Dejjem bi sfidi godda lesti ghaliha

Zgur li l-personalità li tkellimt maghha llum hija wicc familjari mat-telespettaturi li jsegwu t-televizjoni lokali.  Qed nirreferi ghall-gurnalista u prezentatrici Norma Saliba. Iltqajt ma’ Norma go post kwiet ghal tazza nbid fir-Rabat u hemmhekk iddiskutejt maghha diversi aspetti tal-hajja, fosthom anke dwar il-karriera tagh-ha li ghenitha tasal sa fejn irnexxilha tasal illum.

Norma ghandha tletin sena u tinsab f’relazzjoni ma’ Manuel Micallef, fejn flimkien mal-uniku tifel taghhom – Matyas jghixu  s-Siggiewi.  Norma tiddeskrivi lilha nnifisha bhala persuna dedikata, perfezzjonista, sensittiva, generuza u solidali.


Bdejt nitkellem maghha dwar il-bidu tal-karriera taghha fil-gurnalizmu.  Fil-fatt sirt naf li Norma bdiet fil-gurnalizmu meta kellha 16-il sena.  “Kont bdejt fl-isports naghmel xi intervisti fil-programm tal-papà tieghi Mario Saliba, li huwa gurnalista sportiv veteran.  Minn hemm ’il quddiem komplejt niehu sehem f’iktar programmi sportivi, ipprezentajt u pproducejt programm tieghi, kif ukoll kont nirrapporta u naqra l-ahbarijiet sportivi fuq ONE.

Domt xi sitt snin infatti naghmel dan it-tip ta’ xoghol, fl-istess waqt li kont nistudja l-Junior College u l-Università.  Imbaghad daqs seba’ snin ilu kont dhalt gurnalista mal-PBS, fejn kont ukoll nipproduci programmi ta’ grajjiet kurrenti u anke Montage li bih irbaht unur fil-aqwa programm lifestyle fit-TV Awards.

Kont ukoll qarrejja tal-ahbarijiet fuq TVM u Radju Malta.  Ftit inqas minn tlett snin ilu gejt avvicinata biex nibni kamra tal-ahbarijiet f’Favourite Channel, fejn kont responsabbli mhux biss mill-kontenut, izda wkoll mit-tahrig tal-gurnalisti u l-qarrejja tal-ahbarijiet, xoghol amministrattiv u anke nvoluta f’xi programmi ta’ grajjiet kurrenti”, bdiet tirrakkontali Norma dwar l-avventuri taghha fil-qasam gurnalistiku.

Waqt din l-intervista stess, sirt naf kemm in-nuqqas ta’ rispett, persuni li juru wicc b’iehor, il-gideb u d-dilettantizmu huma kollha affarijiet li jdejjqu lil Norma mill-hajja ingenerali.  Qlibt id-diskors u bdejt inkellimha dwar hajjitha privatament.  Kont naf li Norma kienet saret omm t’età pjuttost zghira. B’hekk xtaqtha taqsam din l-esperjenza.

“Sirt omm meta kelli 22 sena, izda jkollok kemm ikollok età, meta ssir omm, it-tfal bla ma trid izommuk zaghzugha u kultant trid izzomm f’mohhok il-mentalità li jahsbu biha t-tfal biex tifhimhom.

Kull mara tixtieq li mill-inqas darba f’hajjitha tesperjenza li ssir omm ghax minkejja l-isfidi li jghaddu minnhom il-genituri, hija l-isbah haga li jista’ jgarrab il-bniedem, li jara demmu jitrabba u jikber fazi wara l-ohra bi tragwardi differenti u sodisfacenti,” sahqet mieghi Norma.

Kudos fuq One TV

Bhalissa Norma ghalkemm hija wieqfa mix-xoghol full-time taghha, hija impenjata bil-preparamenti tal-programm gdid taghha.  Fil-fatt, mill-4 ta’ Lulju li gej, Norma ser tkun qed tipprezenta           programm gdid fuq ONE TV bl-isem Kudos.

B’hekk iddiskutejt maghha l-ghan tal-istess programm u anke l-ewwel tema li ser tkun qed tiddiskuti flimkien mal-mistiedna waqt l-ewwel programm taghha.

“Kudos ser jibda jixxandar kull nhar ta’ Tnejn ghall-habta tas-18.30, qabel ONE News.  Huwa programm gurnalistiku, bi stil frisk u innovattiv, li jirrifletti l-burdata sajfija.  Ser tkun sensiela li kull gimgha tittratta suggett kurrenti, mistharreg bir-reqqa, b’ghadd ta’ taghrif u numru ta’ mistednin, kif ukoll qed nistenna sehem attiv mit-telespettaturi kemm bl-sms, kif ukoll permezz tas-siti tas-social networking halli d-diskussjoni tkompli anke oltre mill-programm,” spjegatli Norma.

Minn informazzjoni li rnexxieli nikseb qabel ma ltqajt maghha ghal din l-intervista, sirt naf li fl-ewwel programm taghha, it-tema diskussa ser tkun dwar id-donazzjoni tal-organi. Fil-fatt infurmatni li Kudos ser jaghti spazju lil nies li kisbu xi haga f’hajjithom u wiehed mill-iktar gesti nobbli li jista’ jaghmel il-bniedem huwa li jara lil haddiehor jghix b’rihtu, anke jekk ma jkunx qarib tieghu.

“Il-generozità u s-solidarjetà mal-proxxmu huma valuri nobbli u tapprezzahom iktar f’mumenti meta ggarrab diffikultajiet f’hajjtek.  Il-hajja hija prezzjuza u kultant b’semplici donazzjoni finanzjarja ma ssalvahiex.  Huwa ghalhekk li jehtieg iktar kuxjenza dwar id-donazzjoni tal-organi u l-ghoti tad-demm, biex f’mumenti krucjali b’mezzi li ma jiswewx flus, jistghu jfissru hajja jew mewt. Jiena nixtieq li meta mmut, jekk ikun possibbli l-organi tieghi jibqghu jghixu f’haddiehor,” sostniet Norma.

Opinjonijiet ta’ Norma

Nitkellem ma’ Norma dwar l-opinjoni taghha dwar it-tattoos u anke dwar id-differenza tal-età fl-imhabba.  Fil-fatt ikkonfermatli li hi stess m’ghandhiex tattoos, ghalkemm joghgbuha hafna fuq haddiehor.  “Madankollu joghgbuni t-tattoos fuq haddiehor f’ammont zghir, mhux min ikun litteralment impitter jew miksi tattoos”.

Dwar l-imhabba u d-differenzi fl-età, Norma sahqet li fl-opinjoni taghha ma tahsibx li l-imhabba ghandha konfini u limiti.  “L-importanti li l-koppja tkun kompatibbli, tirrispetta lil xulxin, tifhem u tikkomunika sew, u tkun relazzjoni miftuha.  Fattur iehor siewi ghal relazzjoni b’sahhitha huwa li qatt ma wiehed ghandu jigbed lejh biss, izda jahseb ukoll fil-parti l-ohra.  Kif jghidu ‘kull qalb trid ohra’ ghax ‘il-bniedem mhux mahluq biex jghix wahdu’”, sostniet Norma fl-opinjoni taghha.

Hawn min jara s-safar bhala hela ta’ hin u flus.  Ridt nara l-opinjoni personali ta’ Norma dwar is-safar. “Is-safar jiftahlek mohhok u orizzonti godda.  Jiena kelli l-vantagg li l-genituri tieghi minn mindu kont zghira kienu jehduni maghhom ghall-btala fis-sajf u nahseb li minn kull pajjiz li zort hadt xi haga minnu.

Izda meta bdejt nahdem, kelli c-cans li nsiefer b’xoghol, esperjenzi li jnebbhuk minn prattici u ideat godda, li jistghu jigu adottati lokalment.  Li kieku kellha tigini opportunità li nahdem barra minn Malta nehodha, basta ma nhallix lill-familja warajja, iktar u iktar meta ghandi t-tifel ghadu zghir u jiddependi hafna minni”.

Fuq l-istess nota, staqsejtha li jekk ikollha tghix f’pajjiz iehor, fejn ikun u ghal liema ragunijiet. Fil-fatt, ghalkemm digà ghexet din l-esperjenza u anke tatni possibbiltà ta’ liema pajjiz tippreferi, Norma sostniet li bhal Malta m’hawn imkien.

“Kelli c-cans li nghix ftit Londra, izda mmissjajt hafna l-klima, l-valuri u l-kultura Mediterranja.  Li kieku forsi nikkunsidra xi pajjiz iehor Mediterranju jkun Spanja, Franza jew l-Italja ghax ghandhom hafna aspetti simili ghal Malta u nahseb li m’humiex boghod biex meta tkun trid tirritorna pajjizek taqbad ajruplan malajr biex terga’ lura ghall-gheruq tieghek”.

Mis-safar, indawwar id-diskors dwar il-qari, u staqsejtha jekk kienx hemm xi ktieb partikolari u li forsi tirrikmanda minhabba l-fatt li kien halla xi impatt fuqha.  Fil-fatt wegbitni fil-pozittiv u qasmet mieghi s-sahha li halla dan il-ktieb partikolari fuqha.

“Iva, qrajt sensiela ta’ kotba dwar il-Principessa tas-Sawdi Gharabja, li kien tip ta’ bijografija b’episodji dettaljati u interessanti li ghaddiet minnhom.  Minbarra li tifhem iktar kulturi differenti kif jahsbuha, l-messagg kien li minkejja li kienet sinjura, l-principessa tghaddi mill-istess cirkustanzi bhala omm u mara, bl-istess bizghat, sfidi, u hsibijiet li jkollu kulhadd dwar it-tfal u s-sieheb taghhom.

Il-flus biss ma kienux jaghmluha kuntenta, u minkejja li ma kellha kull ma xtaqet fuq livell materjali, kienet vittma tal-kultura maskilista, in-nuqqas ta’ libertajiet civili, u r-restrizzjonijiet kbar bhala membru tal-familja rjali Sawdita, li ftit li xejn ihallulha spazju ghall-espressjoni hielsa u l-ghixien tal-hajja skont ir-realtajiet attwali tac-civiltà moderna.  Infatti l-fatt li harget tirrakkonta hajjitha fil-kotba, kien skandlu kbir ghal gensha”, irrakkontatli Norma.

Dwar jekk ghadhiex intiza fl-isports, Norma sostniet li dik hija passjoni u passatemp taghha li mhi ser imut qatt.  Kompliet tghidli li zzomm mal-Milan bhala tim tal-futbol, u t-timijiet nazzjonali tal-Italja u Spanja, izda joghgbuha tip ta’ sports ohra bhall-ghawn, il-Formula 1 u anke l-ginnastika.

“Infatti, l-ewwel sport li qatt ipprattikajt kien il-ginnastika, iktar tard kont nilghab il-basketball, izda dan l-ahhar iktar insib cans ghal xi girja jew mixja.”

Finalment stedint lil Norma tghaddi messagg lejn dawk l-istudenti li qed jaspiraw li jilhqu gurnalisti.

“Gurnalist irid ikollu passjoni ghax-xoghol tieghu.  Minghajrha ma jistax jifhem ezatt il-missjoni li ghandu u d-doveri li jistenna minnu t-telespettatur, is-semmiegh jew il-qarrej.

Importanti li jkollu gharfien sew tal-grajjiet kurrenti lokali u internazzjonali, li jkun inkwizittiv, u li ma jimponix il-valuri u l-principji tieghu fuq haddiehor.

Il-bilanc fl-istejjer huwa sagrosant, tant li kultant jiddeterminaw jekk gurnalist hux jaghmel xogholu sew jew le, ghax illum il-pubbliku m’ghadux jibla kollox, imma jrid l-informazzjoni li permezz taghha jifforma opinjoni hu u mhux haddiehor ghalih”, temmet tghidli Norma filwaqt li stiednet lill-qarrejja tal-KullHadd sabiex jirrispettaw lilhom infushom qabel ma jirrispettaw lil haddiehor, ghax jekk jemmnu fihom infushom ser jirnexxilhom jiksbu l-fiducja ta’ haddiehor u jaslu biex jirnexxu fil-hajja!!

Scroll to top