Ic-cirkostanzi tal-hajja ghallmuha tibda taghmel is-sapun – Ramona Portelli Blog

Ic-cirkostanzi tal-hajja ghallmuha tibda taghmel is-sapun

Probabbilment kull meta tintuza sapuna ghall-hasil, lanqas biss jghaddilna l-hsieb minn liema process din tkun ghaddiet.   Fis-suq insibu diversi sapun differenti, mhux biss fid-daqs jew forom, izda fir-riha u anke ghall-bzonnijiet varji.

Dwar is-sapun  tkellimt ma’ Doriette Hannaford, li dan  l-ahhar bdiet taghmel is-sapun ghall-uzu   personali taghha, u kif ukoll ghall-hbieb u familjari u anke sabiex ikollha xi tbiegh minnhom.  Iltqajt ma’ Doriette f’kafeterija  fil-Mosta u maghha ddiskutejt dan  ix-xoghol taghha, u dwar id-diversi metodi li jintuzaw, u fuq kollox dwar il-beneficcji li fihom dawn is-sapun partikolari li taghmel hi

Doriette hija mill-Fgura u ghandha sitta u ghoxrin sena.  Bhalissa l-uniku xoghol taghha huwa li taghmel is-sapun.  Qabel kienet hairdresser, imma minn mindu saret omm riedet tbiddel in-natura ta’ xoghol taghha u xtaqet xoghol li bih setghet tibqa’   d-dar.  B’hekk bdiet tistudja dwar is-sapun u eventwalment bdiet taghmilhom hi stess.


“Jiena persuna naqra misthija ghall-ewwel, imma tal-punt u ragun inkun inridu.  Ghall-ewwel kont bdejt ingib is-sapun lest.  Wara bdejt nistudja dwaru, kont attendejt xi korsijiet tal-aromaterapija u maz-zmien bdejt naghmel is-sapun jiena stess”, bdiet tirrakkontali Doriette.

Kompliet tghidli li minn ckunitha kienet tfaddal is-sapun; b’hekk iddiskutejt maghha dwar kif tghallmet ezattament taghmel is-sapun.  “Korsijiet dwar kif taghmel is-sapun proprjament m’hawnx rikonoxxuti.  B’hekk kont ghamilt sena nistudja minn fuq l-internet dwar il-processi diversi li hemm. Niftakarni bdejt naghmel is-sapun ghal tal-familja u wara bdejt nbiegh ftit ftit”, tbissmet tghidli Doriette.

Processi differenti ta’ kif taghmel sapuna

Tlabtha tispjegali l-process ta’ kif issir sapuna.  Kont minghalijja li hemm process wiehed, imma nfurmatni li hemm tlett processi li jissejhu cold process, melt and pour process u hot process.


Doriette spjegatli fil-qasir dwar kif kull process huwa differenti minn iehor. “Fil-cold process jintuzaw zjut naturali bhal zejt taz-zebbuga.  Permezz ta’ kimika sodium hydroxide (lye), tghaqqad iz-zjut sabiex tigi blokka sapuna. Bazikament waqt il-process taz-zjut tuza goggles u ingwanti ghall-protezzjoni. Dan il-process jiehu madwar erba’ gimghat sabiex tinxef u tghaqqad it-tahlita u finalment issir is-sapuna”.


Dwar il-melt and pour process, Doriette spjegatli li jkollha bzonn bazi ta’ glicerina vegetali maghmula fi blokka u din tigi mdewwba u wara mizjuda bi ftit zjut naturali.  Wara titfa’ fil-forma tas-sapuna li tkun tixtieq, u wara saghtejn tista’ tghid li s-sapuna tkun lesta.


Spjegatli fuq fuq ukoll dwar il-hot process, fejn qaltli li dan il-process huwa simili ghall-cold process.  “Issahhan l-ingredjenti fuq in-nar fuq borma ghal t’apposta u bis-shana stess l-ilma jevapora malajr u s-sapuna ssir fi zmien ta’ bejn gimghatejn jew tlett gimghat”.


Kompliet tghidli li t-tip ta’ sapun li taghmel hi jkunu differenti minn dawk li nsibu lesti mill-hwienet.  Il-varjetà tinhass ukoll fuq il-gilda ta’ min juzhom, filwaqt li d-differenza hija li dawk li taghmel Doriette jkunu maghmula minn ingredjenti naturali, u dawk li nsibu mill-hwienet  ikunu maghmula minn detergenti.

Ridtha taqsam mieghi u mieghek, l-vantaggi li persuna bhalha jkollha meta tkun taf taghmel dawn it-tip ta’ sapun.  “Bla dubju r-raguni ewlenija hija li qed inzomm ‘il boghod mill-kimika, u minnflok qed nuza prodotti naturali.  Anke ghat-tifel tieghi stess. Finalment inkun konxja ta’ x’qed nuza fuq il-gilda taghna stess”.

Doriette torganizza wkoll workshops ghal tfal u ommijiet, fejn tghallimhom jaghmlu bath bombs, home-made scrubs u foot soaks.  Ìeneralment dawn il-workshops isiru fid-djar taghhom stess jew jinkera post.

Regoli li jridu jigu segwiti

Xi haga interessanti li ziedet tghidli Doriette hija li bil-ligi fuq kull sapuna li tkun ser tbiegh, trid tikteb ezatt xi tkun uzajt bhala ingredjenti precizi, flimkien ukoll mad-dettalji personali taghha.  Fil-fatt stajt ninnota dan fuq sapuna partikolari li ghaddietli hi stess sabiex turuni.

Dan l-ahhar ukoll minhabba legizlazzjoni fl-Ewropa, m’ghadhomx jistghu jsiru sapun li ghandhom forma ta’ ikel u li jinxtamm bhal ikel. Interessanti imma li din il-legizlazzjoni tinsab biss f’Malt !! 

Madankollu, Doriette tuza l-immaginazzjoni taghha u tifforma sapun f’forom ohra fosthom ta’ angli, qubbajt, u fjuri fost hafna forom ohra.  Minbarra dan kollu, persuna li taghmel is-sapun bhal Doriette tehtieg li tirregistra mal-MSA (Malta Standards Authority).

Doriette sahhqet mieghi li persuni bhalha li jaghmlu s-sapun m’humiex tobba u qatt ma jistghu jghidu li ser ifejjqu lin-nies bil-prodotti taghhom, f’dan il-kaz sapun, hlief li jghinuhom sabiex itaffu xi problemi, izda qatt u qatt ma jiehdu post il-medicina.  B’hekk iddiskutejt dan il-fatt maghha f’aktar dettall.

“Qatt ma ltqajt ma problemi, imma xi whud minn nies jahsbu jew jippretendu li ser tfejjaqhom bis-sapun ta’ dan it-tip.  Proprjament jiena nghin u mhux infejjaq.  Billi nuza prodotti naturali fis-sapun tieghi, dan ma jfissirx li l-ingredjenti ser jaqblu ma’ kulhadd”, sahhqet tghidli Doriette.

Finalment il-messagg ta’ Doriette kien li huwa tajjeb li dak li jkun jiehu hsieb lill-gilda tieghu bi prodotti naturali.  Minbarra hekk, qaltli li tixtieq li tkun involuta f’aktar attivitajiet annwali li normalment jorganizaw l-irhula madwar Malta.

“Dan l-ahhar kont qed nkun mistiedna nattendi fi stands ‘l hemm u ‘l hawn u nhoss li din hija importanti hafna, sabiex haddiehor ikun jaf b’dawn il-prodotti u fuq kollox dwar il-beneficcji li kapaci joffru”, temmet tghidli Doriette.

Scroll to top