Il-muzicist li jghaddi bla mobile, izda mhux minghajr kompjuter

Nghid id-dritt qatt ma kont ghadni smajt xi muzika minn tieghu. Izda hekk kif imbaghad gietni l-opportunità li nisma’ xi muzika mill-albums diversi tieghu, malajr dhalt f’dinja ohra li bhal qisu ghal xi mument iddahhlek fi vjagg melodjuz u rilassanti ghall-ahjar.
Qed nirreferi ghall-muzika tal-muzicist Brian Vassallo li johloq il-muzika tieghu mill-immaginazzjoni u l-kreattività ta’ mohhu stess. Pjuttost hija muzika li gejja minn elementi ta’ fantasija. Iltqajt ma’ Brian f’kafeterija fil-pjazza tal-Mosta, fejn sibtu qed jistennini ppreparat u herqan ghal din l-intervista.
Konna ftehmna ghal din l-intervista permezz tal-emails biss, minhabba li ma juzax mobile. Fuq din il-haga tkellimt mieghu aktar ‘il quddiem f’din l-istess intervista! Brian beda jispira ruhu bil-muzika tas-snin tmenin, mill-muzika dance ta’ dak iz-zmien.
Maz-zmien beda johloq il-hsejjes tieghu b’mod elettroniku maghmula mis-synthesizer u bil-kompjuter. Inter-essanti u xi ftit stramba ghalija, ghalkemm hawn xi whud mill-aqwa muzicisti bhalu, hija li Brian ma jaqrax il-muzika, izda jdoqq bil-widna.
“Zmien ilu kont ippruvajt nitghallem naqra l-muzika, izda bejn bil-progetti li digà kelli f’mohhi u kif ukoll permezz tal-widna tajba li digà kelli ghall-muzika, qbadt triqti u bdejt infendi bil-mod tieghi.
Nikkunsidra lili nnifsi bhala muzicist awto-mghallem. Fi kliem iehor inhoss li Alla tani don u li jiena qed nuzah. Qatt ma xaqqejt l-gharaq bl-istudji muzikali. Kien don fija li maz-zmien hrigtu,” beda jghidli dwaru. Jghix Santa Venera fejn ghandu anke l-istudjo tieghu personali. Fih iqatta’ hafna mill-hin tieghu jikkomponi u jipproduci l-muzika tieghu.
Ikompli jghidli li jaffaxinawh hafna films li tidhol fihom ix-xjenza, l-aljeni u UFOs. Fil-fatt dawn jispirawh, filwaqt li jghinuh jimmedita u eventwalment johloq il-muzika tieghu.
M’ghandux u ma juzax mowbajl
Fis-sena li qed nghixu fiha bhalissa 2011, rari hafna biex tisma b’persuna li ma tuzax u wisq aktar m’ghandhiex mowbajl personali taghha. Fil-kaz ta’ Brian, stqarr mieghi li kien hemm xi zmien li kellu, però llum m’ghadux ihoss il-htiega tieghu – u b’hekk illum il-gurnata m’ghandux mowbajl.
Barra minn hekk, Brian huwa tip ta’ persuna li jhobb iqatta’ u jiddedika certu hin ghalih innifsu fil-kwiet u b’hekk il-mowbajl jista’ jtelliflu dan il-paci.
“Inhossni nghaddi min-ghajru. Nuza ta’ spiss l-emails u t-telefon tal-linja fissa tad-dar. B’email illum facilment naf li ser nibghatha u l-maggoranza tal-persuni b’mowbajl avvanzat ser jircivuha dirett fuq il-mowbajl taghhom. Xorta wahda ninqeda b’din it-tip ta’ teknologija”, sahaq mieghi Brian li ilu ma juzax mowbajl ghal dawn l-ahhar erba’ snin.
Jixtieq jiffoka aktar lokalment
Kien proprju fis-sena 1990, li Brian beda jesperimenta bis-serjetà b’ruhu u b’gismu fl-istudjo personali tieghu. Disa’ snin wara, hareg l-ewwel album tieghu – “Beyond”, fejn kellu diversi kummenti tajba kemm lokalment u anke internazzjonalment.
Xi haga kurjuza ohra dwar Brian, hija li forsi b’hekk hafna Maltin ma tantx semghu dwaru, ghaliex l-aktar li jiffoka fil-muzika tieghu huwa proprju barra minn Malta. Tlabtu jiddiskuti dan il-fatt mieghi.
“Nammetti li mill-bidu tal-karriera tieghi bdejt nuri x’naf mal-barranin. Dan minhabba li nhobb nuza hafna l-internet u b’hekk hassejt li stajt nifrex aktar ismi permezz ta’ siti barranin u anke permezz ta’ social networking sites.
Illum il-gurnata qed nah-sibha mod iehor. Wasalt f’punt fejn qed inhoss il-htiega li nuri aktar lili nnifsi hawn Malta stess. Fil-fatt dan l-ahhar qed iberren f’mohhi li ntella’ xi kuncert b’risq xi karità”.
Brian jigi hu l-attur bravu Malti izda li jghix Los Angeles – Joseph Vassallo. Hsibt li forsi gie influwentat minnu biex jiffoka aktar fuq barra minn Malta, izda Brian assigurani li kienet sempliciment ghazla tieghu naturali li giet kif giet.
Impatt qawwi fuq certu persuni
Brian kompla jghidli li diversi persuni jiktbulu b’mod personali fejn jesprimu ruhhom dwar l-effett u l-impatt li tkun halliet il-muzika tieghu fuqhom. “Niehu gost nircievi e-mails minn persuni fejn jesprimu ruhhom fil-kitba u jistqarru mieghi li bil-muzika tieghi jkunu dahlu f’certu nostalgija jew atmosfera ta’ dinja ohra. Dak hu l-iskop tieghi li nhalli mpatt fuq haddiehor, u allura b’e-mails bhal dawn naccerta ruhi l-iskop tal-muzika tieghi jkun intlahaq tajjeb,” tbissem jghidli Brian.
Interessanti wkoll li ghal Brian, Alla huwa c-centru ta’ kollox. Fil-fatt minn xi snin ilu ‘l hawn, hass il-htiega li jfittxu aktar. “Inkompli nipprova ntejjeb ruhi u l-kompozizzjonijiet tieghi sabiex imissu aktar nies, imbaghad inhalli l-kumplament f’idejn Alla”.
L-ahhar album frisk tieghu hargu proprju fl-ahhar gurnata tas-sena 2010 – “Memoirs of a Lifetime”. Tispikka hafna l-muzika elettronika, ghalkemm din saret tinstab kullimkien. Izda b’xi mod jew iehor Brian jispikka l-aktar bil-hsejjes u melodiji tieghu, li kapaci jmissu l-qlub u l-emozzjonijiet ta’ kull min ikun qed jismaghhom.
Fl-ahharnett Brian fissirli li l-muzika lilu ttih il-libertà li jesprimi certu affarijiet li normalment fil-hajja ta’ kuljum ma jasalx li jesprimihom. Barra minn hekk, qalli wkoll li jista’ jkun hemm possibbiltà ta’ xi album iehor minn tieghu fi zmien qarib.
Recent Comments