L-immaginazzjoni twasslu ghal dak li jpingi
Il-personalità li tkellem mieghi llum kien hu stess li avvicinani, ghax xtaq jaqsam l-esperjenza tieghu bhala artist, kif ukoll xtaq jghaddi messagg lil kull min jista’ japprezza l-arti. Chris Zarb ghandu 37 sena, mizzewweg u missier ta’ zewgt itfal. Joqghod il-Mosta u jahdem bhala programmer ma’ kumpannija tal-IT. Il-pittura hija ghal qalbu hafna u warajha jigu l-arti ingenerali u anke dik digitali. Ihobb ukoll jisma’ l-muzika, jaqra, jilghab il-futbol, jara diversi films u anke video games.
Isostni li huwa persuna determinata u ma jaqta’ qalbu minn xejn. “Nemmen fija nnifsi u perfezzjonist, però dejjem zammejt saqajja mal-art. Inhobb insib passatempi differenti u godda,” beda jghidli dwaru Chris hekk kif iltqajna f’hanut tax-xorb fil-Mosta.
Bdejt inkellmu dwar diversi aspetti, fosthom sabiex jispecifikali dwar jekk jissejjahx artist jew pittur. “Jekk jien nissejjahx artist jew pittur ma tantx taghmilli differenza. Fl-opinjoni tieghi l-artist huwa dak li jesprimi kreattività tieghu irrispettivament jekk jintoghgobx jew jekk hemmx suq ghax-xoghol li jipproduci. Nemmen li l-arti trid tkun talent go fik.”
Chris b’wiccu minn quddiem jghid li l-istil ta’ pittura tieghu huwa uniku u mhux tas-soltu. Ghalkemm tajt titwila lejn l-arti tieghu, ridt nisma’ spjegazzjoni minn ghandu fuq liema bazi u modi jaghmlu l-arti tieghu unici minn ta’ haddiehor.
“Minhabba l-fatt li tghallimt wahdi, dan wassal biex ix-xoghol tieghi ma jkollux influwenzi esterni. L-ikbar fattur li x-xoghol tieghi huwa pjuttost uniku, huwa fatt li jien inpingi dak li nhoss u li nimmagina u mhux dak li nara madwari.
Fix-xoghol tieghi jien immur ’il boghod mill-arti tradizzjonali Maltija u naghzel numru limitat ta’ kuluri u pjuttost oskuri milli l-kuluri qawwija li tant ahna mdorrijin bihom. Naghti enfasi kbira fuq l-emozzjonijiet u l-espressjoni tas-suggetti li npingi. Niddeskrivi x-xoghol tieghi bhala vjagg lejn il-parti profonda tar-ruh, b’figuri pjuttost melankonici bil-gwienah li jirrapprezentaw il-vjagg mixtieq lejn il-perfezzjoni, b’element gotiku u b’atmosfera drammatika,” spjegali fid-dettall Chris.
Ta’ min jghid li fl-arti tieghu Chris jinkorpora dak li jhoss, li esperjenza, li jimmagina u dak kollu li jaffaxinah u li jhassbu. Kompla jghidli li fl-arti tieghu jaghmel referenzi ghal diversi temi mitologici, religjuzi u ohrajn immaginarji. Tista’ tghid li kwazi f’kull pittura li johloq, wiehed jista’ jsib u jesperjenza diversi konflitti, sitwazzjonijiet li jqanqlu u ohrajn li jgaghlu bniedem jirrifletti sew fuq hajtu u fuq ruhu.
The Weight of Emptiness
‘The Weight of Emptiness’ ser tkun ir-raba’ esebizzjoni tieghu li ser tinfetah fil-11 ta’ Gunju u tibqa’ miftuha sal-25 ta’ Gunju 2011. Din ser tittella’ gewwa r-Razzett tal-Markiz Mallia Tabone, Centre for National Culture, Wied il-Ghasel, Mosta. Din il-wirja ser tkun tikkonsisti f’ghoxrin bicca xoghol tal-arti, fejn Chris ikompli jmur ’il boghod mill-arti tradizzjonali Maltija u jkompli jesplora dinja vizjonarja. Fil-fatt Chris jaghti enfasi kbira fuq l-emozzjonijiet u l-espressjoni tas-suggetti li jpingi.
Mitlub jaqsam mieghi l-messagg li jrid iwassal minnha din il-wirja, Chris wegibni, “Il-vojt fil-qalb, fir-ruh, fil-bniedem u f’hajjitna bla dubju ta’ xejn huma toqol kbir u dan ma jintizinx fuq l-ebda mizien. Il-hajja mimlija b’affarijiet sbieh u koroh, wahda tikkumplimenta lil ohra u wahda ma tistax tezisti minghajr l-ohra. Kulhadd ikun jixtieq li ma jarax niket jew swidija f’hajjtu, imma jekk jitnehha n-niket mill-ezistenza taghna, l-ferh jitlef is-sinjifikat kollu tieghu.
Huwa dejjem ta’ sodisfazzjon meta ntella’ esibizzjoni, dan ghax nuri xoghol li jkun ilu ghaddej xhur u anke snin. Il-wirja li gejja forsi ghandha kemmxejn iktar sinjifikat ghar-raguni li l-wirja precedenti kienet saret hames snin ilu.
L-istil tieghi evolva mhux hazin minn dak iz-zmien ‘l hawn, sew mil-lat ta’ teknika u sew min-naha tal-interpretazzjoni. Fi ftit kliem din ser tkun iktar mistennija mill-wirjiet precedenti tieghi”.
Chris kompla jelabora aktar dwar il-kontenut ta’ din ir-raba’ esebizzjoni tieghu. Fil-fatt infurmani li ghall-maggoranza tal-pitturi li ser ikunu mtellghin ghall-wirja, uza dawk il-kuluri li jissejhu earth colours li jinkludu raw sienna, burnt sienna, raw umber, burnt amber u yellow ochre.
“Dawn il-kuluri jaghtu dehra kemm xejn oskura u dan jirrifletti sens u l-hsieb tal-pitturi tieghi, fejn kull pittura hija vjagg lejn il-parti mudlama ta’ ruh. Min-naha l-ohra fl-istess hin dawn il-kuluri jaghtu dehra naturali u sens ta’ hajja lill-pittura,” sahaq mieghi Chris.
Lil Chris staqsejtu b’liema mod izomm ruhu attiv u aggornat fl-arti. “L-iktar mod li nzomm ruhi attiv huwa bla dubju ta’ xejn li dejjem irrid niddedika certu ammont ta’ hin ghall-arti. Minn meta tellajt l-ewwel wirja solo tieghi fl-2005, ma haristx lura u f’dawn l-ahhar snin hadt sehem ukoll f’numru sostanzjali ta’ wirjiet kollettivi”.
Ghal Chris l-ikbar sodisfazzjon li ttih l-arti hija l-kreazzjoni minnha nnifisha, li mill-vojt tat-tila, jkun irnexxielu johloq dak li jkun hass u immagina u jara kompozizzjoni ta’ kuluri thares lejh daqs li kieku kienet hajja.
Mistoqsi dwar jekk izejjinx id-dar tieghu bl-arti tieghu stess, Chris wegibni precizament hekk, “Il-kelma zzejjen ma nhossx li hija addattata f’dan il-kuncett. L-arti mhix xi ornament u wiehed irid jaghmel distinzjoni bejn tahlita statika ta’ kuluri li jaghtu dehra viziva biss u bejn espressjoni bil-kuluri li jirriflettu hsieb u jittrasmettu certu sens ta’ hajja,” fissirli Chris.
Fl-ahharnett tlabtu jaqsam mieghi u mal-qarrejja liema tip ta’ messaggi jixtieq li jittrasferixxi lejn kull min ser jattendi ghar-raba’ wirja tieghu. “Kull minn ser izur il-wirja tieghi u jara xoghol tieghi, mhux b’ghajnejh biss, imma bil-mohh, qalb u ruh, zgur li jibqaghlu sens ta’ hsieb u riflessjoni”, temm jghidli Chris.
Aktar informazzjoni wiehed jista’ jsibha fuq www.chriszarb.tk
Recent Comments