Boghod mill-ghajn, boghod mill-qalb? – Ramona Portelli Blog

Boghod mill-ghajn, boghod mill-qalb?

Il-personalità li tkellimt mieghu llum ma stajtx niltaqa’ wicc imb’wicc mieghu bhalma jigri s-soltu ma’ personalijiet ohra li nintervista. Dan ghaliex ghalkemm hu Malti – jghix fl-Ingilterra.  Però ma jfissirx li qatt ma ltqajt mieghu, ghax xi sena ilu kont iltqajt mieghu b’kumbinazzjoni waqt attività lokali u li dak iz-zmien kien inzerta qed fuq vaganza hawn Malta.

Ghal din l-intervista kellna ninqdew bl-internet.  Qed nirreferi ghal Toni Sant – maghruf ghal kemm jirsisti u jhobb il-muzika Maltija, kif ukoll ghal wiehed minn fost l-ewwel Maltin li beda jahdem bl-internet.

Fil-fatt  l-internet dahal f’Malta lejn nofs is-snin 90.  Ghall-ewwel l-access kien relattivament limitat hafna meta mqabbel ma’ dak li hawn illum.

Tista’ tghid li kien madwar ghaxar snin ilu li verament beda jaqbad f’Malta l-internet.  “Jien iddedikajt l-energija professjonali tieghi lil dan il-mezz gdid mill-1994 ’l hawn, meta tlaqt minn Malta ghal kollox.  Ghalkemm rajt l-internet ghall-ewwel darba bosta snin qabel, ma kellix l-opportunità nuzah u nahdem bih qabel ghaddew diversi snin u mort nghix barra,” beda jghidli Toni.

Fil-prezent, Toni jahdem bhala lecturer u direttur tar-ricerka fl-Università ta’ Hull fl-iskola tal-Arti u l-Media l-Gdida.  Jghix fi Scarborough, North Yorkshire fl-Ingilterra, ghandu 43 sena u huwa mizzewweg.  Bhala passatempi Toni jhobb it-tisjir u jsegwi films li m’humiex ta’ Hollywood ghall-fatt li jhobb affarjiet bazici imma wkoll dak li jwassluh biex ihares lejn il-hajja b’mod differenti.

Mitlub jiddeskrivi lilu nnifsu, Toni wegibni b’mod originali ghall-ahhar.  “Itwal minn ommi u missieri, imma izghar minnhom fl-età.  Inhossni Malti aktar minn hafna minn nies li jghixu f’Malta, imma mhux xi purist fejn tidhol il-kultura Maltija.  Kollox ghandu postu, anke jekk certu affarijiet inridhom ’l boghod kemm jista’ jkun minni.”

Ghal hafna Toni huwa maghruf li huwa fanatiku u li jirsisti filwaqt li ilu jipromovi l-muzika Maltija ghal tant snin.  Fil-fatt stqarr mieghi li missieru jdoqq il-kitarra u l-mandolina bl-udit. Ommu kienet titghallem il-pjanu meta kienet zaghzugha.  Allura Toni twieled fil-muzika avolja l-genituri tieghu mhumiex muzicisti fis-sens konvenzjonali tal-kelma.  Ridtu jelabora aktar dwar dan.

“Fl-iskola sekondarja kont sibt appogg kbir biex ninhabb aktar mal-muzika, u ghalhekk kien relattivament facli li nidhol fix-xena tal-muzika rock lokali fil-bidu tas-snin 80, avolja ma kienx hawn l-opportunitajiet ta’ recording u xandir li hawn illum.  Ftit tas-snin wara kont ghazilt il-karriera ta’ xandar professjonali, dak iz-zmien ma’ l-unika stazzjon li kellna fil-pajjiz, jigifieri Xandir Malta.

Hemmhekk, flimkien ma’ muzicist zaghazugh iehor jismu Mario Ellul, li sfortunatament miet fl-2004, kont naghmel kull ma nista’ biex naghtu spazju lill-muzicisti Maltin sew fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televizjoni.  Il-habib tieghi Alfie Fabri kien t’ispirazzjoni kbira ghalija f’dan il-qasam ukoll.”

Ghalkemm Toni jghix l-Ingilterra, xorta wahda baqa’ aggornat dwar il-muzika Maltija u fil-fatt ghadu jirsisti u jxandar permezz tal-internet.  Kif qalli huwa stess l-appogg ghax-xena tal-muzika Maltija llum mhux difficli daqs kemm kien fl-imghoddi minhabba l-aktar zewg ragunijiet.

“L-ewwel haga ovvja li hemm ferm aktar recordings u attività muzikali minn muzicisti Maltin f’Malta u barra.  It-tieni, u skont jien aktar importanti minn kollox, permezz tal-internet huwa possibbli li zzomm kuntatt ma’ nies boghod minnek kwazi ahjar milli tista’ taghmel ma’ nies li joqoghdu fit-triq tieghek stess.

Dawn iz-zewg fatturi, flimkien man-nuqqas ta’ varjetà muzikali ta’ veru fil-qasam tax-xandir Malti, wassal biex nibda nipproduci sensiela ta’ xandiriet fuq l-internet bl-isem ta’ Muzika Mod Iehor mill-2005 ’l hawn,” spjegali b’mod dettaljat Toni.

Progett gdid

Dan l-ahhar Toni ntroduca progett gdid ghall-Malta, fejn giet introdotta pagna elettronika imsejjha www.m3p.com.mt   Xtaqt inkun naf dwar l-idea u l-iskop wara din is-sit elettroniku, allura hallejt f’idejh sabiex jispjegali fi kliemu.

“F’Malta m’ghandniex arkivju komprensiv tal-muzika.  Anqas m’ghandna arkivji tax-xandir Malti, anke jekk sar xi ftit tal-progress f’dan il-qasam fl-ahhar snin.  Jiena ili snin twal inhoss dan in-nuqqas kbir u kien ghalhekk li ddecidejt li niddedika hini u hafna minn dak li tghallimt barra minn Malta mill-1994 ’l hawn biex tissawwar forma ta’ strategija holistika li tindirizza dan in-nuqqas fil-qasam tal-wirt kulturali taghna.

“Fil-verità ili nfassal dak li issa bdejna nsejhu l-M3P sa mill-2005 meta bdejt nipproxdi sensiela ta’ poddati (xandiriet fuq l-internet) bl-isem ta’ Muzika Mod Iehor fuq www.ToniSant.-com.  F’din is-sensiela jiena kull gimgha nigbor taghrif dwar materjal li nsib fuq l-internet dwar il-muzika Maltija ta’ dan iz-zmien, imma spiss ukoll niltaqa’ ma’ xi affarijiet li huma wkoll ta’ zminijiet ohra.  Dan issa qed imur ukoll fuq www.m3p.com.mt,” spjegali Toni.

Kompla jghidli li l-iskop tal-M3P huwa li kull xoghol muzikali, artistiku, kulturali u dak kollu li ghandu x’jaqsam ma’ dawn l-affarijiet jinzamm tifkira tieghu f’dan l-arkivju.

Dan mhux bi skop ta’ nost-algija imma bil-ghan li jkollhom arkivju sostanzjali tal-kultura taghna, l-istess kif ghandhom il-bicca kbira tal-pajjizi zviluppati l-ohra madwar id-dinja.  “Tajjeb inzid li m’hemm assolutament xejn li mhux loku fl-M3P.  Kull zmien, kull generu, kull stil, kull livell ta’ kompetenza – dan progett kompletament inklussiv,” zied jghidli Toni.

Zied jghidli li f’dan l-istadju l-progett qed jahdem permezz ta’ wiki, li huwa tip ta’ sit li fiha facilment jikteb kulhadd.  “L-aktar wiki maghruf bla dubju huwa l-Wikipedia.  Dan ma jahdimx b’mod differenti wisq minn nghidu ahna l-Facebook, però d-differenza essenzjali hawn hija li kulhadd jista’ jeditja l-pagni kollha u mhux biss il-pagni tieghu. Mill-aspett tek-niku, l-progett ghadu fil-bidu.

“Hemm bzonn hafna hsieb u xoghol biex inkunu certi li qed nibnu xi haga li ma tiskadix wara ftit tas-snin.  Biex isir dan, digà hemm imsieheb f’dan il-progett id-Dipartiment tal-Inginerija tal-Komunikazzjoni u l-Kompjuters fl-Università ta’ Malta, fejn il-pjanijiet ta’ ricerka teknika mmexxija mill-Ing. Dr Saviour Zammit huma strumentali ghal dan l-ghan.

“Fuq il-wiki hemm l-ewwel taghrif baziku dwar il-progett, kif ukoll bdejna nigbru l-ewwel materjal min-nies involuti direttament fil-progett.  Issa proprju biex aktar nies isiru jafu b’M3P u jsiru jafu kif jistghu jikkontribwixxu ghal dan il-progett kollaborattiv qed inhejju aktar attivitajiet ghall-2011, bl-ghajnuna tal-Kunsill Malti ghall-Arti u l-Kultura.  Ix-xoghol fuq din il-konferenza ghaddej digà flimkien mal-kollaboraturi taghna fl-Università ta’ Malta, l-Arkivji Nazzjonali u c-Centru tal-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Gakbu biex inwasslu konferenza fil-bidu ta’ Gunju 2011,” kompla jaggornani Toni.

Finalment, Toni sahaq mieghi li M3P huwa progett kollaborattiv u ghalkemm hu stess huwa l-fundatur tal-progett hemm diversi nies ohra li jmexxu l-progett li issa huwa ukoll imhaddem mill-M3P Found-ation, ghaqda voluntarja li tinkludi diversi membri, u li hija miftuha ghal kull min irid jippartecipa.  Il-progett kien varat formalment waqt in-Notte Bianca f’Settembru li ghadda u minn dakinhar ’l hawn digà kellhom aktar minn mitejn kontribuzzjoni.

“It-tama tieghi hija li sew il-pubbliku u sew il-Gvern Malti jaghrfu kemm hu krucjali dan it-tip ta’ xoghol fuq il-wirt kulturali taghna, u jappoggjawh b’kull mod li jistghu,” temm jghidli Toni Sant.

Scroll to top