Il-Malti li huwa membru ta’ The Canadian Tenors
Il-personalità li tkellimt mieghu ghall-intervista tal-lum, sirt naf bih waqt konversazzjoni ma’ kollega tieghi ta’ dan il-gurnal stess – Philip Schembri.Kien kellimni dwar din il-persuna b’konnessjoni Maltija u malajr interessajt u aggornajt ruhi aktar dwar il-karriera muzikali tieghu barra minn xtutna.Finalment ghamilt kuntatt personali mieghu, fejn mal-ewwel laqa’ t-talba ghall-intervista mieghi, anke jekk kien jinsab il-hin kollu mpenjat.
Ovvjament il-kuntatti kollha kellhom isiru permezz tal-internet.
Qed nitkellem dwar VICTOR MICALLEF li huwa ta’ demm Malti u ghandu 37 sena.
Illum jghix Toronto, l-Kanada. Xogholu huwa kantant tal-opera u muzika kontemporanja fuq bazi full-time, kif ukoll jikteb il-muzika u jaghmel xi arrangamenti muzikali. Huwa wiehed mill-erba’ membri tal-grupp popolari The Canadian Tenors. Dan il-grupp ikanta muzika minn pop sa klassika.
Trabba f’komunità Maltija f’Toronto
Ghalkemm twieled u trabba l-Kanada, missieru u ommu huma Maltin. Fil-fatt missieru Joseph Micallef kien mill-Imsida, filwaqt li ommu Margaret Micallef (neè Mifsud) kienet minn Haz- Zebbug.
Victor trabba l-Kanada f’komunità Maltija f’Toronto. Fil-fatt isostni li kien proprju f’din il-komunità li kellu l-ewwel opportunità sabiex jibda jkanta u jdoqq il-pjanu fi knisja Maltija – St Paul’s the Apostle.
“Kien missieri stess li kien inkoraggini nibda nkanta. Ghall-bidu kont nibza’, izda malajr irrealizzajt kemm il-muzika taf iggib pjacir fil-hajja.
Missieri kien involut sew f’din il-komunità Maltija u kien jaghmel minn kollox biex izomm it-tradizzjonijiet Maltin hajja. Sfortunatament missieri halla din id-dinja meta jien kelli sittax-il sena. Illum jien grat hafna lejh u lejn ommi u fuq kollox bis-sahha taghhom jien kburi hafna b’Malta,” beda jghidli Victor.
Barra minn hekk inzerta zzewweg lil Kathleen li hija Maltija-Kanadiza. Ghandhom tifel ta’ sentejn u nofs li semmewh Zachariah. Kienu ghamlu xi zmien jghixu f’Firenze. Isostni li hemm sar japprezza l-inbid, specjalment l-ahmar. “Inhobb hafna l-inbid ahmar, izda noqghod lura hafna minnu sabiex nibza’ ghall-vuci tieghi.”
Dwar tfulitu, Victor stqarr mieghi li kien tifel pjuttost misthi, u fil-fatt ghadu sal-gurnata tal-lum, ghalkemm tghallem kif igib ruhu meta jkun qed ikanta u malajr jinsa l-misthija kollha.
B’wiccu minn quddiem ihoss sodisfazzjon shih meta bil-kant tieghu u tal-grupp tieghu ,jaghmlu l-flus ghal xi att nobbli. Fil-fatt ma jinsa qatt l-fatt li permezz tal-kant tieghu mal-grupp irnexxilhom jghaqqdu kwazi tlett miljun dollaru ghall-karità fil-Bulembu, Swaziland, fl-Afrika.
“Hija tant haga sabiha li b’xi haga li tant thobb tkun ukoll, tghin lil min hu fil-bzonn. Hafna mill-ammiraturi taghna jitrattawna daqs li kieku ahna xi eroj. Fil-fatt ahna ninkoraguhom, ghall-fatt li ahna nkunu qed naghmlu biss il-parti taghna. Inhoss li kulhadd ghandu xi haga li jista’ jaghti u jaqsam ma’ haddiehor.”
Mistoqsi jekk gieli gie sa Malta, Victor ikkonfermali li gieli gie. Fil-fatt l-ahhar li kien gie kien disa’ snin ilu. Isostni li ghandu familja kbira hawn Malta b’tant zijiet u kugini.
Zied jghidli li rega’ wasal iz-zmien li jerga’ jzur lil Malta u fuq kollox lil qrabatu. Izda minkejja dan, isibha difficli minhabba l-hafna mpenji li jirrikjedi l-grupp tieghu The Canadian Tenors. “Qed nittama li nzur lil Malta s-sena li gejja fis-sajf tal-2012, izda dan jiddependi mix-xoghol ta’ kant li jkolli”.
Tlabtu jghaddili l-kummenti tieghu dwar Malta.
“Ghalkemm gejt imrobbi l-Kanada, xorta hassejt li kont qieghed f’art twelidi meta zort Malta. Hija haga stramba forsi, izda nistqarr li dan kollu minnu. Malta hija fenomenali kemm fis-sbuhija u anke l-Maltin huma tant qalbhom tajba,” kienu l-kummenti li tani Victor dwar Malta.
The Canadian Tenors
Beda jghidli li l-grupp The Canadian Tenors ra l-bidu tieghu xi hames snin ilu permezz ta’ persuna ohra li ntroducithom flimkien. Illum il-grupp jaqa’ taht Universal Music/Decca. Kollha bi stil differenti. Tnejn minnhom ikantaw stil operestiku, filwaqt li t-tnejn l-ohra jispecjalizzaw aktar fuq ‘pop’.
B’hekk kollha flimkien jipproducu muzika versatili. Apparti dan, kull membru tal-grupp jaf idoqq xi instrument u anke jiktbu l-muzika. “Dan narah ta’ importanza kbira fina, ghaliex meta nipprezentaw ruhna quddiem folla nies, inkunu nistghu naghtu l-100% taghna,” sostna Victor.
Bhala grupp, flimkien kellhom hafna avvenimenti importanti fejn kantaw fosthom l-G20 summit, u anke kantaw ghal diversi persuni kbarat tad-dinja bhalma huma l-Presidenti Barack Obama, Bill Clinton, u Tony Blair. Kellhom l-unur ukoll li jaqsmu l-palk ma’ Sir Paul McCartney f’Londra, kif ukoll ma’ ohrajn bhal Sting, Sheryl Crow, Elton John, Jennifer Hudson, Seal u Michael Bolton.
Fil-prezent, il-grupp qed jirrekordjaw cd gdid b’kollaborazzjoni ma’ diversi artisti kbar bhal Michael Buble, Celine Dion, Alice Cooper u hafna ohrajn. Lejn l-ahhar ta’ din is-sena, The Canadian Tenors ser ikantaw gewwa Carnegie Hall fi New York, u f’Lincoln Centre fejn ser itellghu erba’ performances flimkien man-National Orchestra f’Washington D.C.
Minn ricerka li kont ghamilt qabel dwar dan il-grupp, kont naf li kienu bieghu aktar minn 300,000 album mad-dinja kollha. B’hekk tlabtu l-kummenti tieghu dwar dan. “Dan il-bejgh sar minn grupp li tista’ tghid li ghandna ftit flus biex nonfqu fuq pubblicità u marketing.
L-akbar success taghna kienet il-kelma li tant inhobbu nxerrdu. Nista’ nghid però li l-grupp taghna huwa xi ftit ixxurtjat, tant li aktar naghmlu flus mill-kant u kuncerti live li ntellghu, milli minn bejgh ta’ cds”, sostna Victor.
Fl-ahharnett tlabt lil Victor jghaddi messagg specjali lill-qarrejja tal-KullHadd. “Ma nistax nistenna l-mument li nerga’ nkun lura Malta. Nemmen li daqt isehh. Inwieghed li ser inkompli nsemmikom mal-udjenza taghna u nkompli nxerred il-kelma dwar kemm Malta hija meravilja. Sahha u grazzi”, temm jghidli Victor kuntent li jaf xi erba’ kelmiet bil-Malti, u anke ikkonfermali li jaf jaqra xi ftit bil-Malti wkoll.
Aktar informazzjoni dwar il-grupp The Canadian Tenors tista’ tinkiseb minn fuq www.canadiantenors.com
Recent Comments