Haseb li l-muzika mlietlu hajtu, sakemm sab lil Alla – Ramona Portelli Blog

Haseb li l-muzika mlietlu hajtu, sakemm sab lil Alla

Sa xi snin ilu kien maghruf bhala l-kantant Jay Omaro.  Illum m’ghadux fix-xena muzikali fuq stil Pop/RnB, izda sar ikanta biss muzika worship.

Matthew Grech, illum ghandu 21 sena.  Dan l-ahhar kien qed jghix Londra fejn dam kwazi tlett snin.  Ftit wara mar Brussell fejn kien qed jghaddi xi zmien mal-genituri tieghu qabel ma rega’ erhilha lura ghal hawn Malta.  Sar iqatta’ hafna hin jitlob lil Alla, jaqra u jistudja l-Bibbja, jesprimi ruhu permezz ta’ Facebook u kant fuq stil worship.

Matthew kien dam ikanta ghal erba’ snin shah fuq stil li jxeqleb lejn Pop/RnB b’element vokali soul.  Illum jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna umli, habrieki, ferhan, artistiku, kalm, sincier, dixxiplinat, gharef, semplici, determinat u persistenti.  B’kollox kien hareg erba’ singles, fejn anke kellu xi successi lokali.  Però, Matthew waqaf johrog id-diski malli ha d-decizjoni li jitla’ wahdu Londra meta kien ghad kellu biss 19-il sena.

“Il-holma tieghi kienet li nxerred il-muzika tieghi madwar id-dinja kollha u li d-diski tieghi jidhlu fit-territorju Brittaniku,” beda jghidli Matthew.  Izda gara li malli mar jghix Londra sab is-salvazzjoni tieghu f’Alla, tant li warrab warajh il-karriera muzikali li kien bena tul is-snin.  Hallejt f’idejh sabiex jispjegali ahjar.

Kien ihoss vojt kbir go fih

“L-ewwel nett, meta kont Malta, kont digà qieghed nipprova nallinja ruhi ma’ entità divina.  Kont naf li Alla jezisti.  Sincerament in-natura tghaq-qad bi provi li Alla huwa kbir.  Minn dejjem hassejt vojt gewwa fija, li l-ebda kuntentezza dinjija ma donna setghet timla go fija.  Kont insaqsi hafna mistoqsijiet filosofici fuq l-ezistenza, u bdejt infittex il-Missier propja tieghi, bhal wiehed orfni.  Ghall-bidu kont affaxxinat bil-prattika tar-Reiki, fejqan permezz tal-idejn, l-energija, u l-intenzjoni.  Hassejt il-bzonn li nesperjenza lili nnifsi, u rhejt lejn ir-Renju Unit, bit-tir li nkompli nkanta u nespandi l-karriera muzikali tieghi.

F’hajti sadanittant gie habib tal-qalb li kien Kristjan konvint, u habiba ohra genwina, li stidnitni mmur maghha u niltaqa’ ma’ knisja Kristjana, liema bini hija n-nies.  Dakinhar il-vojt li darba kelli f’qalbi bhal donnu xi hadd ferrali tazza ilma pura go fija u ntlejt b’ferh gdid.

Ghaddejt minn stagun intensiv ta’ konfuzjoni, u staqsejt lil Alla biex jurini t-triq tal-verità.  Dakinhar filghaxija ircevejt vers bil-Malti mill-Bibbja (Gwanni 14:6) fejn Gesù Kristu jiddikjara li hu t-triq, il-verità u l-hajja, u li hadd ma jmur ghand il-Missier hlief permezz tieghu.  F’dak il-mument gharaft li rcevejt ir-risposta tieghi, u twieldet il-fidi gewwa fija,” beda jghidli Matthew kuntent b’din il-hajja gdida tieghu.

Tant hu hekk, li llum il-gurnata Matthew isostni li l-muzika hija parzjalment satanika.  Tlabtu jispjegali ezattament din l-istqarrija tieghu, hekk kif dan sa snin ilu kien hu stess li jkanta u jistieden nies ghal warajh kull fejn kien ikanta.  “L-industrija tal-muzika hija fil-maggoranza satanika.  Din id-dikjarazzjoni tieghi m’ghandiex ghalfejn tissorprendi!  Kantanti famuzi li ghandhom il-wicc jghidu li huma Kristjani, jilbsu lbies indicenti ghall-ahhar, ikantaw lirika provokattiva u sesswali, b’kunfidenza zejda, jippromwovu l-kburija, l-akkumulu tal-gid finanzjarju, l-ambizzjoni, l-omosesswalità, l-femminizmu, jikkorrompu l-qdusija li ghandha tkun il-kolonna wara bniedem li jsejjah ruhu dixxiplu ta’ Kristu (Kristjan).

Jiena bhala l-ambaxxatur ta’ Kristu fid-dinja, flimkien mal-gisem ta’ Kristu, li hija l-Knisja (nerga’ nghid maghmula min-nies mhux mill-bini) nassigura l-qarrej ta’ din il-gazzetta li kantanti ta’ din ix-xorta huma tfal tax-xitan, bhal ma jghid sidi Gesù li huwa haj, mhux mejjet fuq salib.

Wiehed isemmi s-simbolizmu tal-fratellanzi sigrieti lluminati, u l-materjal sesswali u bestjali li jintwera pubblikament bla apologiji li jisraq id-dinjità u l-innocenza tal-bniedem.  Bhal ma hawn min qieghed jaghmel xoghol il-Mulej Alla, hawn min qieghed jaghmel ix-xoghol tal-ghadu, missier il-gideb.  Itfu t-televizjoni, u opportunità wahda taghtux lix-xitan, ghax jezisti tassew u qieghed aktar qrib milli tahsbu intom,” fissirli b’mod tant serju ghall-ahhar Matthew.

Bniedem gdid, muzika gdida

Staqsejt lil Matthew jekk illum ghadux isegwi muzika l-istil li kien ikanta hu stess.  Fil-fatt ikkonfermali li llum il-gurnata jisma’ biss muzika worship, ghax ghalih dik hija l-unika muzika li tigglorifika lil Alla u hija muzika tassew hierga mill-profondità ta’ qalb, li tressqu vicin il-Missier tieghu.

“Il-muzika ghadni nhobbha, tant u hekk li sibt il-veru skop tal-muzika. Permezz taghha, jiena naghti qima lill-Mulej. Kull ma ghandi naghtih il-Mulej, ghax jixraqlu, u dan naghmlu b’unur u pjacir li jhallini bla kliem.

Ma nistax immur lura ghall-RnB, u l-anqas m’ghandi l-hajra.  Il-mohh huwa delikat, u l-purifikazzjoni hija process delikat, battalja fil-mohh, fejn il-mohh jigi rriformat permezz tat-talb u l-qawwa tar-relazzjoni intima ma’ Alla gewwa fik.  La issa sirt bniedem gdid, ma rridx inhares lura biex nara l-hmieg li xi darba kont nesponi ruhi ghalih, fil-vizwal, kif ukoll fis-smigh, ma mmurx nerga’ niftah grada lid-dimonji, li jaghmlu minn kollox biex malli jsibu bieb miftuh, jghaddu minn go fih, u jgibu xi sebgha minn shabhom.  Irrezistu lix-xitan, u huwa jitlaq”, sahaq b’tant decizjoni fih innifsu Matthew.

Ma jappartjeni mal-ebda religjon

Ghalkemm illum il-gurnata, Matthew ma jappartjeni mal-ebda religjon, isejjah lilu nnifsu Kristjan minhabba li kif qalli hu stess ghandu l-verzjoni ta’ Gesù fuq id-dinja.  “Gesù huwa haj, permezz taghna.  Din mhiex hrafa, izda tassew l-ispirtu ta’ Gesù qieghed fid-dinja permezz tal-knisja tieghu.  B’hekk il-Knisja tissejjah il-gisem ta’ Kristu.

Il-kelma tghid li meta inti mitt, u Gesù beda jghixfik.  Ghal-hekk in-nies jitghammdu billi jigu immersi totalment fl-ilma.  Meta wiehed jinzel kollu kemm hu fl-ilma, wara li jkun konxjament ghamel id-decizjoni li jservi lill-Kristu u jobdih, ikun qieghed juri li qieghed imut. Waqt li qieghed fl-ilma, huwa jissottometti ruhu ghall-konsagrazzjoni ta’ Kristu u jigi purifikat.  Meta jittella’ mill-ilma, huwa simbolu li inghata hajja gdida u l-istess qawwa li qajmet lill-Kristu mill-mewt qajmet lilu mill-mewt li tikkaratterizza hajja minghajr Gesù.

Ir-religjon ghandha tabella ta’ raqda u falsità, li ma niflahx ghaliha. Jien ma rridx nappartjeni ghal xi religjon, izda, jien ta’ Kristu, u tal-ebda sistema ta’ twemmin dinjija!  B’hekk, minix religjuz tar-religjon, izda Kristjan ta’ Kristu, ghax hu ghamilni possibbli,” sahaq mieghi Matthew.

Matthew fissirli li ghandu mhabba kbira lejn Malta, tant li jemmen hafna fil-Maltin.  “Bhalissa qed nistudja r-rieda t’Alla, u qed nipprova nifhem Alla ghandux rieda individwali ghal kull bniedem, jew jekk ghandux rieda morali biss (il-Bibbja), li fiha jinsab il-pjan t’Alla ghalina.

Ergajt lura Malta ghax naf li hawn nies li ghandi bzonn ninkuraggixxi, hemm nies li ghandi bzonn inhobb u naqsam hin maghhom.

Hemm nies li jistghu jghallmuni.  L-imhabba tobbligani.  Hemm post ghal mewga ta’ salvazzjoni biex tahkem lill-gzira Maltija, li ghandha post f’qalb il-Missier.  Tiskanta, zghir kemm inti zghir, insinifikanti kemm tahseb li inti insinifikanti, però Alla jafek, u ghajnejh ma jnehhihomx minn fuqek ghal sekonda. J’Alla r-rieda sovrana t’Alla ssehh fija, u  fik.”

Fl-ahharnett u mhux l-inqas, Matthew xtaq jghaddi messagg lill-Maltin fejn iheggighom jattendu fellowships.

“Hija ghajta ta’ tama u speranza hierga minn go fija, sabiex in-nies ta’ Malta tassew tiltaqa’ ma’ Gesù b’mod personali u ntimu. Il-paci tal-Mulej tkun dejjem maghkom, anke sal-ahhar tad-dinja.

Dawn il-fellowships huma tassew ta’ gid u barka kbira, u b’wicci minn quddiem nirrakkommandahom lin-nies.  Hafna nies qeghdin isibu s-salvazzjoni permezz ta’ fellowships bhal dawn, fejn il-verità sabet residenza,” temm jghidli Matthew, b’insistenza li m’ghadux jissejjah Jay Omaro, anzi enfasizza mieghi li Jay Omaro illum huwa ‘mejjet’ !!

Scroll to top