“Tidhol x’hin tidhol id-dar, dejjem se tisma’ xi muzika ghaddejja”

Ramona Portelli ltaqghet ma’ DOROTHY BEZZINA, kantanta zaghzugha li hadet sehem f’bosta attivitajiet kulturali importanti fil-gzejjer Maltin. Titkellem dwar il-passjoni taghha u tal-familja taghha ghall-muzika. Ghazilt li nintervista lill-kantanta Dorothy Bezzina ghall-fatt li qatt ma tkellimt maghha dwar il-karriera taghha fil-kant, kif ukoll ghax kelli proprju ghazla wahda sabiex naghzel kantant jew kantanta li ser ikunu qed ikantaw waqt Sliema Light Orchestra in Concert.
L-ghazla tieghi waqghet fuq Dorothy u ma ddispjacinix, ghax tant kien hemm fuq xhiex nitkellmu li l-pagna tieghi setghet timtela b’mod facli b’affarijiet interessanti dwarha.
Dorothy ghandha 24 sena, toqghod il-Qrendi u ilha f’relazzjoni mal-guvni taghha ghal dawn l-ahhar seba’ snin. Ghad m’ghandiex il-licenzja tal-karozza, allura ssibha ta’ spiss tuza l-mezzi tat-transport pubbliku. Il-passatempi taghha apparti l-kant jinkludu l-fotografija, muzika, ghawm u l-mixi.
Tiddeskrivi lilha nnifisha bhala persuna impenjata hafna, kalma u organizzata. Thobb tahseb u tirrifletti hafna, specjalment meta ssib ruhha tigri minn post ghall-iehor fuq tal-linja.
“Jiena l-kbira fost sebat ahwa u flimkien kbirna f’ambjent muzikali. Ghalhekk, l-imhab-ba taghna lejn il-muzika zviluppat b’mod naturali fina. Kulhadd fil-familja jdoqq xi strument. Min pjanu, vjolin, kitarra, accordion u drums u kollha nkantaw. Tidhol x’hin tidhol id-dar dejjem ser issib xi tip ta’ muzika ghaddejja,” bdiet tghid Dorothy.
Staqsejtha xi tkun ghaliha l-hajja minghajr muzika, u b’mod spontanju wegbitni, “Il-muzika hija hajti u anke ghax kbirt f’ambjent muzikali. Anke nhares lejn videos ta’ meta kont izghar, dejjem kont issibni nkanta. B’hekk nghidlek li l-muzika hija essenzjali f’hajti.”
Apparti d-daqq u l-kant, Dorothy ghandha ghal qalbha hafna t-teatru u l-musicals. Fil-fatt minn ta’ età zghira bdiet tiehu sehem f’diversi musicals. “Madankollu, l-kant jibqa’ l-aktar ghal qalbi, u aktar minn hekk, inhobb nesperimenta hafna bl-armonija, l-aktar ma’ huti. Kuntenta hafna li nifforma parti minn Animae Gospel Choir. Ma nistax ma nsemmix lill-Voices, li ilni niehu sehem fih kull sentejn bhala solista mill-2006, Rockestra taht it-tmexxija ta’ Mro. Sigmund Mifsud, flimkien ma’ diversi kuncerti ohra li ppartecipajt fihom matul is-snin.
Apparti minn hekk, hadt sehem ukoll f’festivals hawn Malta, fosthom il-Eurosong ghal dawn l-ahhar sentejn u anke l-Konkors Indipendenza ghal dawn l-ahhar tlett snin.”
Apparti l-impenji bil-kant, Dorothy bhalissa qed tghallem wkoll il-Masquerade Theatre Arts School, lil tfal ta’ diversi etajiet, u anke taghmel xi xoghol ta’ traduzzjoni. Fil-fatt tiddeskrivi lilha nnifisha bhala persuna li ghandha ftit hin ghall-hin liberu, ghall-fatt li dejjem issibha tigri minn haga ghal ohra.
B’hekk staqsejtha kif thossha meta forsi jkollha certu zmien tas-sena li tkun inqas impenjata.
“Mumenti kwieti fuqi jkunu matul is-sajf, peress li f’dawn ix-xhur ix-xoghol bhal donnu jonqos, u nammetti li nhossni xi naqra guilty. Qed nghid guilty, ghax ma nkun qed naghmel xejn li jzommni ghaddejja bir-rutina mghaggla tas-soltu, izda nammetti li jkun essenzjali wkoll,” ziedet ghidli Dorothy.
Ma tixba qatt tistudja
Bhalissa Dorothy qedgha taghmel it-tielet kors taghha fl-Università ta’ Malta, wara li ggradwat b’BA fil-Malti u fl-Ingliz, u sena wara bhala interpretu mill-istess Università. Issa qed tistudja biex issir ghalliema tal-Malti u qieghda wkoll taghmel l-MA fl-Ingliz permezz ta’ scholarship mal-Università ta’ Nottingham.
“Ma niddejjaq xejn nistudja. Id-dar imdawwra bil-familjari jistudjaw ukoll, anke ommi, b’hekk insib inkoraggiment qawwi minnhom. Barra minn hekk inhobb naggorna ruhi bl-istudju u fuq kollox inhobb nghix hajja ta’ studenta. Il-fatt li nkun studenta ma rridx inhallih,” tbissmet tghidli Dorothy.
Sliema Light Orchestra in Concert
Tkellimt ma’ Dorothy dwar Sliema Light Orchestra in Concert li ser ikun qed jigi organizzat mis-Sliema Philhar-monic Society taht it-tmexxija tas-Surmast Sigmund Mifsud.
Dan il-kuncert ser ikun qed jittella’ b’kuncett differenti mis-soltu minhabba li ser ikun qed jinkludi formazzjoni ta’ banda differenti ghal wahda light orchestra.
“Din is-sena ser inkun wahda mill-kantanti li ser ikantaw waqt dan il-kuncert. Fil-fatt ser ikunu qed jippartecipaw mieghi Mark Spiteri, Mikaela, Justin Galea, Vittorio Gauci u Ryan, kif ukoll children’s choir immexxi mis-soprano Gillian Attard.
Il-muzika nkluza waqt dan il-kuncert ser tkun zgur wahda popolari bhal muzika minn Gladiator, Beatles, James Brown, Robbie Williams u Abba fost muzika ohra,” infurmatni Dorothy, filwaqt li ziedet tghidli li l-vibe ghal dan il-kuncert hija wahda pozittiva u ghal qalbha hafna.
Ghal dawk li jinteresshom jattendu, Sliema Light Orchestra in Concert ser ikun qed jittella’ fid-19 u 20 ta’ Frar li gej fl-Università ta’ Malta.
Biljetti jistghu jinxtraw ghal donazzjoni ta’ €10 u jistghu jinkisbu minn fuq in-numru 9944 3460.
Lejn l-ahhar tal-intervista, staqsejt lil Dorothy xi jdejjaqha mill-hajja b’mod in generali. Fil-fatt ma damitx wisq biex wegbitni u nfurmatni li apparti l-ipokrezija u n-nuqqas ta’ sensittività, idejjaqha hafna d-dagha, tant li ma tistax ghalih.
Dwar jekk ghamlitx xi rizoluzzjoni ghas-sena gdida li ghadna kif bdejna ftit gimghat ilu, Dorothy infurmatni li qed tipprova zzomm aktar mal-hin fejn jidhlu appuntamenti. Milli jidher verament qed izzomm ma’ din ir-rizoluzzjoni ghax nista’ nikkonferma jiena stess li ghal din l-intervista mieghi waslet fuq il-post miftiehem precizament fil-hin!!
Din l-intervista saret f’The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.
Recent Comments