Ir-Realtà ta’ Brian Hansford – Ramona Portelli Blog

Ir-Realtà ta’ Brian Hansford

Il-personalità tal-lum kont ghadni qatt ma ltqajt mieghu personalment, izda gieli segwejt xi wiehed mill-programmi ta’ diskussjoni tieghu.Qed nirreferi ghall-prezentatur tal-programm televiziv – Realtà – Brian Hansford.

Iltqajt ma’ Brian f’hanut tax-xorb fil-Mosta. Tista’ tghid li gie fil-hin, u mal-ewwel qbadna nitkellmu daqs li kieku ilna nafu lil xulxin. Brian ghandu 42 sena, mizzewweg u jghix Hal Lija. Huwa missier u minbarra li huwa gurnalist u prezentatur, Brian jahdem bhala marketer. Ghandu ghal qalbu l-futbol, fejn it-tim favorit tieghu huwa l-Germanja. Ihobb ukoll jattendi l-gym u anke jilghab xi loghba futbol ma’ hbieb ta’ vera.

Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna outspoken, fis-sens li dak li jhoss ser jghidu bla kantunieri. “Tant inkun qed nemmen f’dak li nghid, li naf li xi drabi b’dak li nghid jista’ jkun li l-persuna l-ohra twegga’. Imma xorta ntenni li dak li jkun ser ikun jaf fejn qieghed mieghi,” beda jghidli Brian.

Ridt nara l-opinjoni ta’ Brian dwar il-kompetizzjoni lokali li hawn tezisti fil-programmi televizivi. “Jien personali ma nharisx lejn ohrajn. Li naghmel huwa nhares dritt u nibqa’ miexi b’tieghi. Imbaghad wiehed jista’ facilment jaqbad ir-remote control tat-televizjoni u jaqleb ghall-istazzjon li jkun irid isegwi,” wegibni Brian b’dahka simpatika.

Issa b’kollox Brian ilu involut fil-gurnalizmu ghal dawn l-ahhar tmien snin, bejn wiehed u iehor. Ma stajtx ma nistaqsihx jekk hux minn dejjem kien jipprezenta u jipproduci programmi ta’ diskuss-joni, u jekk fuq kollox jikkunsidrax li jipprezenta xi programmi differenti.

“Iva, s’issa dejjem ipproducejt u pprezentajt programmi ta’ grajjiet kurrenti. Jien persuna li nhobb l-attwalità, u toghgobni l-politika u d-diskussjoni. Rigward jekk nipprezentax programmi differenti, qatt ma tista’ tghid qatt. Li nista’ nghid hu li s’issa dan qatt ma kien f’mohhi. Kull sena nipprova nitla’ targa ohra, ghax nemmen li qatt ma nixba nitghallem il-gdid,” kompla jghidli Brian.

Realtà fuq ONE

Ma stajtx ma nitkellimx ma’ Brian u ma nsemmix il-programm tieghu – Realtà. Fil-fatt ftit jiem ilu ghadu kif irritorna l-programm tieghu – Realtà fuq ONE ghar-raba’ skeda. B’format differenti u dehra differenti, izda b’aktar sustanza u argumentazzjoni, dan il-programm qed izomm lit-telespettaturi infurmati dwar dak kollu li jkun ghaddej f’pajjizna.

“Il-programm Realtà huwa kkunsidrat bhala wiehed mill-programmi principali fuq l-istazzjonijiet lokali fejn jidhol gurnalizmu investigattiv. F’din l-iskeda qed ninkludi opinjonisti residenti fil-programm,” kompla jghidli.

Realtà qed jixxandar kull nhar ta’ Tlieta bejn l-21.45pm sa l-22.45pm fuq ONE.

Kif jahsibha

Xtaqt ukoll inkun naf l-opinjoni tieghu ta’ kif jahsibha dwar il-fatt li Malta ghandha aktar minn stazzjon televiziv wiehed. Fil-fatt skont Brian Malta hija limitata, u ma jahsibx li tiflah hafna stazzjonijiet tat-televizjoni.

Tkellimt ma’ Brian dwar dak li jdejjqu mill-hajja b’mod in generali. Fil-fatt minghajr ma hasibha darbtejn sostna li jdejjquh dawk in-nies li dak li jaghmlu jaghmluh b’agenda, u mhux ghax verament jemmnu fih, jew sempliciment biex jinhabbu.

B’kurzità ridt inkun naf ukoll kif ikun u kif ihossu Brian qabel kull programm li jipprezenta. “Generalment niehu tazza kafè u noqghod nitkellem normali man-nies li jkolli hdejja. Din tkun il-mod kif niccargja lili nnifsi,” tbissem jghidli Brian.

Mistoqsi x’jippreferi jekk hux programm live jew irrekordjat, Brian sahaq mieghi li jippreferi l-live, anzi ma jsibx isbah minnu, u fi kliemu preciz, “You never go wrong”.

Naqleb id-diskors dwar il-futbol li tant ghandu ghal qalbu. Peress li Brian izomm mal-Germanizi, allura bhala sapporter taghhom ihoss li dan hu tim kbir, tant li Malta ghandha ssegwi l-passi taghhom ukoll.

Fl-ahharnett stedint lil Brian jghaddi l-ahhar kummenti tieghu. Fil-fatt stieden lill-qarrejja tal-KullHadd sabiex isegwu l-programm tieghu – Realtà, u anke jekk ikunu jixtiequ jghaddu xi suggerimenti dwar suggetti ghad-diskussjonit waqt il-programm tieghu, jistghu jaghmlu dan billi jew jikkuntattjaw lilu personali, jew inkella jghaddu l-messaggi taghhom fuq l-email tieghi li qed jidher hawn f’din l-intervista stess.

Scroll to top