Kull esperjenza negattiva ghandha l-effett pozittiv

Xi drabi jigri li ghax naraw persuna liebsa certu hwejjeg, allura naqtghu l-karattru mill-istil ta’ lbies li tkun liebsa. Izda dan mhux bilfors jirrifletti dejjem il-karattru u l-istil ta’ dak li jkun. Fil-kaz tal-personalità tal-lum, is-soprano Ruth Sammut Casingena, normalment narawha fuq il-palk liebsa lbies elaborat, sofistikat u eleganti. Izda fil-hajja ta’ kuljum, sostniet li thobb tilbes hwejjeg li thossha komda fihom. Però kulhadd jifhem li bhalma ghal certu xoghol jirrikjedi li jintlibes certu lbies, ghandna nifhmu wkoll li persuna fil-hajja personali taghha ghandha tilbes dak kollu li thossha komda fih!!
Iltqajt ma’ Ruth fil-kafeterija tas-soltu f’Tas-Sliema. Inzertat gurnata xemxija, u b’hekk stajna ngawdu naqra xemx fl-atmosfera. Mal-ewwel laqatni fiha l-karattru dhuli taghha u l-mod ta’ kemm tidher persuna li taf tapprezza lil ta’ madwarha. Fil-fatt ghalkemm qatt ma kont iltqajt maghha qabel, mal-ewwel hassejtni komda nitkellem maghha.
Ruth ghandha 40 sena, hija single mother u fil-prezent tinsab f’relazzjoni. Hija omm ta’ tifel ta’ tmien snin u llum il-gurnata tghix f’Rahal Gdid, ghalkemm issostni li originarjament hija minn Birkirkara.
Peress li tispecjalizza f’hafna oqsma differenti tal-muzika, ghall-mument gejt f’diffikultà kif ghandi nindirizzaha, izda malajr ghenitni billi qaltli li tippreferi li dak li jkun jassocjaha bhala soprano. Qed nghid dan ghax minbarra hekk, Ruth hija wkoll ghalliema tal-muzika fejn tghallem il-vuci u l-pjanu fost ohrajn, tant li ilha tghallem ghal dawn l-ahhar 25 sena.
“Mhux int biss gralek hekk tinkwetax, ghax dak li jkun mhux l-ewwel darba li ma jkunx jaf x’se jsejjahli, ghalkemm jiena nispecjalizza l-aktar fil-vuci. Haga ohra wkoll hi li lill-istudenti tieghi nipprova nohrog it-talenti minn go fihom. Jekk ghandi studenta li giet tistudja l-vuci, però niskopri potenzjal iehor fiha, jiena stess ninkoraggiha ssahhah u titharreg fihom ukoll. Jien bniedma li nemmen li aktar mal-bniedem jevolvi ruhu, aktar ser ikun ahjar,” bdiet tghidli Ruth.
Staqsejtha jekk hux minn dejjem hadmet fil-qasam tal-muzika, u fil-fatt stqarret mieghi li kienet bdiet il-kors tal-ligi fejn damet biss tlett xhur. Kien proprju minhabba l-muzika li kellha tieqaf hesrem minn dan il-kors. Ghal xi zmien ukoll hadmet bhala announcer u producer fuq radju lokali, fejn kienet ukoll newscaster. Fil-prezent iddedikat hajjitha ghall-muzika biss. “Izda li kieku kelli naghzel xi professjoni, kont niddedika hini ghal-ligi jew psikologija jew alternative therapies,” stqarret mieghi.
Tragedja minhabba l-pjanu
Ruth tibda tirrakkontali grajja li sehhet tmintax-il sena ilu minhabba studju eccessiv tal-pjanu. Dispjacuta hafna tghidli li minbarra l-mewt ta’ missierha tmien snin ilu, kienet qabditha kundizzjoni msejjha RSI (repetitive strain injury). “Xorta ghadni ndoqq sal-gurnata tal-lum, però m’ghadnix nista’ nistudja tmintax-il siegha kuljum kif kont naghmel qabel,” qaltli ddispjacuta.
Kompliet tirrakkontali li dak iz-zmien kienet damet xi hames xhur ma tistax ddoqq il-pjanu. Aktar tard kellha tiffoka aktar fuq il-vuci, ghalkemm xorta maz-zmien baqghet tghallem il-pjanu, u allura qed ikollha tikkuntenta b’hekk.
Biex tohrog minn din l-hekk imsejjha ‘tragedja’, Ruth kellha bzonn hafna mistrieh u massaggi. “L-anqas nota wahda ma kont stajt indoqq, tant li ghamilt certu zmien irrabjata lejn il-pjanu. Gejt litteralment bil-kontra. Filli kont ma nghaddix minghajru, u l-istess pjanu kien ‘ittradini u weggani’, tant li ma stajtx inhares lejh aktar. Bhal meta bniedem iweggak u ma tkunx trid taf bih aktar, hekk ukoll grali jiena mal-pjanu li tant kont inhobb. Litteralment kien kissirni,” kompliet telabora mieghi Ruth.
“Illum il-gurnata wara dawn is-snin kollha, l-pjanu ndoqqu kwazi kuljum biex nghallem. Nista’ nghid li b’din id-disgrazzja li gratli, xorta kont ixxurtjata mod iehor, ghaliex esponejt talenti ohra tieghi bil-vuci, fid-drama, choir directing u bhala director u producer aktar tard. Allura, din l-esperjenza ghalija xorta gabet hafna frott maghha. Nemmen li kull esperjenza negattiva ghandha l-effett pozittiv wara kollox,” sostniet Ruth.
Komplejna nitkellmu dwarha u skoprejt fiha li hija tip ta’ persuna li ma thobbx tahli hin, ghalkemm minn naha l-ohra ma jfissirx li ma thobbx tirrilassa. “Mhux se ssibni regolari fuq xi sufan. Minix dak it-tip. Anke gieli nsib ruhi f’sitwazzjoni fejn ikolli xi tlett sighat libera. Nara x’naghmel kif ser nutilizzahom u nimlihom b’xi haga li nghid hadt xi haga minnhom.”
Ruth enfasizzat mieghi li hi ma tkantax biss stil klassiku, izda anke stili ohra. Temmen hafna fl-individwalità u tinsisti li hija persuna tal-pubbliku. “Ghalkemm hafna nies jafuni bhala performer fil-qasam klassiku, l-istil tieghi ivarja mill-opra, ghall-musical theatre, ukoll ghall-kanzunetti standard fil-qasam tal-entertainment.”
L-akbar successi fil-karriera taghha skont kif sostniet hi stess, kienu meta pproduciet u ddirigiet Journey u Journey Evolution – zewg shows ta’ tlett sighat li ttellghu matul l-2007 u l-2008 hawn Malta, fejn Ruth uriet ruhha bhala all round artist, u tat opportunità lil solisti u gruppi ohra. Il-kontenut ta’ dawn ix-shows kien ibbazat fuq l-istudji taghha ta’ hafna snin u l-kuncetti tematici artistici li tant temmen fihom.
Realtajiet li jaffaccjaw single mothers
Mill-muzika, qlibt is-suggett dwar realtajiet li niltaqghu ta’ kuljum maghhom. Fost ohrajn staqsejt lil Ruth jekk mill-esperjenza ta’ hajjitha tahsibx li ghad hawn stigma f’Malta mill-Maltin stess lejn kif iharsu lejn single mothers bhalha. B’mod l-aktar spontanju, Ruth wegbitni, “Iva, però mhux hafna ghadek issibha din l-istigma. Aktar nosserva atteggjamenti strambi min-naha tal-edukazzjoni. Lilna s-single mothers, certu edukaturi jahsbu li nittraskuraw lit-tfal taghna fl-edukazzjoni, b’mod specjali meta jaraw mara bhali b’xi karriera quddiemha.
Bl-ebda mod mara m’hi ha tarmi karriera li tant tkun ilha tistinka ghaliha, u tant iehor l-ebda mara m’hi ser tittraskura lil uliedha. Hafna mid-drabi dawn ikunu zbaljati, ghax nemmen li hemm hin ghal kollox. Haga ohra li nara li ghadna ftit lura fiha, hija li certu stabbilimenti tal-hwienet ma jahsbux ghal kids areas. Kemm il-darba nisa bhali jsibu diffikultà ma’ min ikunu jistghu jhallu t-tfal taghhom sakemm jaghmlu xi facenda jew qadja. Bl-ghajnuna ta’ aktar kids areas, inhoss li dawn il-problemi jonqsu hafna fis-socjetà lokali,” sahqet Ruth b’mod liberu.
Ghall-futur qarib, Ruth ghandha hsibijiet ta’ performances godda u anke kitba ta’ muzika gdida. “Sentejn ilu ktibt tnax-il kanzunetta li ezegwejt fil-Portugall u li bihsiebni nohrog album aktar ’il quddiem,” temmet tghidli Ruth.
Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Tas-Sliema.
Recent Comments