F’Malta hawn talent, izda m’hawnx edukazzjoni
Mhux l-ewwel darba li attendejt xi kuncert u nnutajtu jdoqq mal-kumplament tal-orkestra. Jispikka ghall-fatt li ghadu zaghzugh, izda s-snin ta’ esperjenza li ghandu warajh jkomplu jsahhuh. Qed nirreferi ghall-muzicist Kevin Abela.
Ghandu 32 sena, joqghod Haz-Zabbar, u fil-prezent jinsab f’relazzjoni. Xoghlu full-time huwa bhala muzicist mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, fejn idoqq it-trumbetta.
Passatempi ghandu hafna, izda hin mhux wisq. Ihobb jilghab is-snooker, tennis u xi naqra jogging ma jonqosx. “Inhobb naghmel naqra minn kollox, imma l-hin tant huwa ftit li jibqghali, li mhux ta’ spiss insib il-hin ghal dawn kollha,” beda jghidli Kevin, hekk kif iltqajna ghal din l-intervista f’kafeterija fil-pjazza tal-Mosta.
Kevin jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna sensittiv, imma li jipprova jkun kuntent. “Mhux l-ewwel darba li jkolli xi ntopp tal-hajja, imma malajr nara li nhares lejn il-pozittiv. Imma jekk trid kelma wahda li tiddeskrivini, nghid li jien sensittiv. Idejquni hafna dawk il-persuni ghajjurin. Anzi l-ghira hija l-aktar haga li ddejjaqni fi bniedem.”
Ta’ 18-il sena, Kevin inghaqad mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. B’hekk tlabtu jikkummenta dwar kif ihossu li ta’ età zghira spicca jaghmel parti minn din l-orkestra hekk ta’ kalibru kbir f’Malta. “Minn dejjem xtaqt li nkun muzicist li ndoqq it-trumbetta. Li fl-età ta’ 18-il sena wettaqt il-holma tieghi, xtaqt sfidi ohra f’hajjti. Li nidderiegi kien il-pass li jmiss ghalija. Fil-fatt il-kuncerti Movie Spectacular dejjem jien idderigejthom, u din is-sena mhux b’inqas,” wegibni b’certa sodisfazzjon Kevin.
Ta’ min jghid li b’kollox Kevin ilu 25 sena jdoqq. Beda fl-età ta’ hames snin, fejn kien jitghallem il-muzika u eventwalment hareg idoqq mal-banda San Mikiel ta’ Haz-Zabbar meta kellu biss seba’ snin. Kien attenda xi master classes barra minn Malta wkoll.
Staqsejtu jekk qatt hadem xi xoghol iehor f’hajjtu mhux konness mal-muzika. “Ghamilt zmien nahdem go hanut li jbiegh l-istrumenti, allura xogholi dejjem xorta b’xi mod kien involut mal-muzika, direttament jew indirettament,” tbissem jghidli Kevin.
Minn informazzjoni kurjuza li kont ksibt dwar Kevin, qabel ma ltqajt mieghu, sirt naf li jaqta’ xaghru kull hmistax. B’hekk staqsejtu jekk jikkunsidrax lilu nnifsu iffissat fuq xaghru jew le. “Jien persuna li nkun irrid nidher tajjeb. Mhux xaghri biss, izda kull tlett gimghat naghmel facial. Inzerta li t-tfajla tieghi hija beautician u allura ddur dawra mieghi ta’ spiss,” infurmani.
Mhux dan biss, izda sirt naf ukoll li Kevin jithajjar ghal kollox, fis-sens li jekk imur darba dawra b’jet ski, ikun irid jixtri wiehed ghalih. B’hekk tlabt il-kummenti tieghu dwar dawn il-fatti. Fil-fatt, Kevin kien xi naqra sorpriz, filwaqt li tbissem u gharrafni li kont ghamilt ricerka tajba sew dwaru. “Li ghedtli hija kollha verità. Mhux l-ewwel darba li jkolli xi argumenti zghar mat-tfajla dwar hekk. Jista’ jkun li dan huwa difett tieghi. Nghidlek ezempju li darba kont xtrajt il-Playstation fil-hin tal-break tax-xoghol u wara xi xahar nilaghbha kuljum, kont tlaqtha hemm. Jekk darba mort nilghab table-tennis, spiccajt xtrajt il-paletti, u hafna stejjer simili. Nixtieq li f’hajti naghmel kollox f’daqqa, imma zgur li m’hemmx cans ghal dan kollu. Din il-haga fija naraha bhala difett u pregu fl-istess hin – li nithajjar ghal kollox, però nassigurak li minix master of all. Haga ohra dwari hija li ninsa l-ismijiet tan-nies, ghalkemm l-ucuh niftakarhom,” tbissem Kevin.
Movie Spectacular
Mill-hajja personali tieghu, ergajt bdejt nitkellem ma’ Kevin dwar il-muzika, u fil-fatt qbadt id-diskors dwar il-kuncert li ser jidderiegi hu stess dalwaqt – Movie Spectacular.
Il-Kuncert Movie Spectacular ser jittella’ nhar il-Hadd 15 ta’ Mejju 2011 fis-Sala ta’ Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, l-Belt Valletta. Din hija r-raba’ edizzjoni tal-kuncert Movie Spectacular, bil-partecipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taht id-direzzjoni muzikali ta’ Kevin Abela stess u produzzjoni ta’ Sigmund Mifsud.
Tlabtu jghidli xi haga zghira dwar dan il-kuncert. “Dan ser ikun kuncert li ser jiehu lill-udjenza fi zminijiet differenti permezz ta’ soundtracks minn films li zgur ma jintesewx fl-istorja tac-cinema bhal Gone with the Wind, Avatar, Ben Hur, Lupin, La vita è bella.
Waqt dan il-kuncert, l-udjenza ser titpaxxa mhux biss bil-muzika imma ukoll b’siltiet minn dawn il-films li jintwerrew waqt ix-show.
Zgur li bhas-soltu Movie Spectacular ser joffri serata ta’ muzika li mhux ta’ min jitlifha,” sostna Kevin.
Naqbad diskursata mieghu dwar id-dedikazzjoni tieghu ghall-muzika. Fissirli li dan jiddependi mill-hin, ghalkemm kuljum jipprattika u jdoqq waqt xogholu. “Bejn reherseals u recordings, l-istudju jkollu jiddependi fuq dawn it-tnejn, izda nipprova li naghmel imqar siegha kuljum.”
Barra minn hekk, Kevin jghallem it-trumbetta lil diversi studenti. Kellu diversi studenti li qed jippromettu, fosthom Alex Bezzina li kien l-ewwel student ta’ Kevin li llum qieghed Londra ghaddej bil- muzika hemmhekk.
B’kurzità nistaqsi lil Kevin dwar jekk ikunx nervuz qabel xi kuncert, u b’liema modi jirnexxielu jikkalma. Jghidli li x’hin jibda jidderiegi jikkalma u jinsa l-ecitamenti kollu. “Proprjament aktar meta nkun qed indoqq inkun nervuz, milli meta nkun qed nidderiegi. Waqt li nkun qed indoqq kollox jiddependi u jdur mas-sahha tax-xoffa, burdata u diversi fatturi ohra li jiddeterminaw in-nervozizmu,” spjegali Kevin.
Ridt inkun naf ukoll xi kemm ghandu trumbetti b’kollox. Infurmani li b’kollox ghandu tmienja – tlieta tal-istess tip u hamsa differenti minn xulxin. Spjegali li kollha ghandhom sinifikat uniku, bhall-ewwel trumbetta ta’ hajtu, ohra li jdoqq biha meta jdoqq waqt xi programm televiziv, ohra tal-kuncerti.
Iwaqqaf is-sigaretti
Inkellmu dwar in-nifs tieghu li tant hu mportanti ghalih sabiex idoqq it-trumbetta. Fil-fatt infurmani li kellu jwaqqaf is-sigaretti.
“Kont ili npejjep u ommi kienet ta’ spiss tghidli nwaqqafhom. Inzerta li lit-tfajla tieghi jdejquha s-sigaretti wkoll. Kollox ma’ kollox u fuq kollox minhabba sahhti, s’issa ili ma npejjipx sa minn April ta’ sena ilu,” wegibni sodisfatt Kevin.
Lejn l-ahhar tal-intervista staqsejtu dwar kif jahseb li zghazagh ohra iharsu lejh bhala dak iz-zaghzugh li jdoqq waqt il-kuncerti.
“Fil-verità nahseb li mhumiex konxji li jezistu muzicisti u orkestra nazzjonali. Nemmen li hawn nuqqas ta’ edukazzjoni f’dan ir-rigward. Jien cert li f’Malta hawn it-talent. Jien persuna li ghext il-parties u napprezza l-muzika kollha.
Illum aktar minn qabel nibza’ ghal widnejja u ma mmurx f’postijiet li naf li l-muzika ser tkun gholja wisq.
“Finalment nghidlek li jien persuna li mmur kullimkien u nhobb ingieghel lil haddiehor japprezza l-kultura, bhalma naghmel jien”, spjegali Kevin.
Bhala progetti futuri, Kevin zvela mieghi li aktar tard din is-sena sejjer Turin flimkien ma’ Tricia Dawn Williams u Daniel Cauchi ghal xi kuncert, filwaqt li ser ikollu aktar progetti ghaddejjin li ma setax jizvela kollox ghalissa.
Finalment xtaq jibghat ir-ringrazzjamenti tieghu lejn il-Bord tal-Orkestra u l-Manager tal-Orkestra stess ghall-fiducja li urew fih tul is-snin. L-ahhar u mhux l-inqas lejn Sigmund Mifsud li dejjem, ghal dawn l-ahhar sentejn, hadem ghall-produzzjoni ta’ Movie Spectacular!!
Recent Comments