Issib diffikultà biex tixtri hwejjeg tal-istil taghha – Ramona Portelli Blog

Issib diffikultà biex tixtri hwejjeg tal-istil taghha

Ilha snin twal fix-xena muzikali lokali, u dan l-ahhar qed tipponta biex taghmel id-dehriet taghha ‘l barra minn xtutna.Hafna jassocjawha mal-istil orig-inali ta’ lbies li tilbes, inkluz l-accessorji u zraben taghha.Qed nirreferi ghal Marvic Lewis, maghrufa ahjar bhala Indigo.

Sirt nafha b’mod personali xi xhur ilu, u kont ili nghidilha biex nintervistaha.Ftehmt maghha li l-intervista se niffukha dwar il-lat viziv taghha u dwar it-tip ta’ lbies li tilbes, aktar milli muzikal-ment.Waslet il-gurnata u ltqajna l-lukanda ta’ Tas Sliema fejn is-soltu naghmel l-intervisti tieghi. Tista’ tghid li kwazi wasalna fil-post flimkien. 

Marvic ghandha tletin sena, tghix Hal Qormi u thobb tqatta’ l-hin taghha tara films u dokumentarji, taghmel ricerka u tikkomunika bl-internet, issajjar u tohrog. Mhix it-tip ta’ persuna li thobb taghmel xi sports partikolari u ssostni li mhix persuna daqstant avventuruza minn dan l-aspett. Fil-fatt tiddeskrivi lilha nnifisha bhala persuna kalma, pacenzjuza, kreattiva u fejn possibbli perfezzjonista.

Kellha biss tmien snin meta bdiet tkanta. Il-muzika kienet isserviha ta’ rikreazzjoni u mhux biss bhala karriera u mezz ta’ tahrig u taghlim. Biz-zmien il-muzika saret ukoll stil ta’ hajja ghal Marvic.

Bdiet tghidli li maz-zmien kienet skopriet l-imhabba taghha lejn il-muzika ta’ stil rock u sentejn wara bdiet anke tikteb il-kanzunetti, kemm bhala kliem, kif ukoll bhala muzika.

“Kont ukoll bdejt nitghallem il-pjanu, xi haga li ghenitni iktar biex nifhem it-teorija tal-muzika b’mod ingenerali, u ghalhekk iktar il-quddiem meta bdejt nizviluppa fil-kitba tieghi tal-kanzunetti stajt ukoll nibni sekwenzi u nohloq ideat ta’ akkumpanjament muzikali, apparti li nohloq il-melodiji bil-vuci stess”.

Kompliet tghidli li l-membri tal-band isiru awtomatikament hbieb ta’ xulxin. “Il-hrug kien l-iktar jikkonsisti li inzur rock clubs jew immur nara live gigs. Il-muzika fil-fatt kienet ukoll saret xogholi minn qabel dan iz-zmien. Kelli xi 15-il sena meta bdejt nahdem fil-lukandi, anki flimkien ma’ ohti Olivia, fejn konna naghmlu shows u ljieli flimkien ma’ banda live”, kompliet tghidli Marvic.

Minn rock ghal metal

Illum il-gurnata Marvic zviluppat l-istil taghha minn rock ghal metal u kitbet u produciet it-tieni album taghha bl-isem ta’ These are the Roots.

F’dan l-album hadet hsieb ukoll parti mid-disinn, apparti wkoll id-direzzjoni tal-fotografija. “Minn mindu kont zghira kelli hafna ghall-qalbi l-arti viziva. Kont inhobb inpingi u niddisinja, sa anke hadt l-arti bhala suggett fl-iskola primarja u sekondarja. Immidd idejja ukoll fil-hjata u alterazzjonijiet tal-hwejjeg u accessorji – xi haga li ilni naghmilha zmien twil.

Wiehed mill-kostumi tieghi fil-fatt sar xi ftit popolari minhabba li kont hittu u wzajtu ghall-ewwel music video tieghi Scarecrow li kien parti mill-ewwel album tieghi, Indigo,” kompliet telabora mieghi Marvic.

It-tieni album taghha huwa fuq stil iktar tqil u modern. Hareg fis-sajf li ghadda u wahda mis-singles bl-isem ta’ ‘Rip It Down’ harget flimkien ma’ music video li hadet hsieb hi ukoll bhala kitba u direzzjoni. “Bhalissa fil-fatt qed nahdem fuq it-tielet wiehed li bih nixtieq nolqot ix-xena internazzjonali tal-muzika, xi haga li bdejt nikkunsidra u nahdem fuqha hekk kif lestejt l-ahhar album”.

Kont naf ukoll li Marvic tmexxi l-progett taghha stess, filwaqt ukoll li hija ghalliema tal-muzika. Prattikament tiddedika l-granet taghha ghall-muzika biss, tant li llum il-gurnata tahdem fuq hekk biss. Tlabtha tiddeskrivili din it-tip ta’ hajja li qed tghix.

“Din hija tip ta’ hajja li issa drajt sewwa, tista’ taqtak xi kultant minn affarijiet ohra, però jiena nipprova inzomm ruhi informata fuq kollox. L-istil ta’ hajja ta’ muzicist li huwa ukoll kantawtur u artist, hija mimlija hafna, sabiha u difficli fl-istess hin.

Mhux facli li jirnexxielek tistabbilixxi ruhek pubblikament u finanzjarjament, izda la darba tkun ghaddejt minn dik il-fazi, jekk tkompli tahdem bl-istess imhabba, ispirazzjoni u entuzjazmu tista’ tkompli miexi bi ftit problemi. Id-diffikultajiet jibqghu jezistu, imma la tkun tghallimt tiffaccjahom u issolvihom, kollox isir possibbli biz-zmien.

“Il-hajja tieghi inxebbahha ma’ avventura u battalja fl-istess hin, bhalma fil-fatt hija l-hajja b’mod ingenerali fl-esperjenza u fl-ghajnejn ta’ dawk in-nies li jghixu ghal dak li jemmnu u b’ghan li jaghmlu l-gid”, sahqet mieghi Marvic.

Matul dawn l-ahhar xahrejn, kien qed jinhadem it-tielet music video li jgib l-isem ta’ Not The End – diska mehuda mit-tieni album taghha – ‘These Are The Roots’. F’dan il-music video wiehed jista’ jsegwi l-kreattività u d-direzzjoni ta’ Marvic ‘Indigo’ Lewis stess, mahduma u mehuda f’xeni go postijiet lokali diversi u b’kostumi u stili ta’ xaghar u make-up varji kollha ddisinjati u preparati minn din l-artista stess.

“Id-diska tittratta fuq suggett jahraq kurrenti dwar l-ahhar tad-dinja, izda Indigo qed turina l-vizjoni min-naha ta’ persuna li lesta li tghaddi minn dan kollu, u li qed tipprepara ruhha moralment ghal din l-esperjenza, filwaqt li temmen li ser issalva b’xi mod jew iehor,” spjegatli hi stess.

Stil tad-dehra taghha

Minn qabel l-intervista, kont konxja li Marvic thobb tiffoka wisq fuq il-lat artistiku viziv taghha. B’hekk tlabtha telabora aktar dwar dan.

“Bhalma l-kitba u l-muzika tieghi zviluppat minhabba li kelli vizjoni li hdimt fuqha bi shih, hekk ukoll hdimt u zviluppajt l-istil tad-dehra tieghi. Minn dejjem kont nara l-muzika u l-arti viziva bhala zewg affarijiet li ghandhom imorru flimkien, u fil-fatt kienu ukoll zewg talenti li skoprejt fijja innifsi. L-image personali u kif ukoll il-vizwali tal-produzzjonijiet muzikali ghandhom ikunu jaqblu fl-istil”, zvelat mieghi Marvic.

Forsi ghal xi whud, jaraw li l-ilbies li tilbes Marvic mhux tant komuni. Hu mill-istil ta’ zraben u cpiepet jew crieket li tilbes Marvic. Ghal hafna dawn huma xi ftit bombastici, jew li ma jmorrux ma’ kollox. Izda ghal Marvic dawn huma parti minn hajjitha u fuq kollox parti mill-istil tant ghal qalbha.

Marvic tghid li “L-istil tal-hwejjeg rock u metal hawn Malta ma tantx huma komuni. Fil-fatt hawn biss ftit hwienet minn fejn tista’ tixtri dan l-istil. Bhala accessorji ftit iktar komuni biex issibhom. Ghalhekk il-fatt li nirranga l-hwejjeg tieghi stess hija xi haga utli u siewja.

L-accessorji tal-fidda u metall jaghmlu parti importanti f’dan l-istil ta’ muzika u hwejjeg, u l-kollezzjoni dejjem tikber maz-zmien. Inti semmejt iz-zraben li hafna minnhom gew minn barra minn Malta, ghall-fatt li hawnhekk ma ssibhomx jew tkun trid tordnahom. Imma ma nhobbx nesagera f’li nilbes. Il-bilanc hija xi haga li toghgobni wisq u fil-fatt l-istil tieghi ma nispjegahx bhala estravaganti jew hardcore”, spjegatli bil-kalma kollha Marvic.

B’kurzità ridt inkun naf jekk Marvic tilbisx ilbies b’element ta’ stil rock anke meta tkun mistiedna xi okkazjoni personali bhal nghidu ahna xi tieg.

Fil-fatt dlonk wegbitni li thobb tadatta skond l-okkaz-joni, ghalkemm fl-istess nifs sostniet li mhiex it-tip li thobb hafna l-eleganza. “Inhobb hafna l-iswed, allura xi haga sewda zgur li dak li jkun ser issibha fuqi,” tbissmet tghidli Marvic.

Gibt id-diskors maghha dwar ix-xena rock lokali, fis-sens ridt inkun naf kif tispjegaha fi kliemha u fuq kollox kif tqabbilha ma’ dik ta’ barra minn Malta. “Ix-xena lokali hija pjuttost b’sahhitha fejn jidhlu bands u muzicisti, u apparti minn hekk ghandha storja twila ukoll. Li jonqosna ftit hija l-kreattività u l-originalità u dan huwa marbut mal-fatt li ahna gzira zghira, ftit maq-tughin u kumpatti.

Ir-rock u l-metal hija muzika li ma tantx tindaqq hawn Malta u ghalhekk in-nies in generali ma jafux kemm hija xena popolari madwar id-dinja kollha, fl-Ewropa, l-Amerika, l-Asja u xi ftit jew wisq anki fl-Awstralja. Izda l-iktar li hija vasta u b’sahhitha hija fl-Amerika u l-Ewropa, inkluza l-Ingilterra.

Fl-Ewropa tista’ tghid li hemm kull stil ezistenti stabbilit u segwit, u ghalkemm ahna parti mill-Ewropa, xorta wahda x-xena taghna hija zghira wisq, ikkumparata b’mod proporzjonali mal-pajjizi kollha Ewropej. Però nemmen li bil-mod il-mod ix-xena qieghda tikber, kemm bhala nies li jaghmlu din il-muzika, kif ukoll bhala udjenza”, spjegatli Marvic b’tant dedikazzjoni u mhabba lejn din it-tip ta’ muzika.

Fl-ahharnett staqsejtha jekk ghandiex xi pjanijiet futuri li forsi bhalissa qed tahdem fuqhom. “Qed nahdem sabiex nipprova jirnexxili norganizza xi gigs u shows barra minn Malta fl-Ewropa stess. Lejn l-ahhar ta’ din is-sena qed nittama li forsi nibda nahdem fuq diski godda ghat-tielet album tieghi”, temmet tghidli Marvic.

Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Tas-Sliema.

Scroll to top