L-unika beatboxer Maltija fuq livell internazzjonali – Ramona Portelli Blog

L-unika beatboxer Maltija fuq livell internazzjonali

Nghid id-dritt gieli kont smajt bil-beatboxing, izda qatt ghadni ma kont iltqajt ma’ Maltin li jafu jaghmluh.Kellu jkun habib antik tieghi – Pierre Cachia li waqt li konna qed nitkellmu, ssuggerili li nintervista lil DANA McKEON.Dana minbarra li hija kantanta hija wkoll beatboxer.B’hekk interessajt ruhi li nkun naf aktar dwarha u fuq kollox dwar dan il-famuz beatboxing.

Beatboxer ifisser meta persuna tkun kapaci tohloq rittmi u beats permezz tax-xufftejn, l-ilsien, il-grizmejn ecc u gieli jidhlu kliem u anke kant fl-istess hin, sabiex tinholoq forma ta’ muzika.

Din l-arti ghadha mhix tant maghrufa hafna hawn Malta, u s’issa Dana McKeon hija l-unika tfajla beatboxer f’pajjizna, kif ukoll l-unika beatboxer Maltija fuq il-mappa internazzjonali tal-beatbox.

Ftit gimghat ilu iffirmat kuntratt mal-aqwa Beatbox Book-ing Agency fl-Ewropa. Barra minn hekk intghazlet ukoll biex tirrapprezenta lil Malta fil-Beatbox World Championships li ser isiru f’Marzu 2012 f’Berlin.

Hekk kif ikkuntattjajt lil Dana dehret entuzjasta li ssir din l-intervista maghha. Waslet il-gurnata li niltaqghu, u fil-fatt iltqajt ma’ Dana f’hanut tax-xorb rilassat f’Bugibba. Nis-kopri li Dana hija tfajla intelligenti, saqajha mal-art u mhix imkabbra xejn – precizament tipikament ta’ persuna kif nammira jiena!

Dana McKeon ghandha 22 sena u toqghod in-Naxxar. Ghadha kif gradwat bhala physiotherapist, izda ghadha mhix tahdem fuq din il-linja.

L-izvog taghha huma l-muzika, kant, daqq tal-kitarra, u l-basketball – fejn anke kienet tilghab mal-Juniors tan-Nazzjonal Malti. Tiddeskrivi lilha nnifisha bhala kreattiva, passjonali u versatili.

Kelli dubju jekk Dana Mc-Keon hux isimha proprja jew stage-name. Fil-fatt ikkonfermatli li huwa isimha komplut – originali ghall-ahhar!!

Ma kinitx taf x’inhu beatboxing

Minbarra li Dana hija beatboxer, hija wkoll kantanta u anke ddoqq il-kitarra fost strumenti ohra. Xtaqtha telabora aktar dwar il-beatboxing. Bdiet tirrakkontali kif bdiet din l-avventura taghha tal-beatboxing, fejn b’sorpriza skoprejt li l-anqas biss kellha idea tieghu.

“Propjament l-anqas biss kont naf x’inhu beatboxing. Skoprejtu sentejn ilu. Dak kont nistudja l-muzika u taf inti tibda thoss il-beat u jiena kont nuza t-tisbit b’idejja mal-beats. Aktar tard bdejt nuza halqi mal-beats, u kont qed nifforma beatboxing bla ma kont naf. Infatti l-anqas kont nohlom li jezisti. Fittxejt fuqu fl-internet appena skoprejt ismu u maz-zmien bdejt nizviluppah aktar,” bdiet tghidli Dana.

Permezz ta’ Dana, sirt naf li jezistu tipi diversi ta’ beatboxing – dak li jikkonsisti f’beats biss, beats bil-kliem, u beats bil-kant fost ohrajn ghax tant huwa versatili li hemm varjetà shiha. Ta’ min jghid ukoll li Dana ma tghallmet imkien, hlief bil-prattika taghha stess.

Ghall-bidu kienet tisthi ssemma lilha nnifisha lil haddiehor, u tant hu hekk li kienet taghmel il-beatboxing quddiem shabha stess f’xi kamra ghalihom biss.

Min-naha taghha, Dana tixtieq li l-Maltin isiru jafu aktar bil-beatboxing. “Nofs Malta ma tantx taf bil-beatboxing. F’kull performance li naghti nipprova ndahhal xi ftit tal-beatboxing biex fl-istess hin inxerred it-taghlim dwaru. Gieli ssib min ma jemminx li dak inkun jiena stess, ghax jahsbuhom strumenti ta’ vera,” qaltli Dana.

Tkanta ma’ Bruno Mars b’kumbinazzjoni

Minn xi informazzjoni li kont ksibt qabel ma’ ltqajt ma’ Dana, sirt naf li kellha l-opportunità li taghmel ftit beatboxing mal-kantant famuz Bruno Mars fi Stockholm. B’hekk hallejt f’idejha sabiex tirrakkontali aktar fid-dettall din l-avventura taghha.

“Proprjament kont attendejt kuncert tieghu fi Stockholm. Niftakar shabi kienu qaluli biex nuri lil Bruno Mars il-beatboxing li naf naghmel jiena. Minn hawn u minn hemm ippuntajt li nitla’ backstage hekk kif spicca l-kuncert u dhalt bla problemi. L-ewwel iltqajt mal-band tieghu u wara l-bodyguard tieghu ntoducini ma’ Bruno Mars. Hemmhekk fil-backstage kelli l-opportunità li naghmel silta minn beatboxing ghalih. Staqsini dwar Malta u anke qalli li kienet l-ewwel darba tieghu li sema beatboxing live”, tbissmet tghidli Dana.

Ridt inkun naf jekk ghall-beatboxing tintuzax xi teknika jew koncentrazzjoni specjali. “Nitkellem ghalija personali, jiena nhossha fija u rigward koncentrazzjoni fil-kaz tieghi ma nuza l-ebda sforz ghax hija naturali fija,” tbissmet tghidli Dana.

Fl-ahharnett, Dana tixtieq li tara aktar gharfien dwar beatboxing f’Malta. Ghalkemm bhalissa qed tgawdi minn certu kuntatti unici minhabba li hija l-unika tfajla beatboxer f’Malta, u allura jkollha hafna stediniet ’l hawn u ’l hemm, xorta tixtieq li jkollha xi tip ta’ sfidi ohra f’Malta stess. Anke tixtieq li tinholoq xi komunità tal-beatboxing f’Malta.

Min jaf forsi l-beatboxing jibda jiehu spinta qawwija aktar fix-xena muzikali lokali!!!

Scroll to top