlu f’vampiri, monstri, zombi, u makabritajiet ohra. Din l-attività hija miftuha ghal dawk kollha ’l fuq minn 13-il sena.

Migbud lejn dak kollu tal-biza’

Bqajt nahseb fuq li kien ghadu kif qalli li jhobb films tal-biza’ u dak kollu li jbezza’ – basta jkunu tajba. Persuni ohra, fosthom jiena stess nibzghu, ahseb u ara li nfittxu affarijiet tal-biza’. B’hekk staqsejt lil Patrick kif jirnexxielu jingibed lejn dak kollu li jbezza’ u fuq kollox x’jaffaxinah fihom.

“Film tal-biza’ ghandu l-ewwel haga ikollu plot tajjeb, mhux necessarjament kollu dmija, jew vjolenza. Infatti kien hemm hafna films li kienu iktar ibbazati fuq qtajja milli fuq dmija u vjolenza u kienu hafna iktar iwahhxu minn films ohra.

Hemm ukoll certu fatturi kulturali, per ezempju, dak li jbezz’a lilna mhux necessarjament ser ibezza’ kulturi ohra, u vici-versa, minhabba kultura socjali, u mod ta’ kif wiehed jitla’ bil-valuri tieghu. Hemm ukoll fattur interessanti iehor li forsi qed nanalizzah issa stess huwa – ghost stories.

Jekk temmen fihom iktar ser timpressjona ruhek, imma jekk tkun forsi ma temminx, difficli li film bhal dak ser ibezzghek.

Issa jien nara l-biza’ minn aspett differenti. Il-biza’ reali llum il-gurnata hija li tara monstru jtik qatgha? Ma nahsibx!! Il-biza’ reali huma gwerer, rivolti, pajjizi Ewropej li qed ifallu, l-faqar li fil-verità qed jikber u mhux jitnaqqas, il-materjalizmu li kull ma qed jaghmel ikompli jizdied, u ovvjament meta jasal il-biza’ tal-kont tad-dawl. Nahseb kulhadd jghid ajma x’qatgha”, spjegali b’mod tant dettaljat Philip.

Madankollu xorta hemm xi affarijiet li Patrick jibza’ minnhom, imma imbaghad malajr jirrealizza li l-biza’ ttih il-kuragg. “M’hemmx haga wahda biss li nibza’ minnha, u ovvjament hemm livelli ta’ biza’, però iva jtuni iktar kuragg,” rega’ sahaq mieghi.

Il-hajja ta’ Patrick hija bazikament imdawwra bid-drama. Izda ridt inkun naf kif ihobb jirrilassa ruhu u b’sorpriza qalli li ma tantx jaf kif. “Ma nafx! Skuzani imma ma nafx! Mohhi hemm imur. Però drama hija kelma vasta. Jien wara kollox ghandi business tal-entertainment li mhux bilfors huwa drama biss. Forsi hekk niftie-hem ahjar,” tbissem jghidli Patrick, fejn allura stajt nifhem li xogholu huwa mod ta’ divertiment personali ukoll.

Fl-ahharnett Patrick qasam xi punti mieghi dwar is-sitwazzjoni tad-drama f’Malta. “Wiehed irid jifhem li meta tkun full-timer, trid tvarja l-entertainment li toffri minhabba li Malta hija digà riskju kbir li tahdem f’dan il-qasam biss, minhabba c-cokon tal-pajjiz.

Bhalissa iktar nista’ nghid li hawn hafna affarijiet li tjiebu minn kull angolu, u dan grazzi ghall-interess li hawn, li n-nies jiehdu din id-dixxiplina fuq livell iehor.

L-unika haga li ddejjaqni hija n-nuqqas ta’ finanzi ghal dan is-settur, specjalment biex jithallsu l-atturi li jaghmlu sieghat twal jahdmu,” temm jghidli.

Scroll to top