L-ahhar ktieb tieghu – The Iscariot Field

Din l-intervista tal-lum rat il-bidu taghha gewwa l-ajruport ta’ Frankfurt waqt zjara tieghi ghal ftit jiem.Hemmhekk avvicinani Joe Borg li huwa persuna vicin hafna ta’ Alfred Sant.Ipprezentali l-ahhar ktieb ta’ Alfred f’idejja, u hajjarni navvicinah ghal intervista.Nghid id-dritt hadt gost, apparti li kelli kumpanija tal-ktieb sabiex nghaddi l-hin waqt it-titjira lura Malta.
Lura Malta ghamilt il-kuntatti mehtiega ma’ Alfred Sant, fejn dan accetta mal-ewwel li niltaqghu u nitkellmu aktar fid-dettall. Iltqajt mieghu gewwa kafeterija gewwa Hat Attard u mal-ewwel bdejna niddiskutu u nitkellmu dwar diversi aspetti u fatti tal-hajja.
Alfred Sant jghix Birkirkara, u ghal qalbu ghandu l-qari, l-ivvjaggar, muzika klassika u kif ukoll jesplora fl-internet. Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala bniedem li jhobb jistaqsi specjalment dwar kif isiru l-affarijiet. Idejjqu hafna n-nuqqas ta’ ordni jigifieri d-dizordni.
Bdejt nitkellem mieghu dwar l-ahhar ktieb tieghu ‘The Iscariot Field’. Dan prattikament huwa traduzzjoni tal-ktieb tieghu stess bil-Malti – ‘L-Ghalqa tal-Iskarjota’. Deskritt bhala rumanz gdid bl-Ingliz ta’ Alfred Sant dwar drogi, korruzzjoni, sess, vampiri, wahx, dmija dahq u aktar dahq. Miktub fuq stil ta’ kummiedja sewda, b’tali mod li r-rumanz jaghti stampa panoramika tas-socjeta Maltija tal-lum.
“The Iscariot Field” fih naqra minn kollox, ftit wahx u minn naha l-ohra jirrakonta farsa. Kull min jaqrah ser isib esperjenza gdida. Hafna jahsbu li l-persuni li nsemmi fil-ktieb jirraprezentaw xi persuni li forsi jkunu jafuhom. Izda jien inkun qed nirraprezenta l-hajja ingenerali kif jghixu l-Maltin illum. Inzid nghid ukoll li din il-verzjoni tal-Ingliz hija kompletament gdida mill-verzjoni tal-Malti”, beda jghidli dwar il-ktieb.
Ir-rumanz ‘The Iscariot Field’ jigi l-hames rumanz miktub minn Alfred Sant li kien ghamel isem fis-snin sittin bl-ewwel rumanz tieghu ‘L-Ewwel Weraq tal-Bajtar’. Jinsab ghall-bejgh mill-hwienet kollha tal-kotba u anke hwienet ohra bil-prezz ta’ tnax il-ewros.
Politikant li jhobb il-letteratura
Matul is-snin, apparti li Alfred Sant kien involut fil-politika, kien ukoll involut hafna fil-gurnalizmu, letteratura u teatru. “Il-letteratura tinteressani hafna. Kont dejjem naqra, sa ma ddecidejt li nibda nikteb jien ukoll. Niftakar kont ktibt dramm li bih kont hadt l-ewwel premju. Ktibt drammi ohra waqt li kont barra minn Malta wkoll. Fis-snin sebghin kont waqaft nikteb drammi, u bdejt niffoka fuq proza u artikli ghall-gazetti. Fis-sena 1977 sibt ruhi Malta u bdejt inwassal gurnalizmu politiku ghall-partit Laburista”, beda jispjegali Alfred Sant.
Ta’ min jghid li Alfred Sant beda jinvolvi ruhu fil-politika mis-sena 1982, sakemm mis-sena 1996 sa 1998 serva bhala Prim Ministru ta’ Malta. Illum huwa deputat Laburista. B’hekk staqsejtu jekk illum ghandux aktar hin ghall-kitba u publikazzjonijiet godda aktar minn qatt qabel. “Il-progetti li ma stajtx inwassalhom qabel, issa qed niehu l-ispazju taghhom aktar”, wegibni.
Il-mobile jarah bhala fittagni
B’kurzita ridt inkun naf kif normalment iqatta’ l-granet tieghu ta’ matul il-gimgha. “Normalment nippjana skond il-bzonn. Il-granet tieghi ivarjaw bejn telefonati, kuntatti u parlament”, infurmani dlonk Alfred Sant.
Hawnhekk waqa’ d-diskors dwar it-telefonati u t-telefon cellolari. Peress li kont ghamilt kuntatt mieghu permezz tat-telefon tad-dar, bejni u bejn ruhi hsibt li forsi ma juzax it-telefon cellolari. Filfatt ikkonfermali li ghalkemm ghandu, pero ma juzahx, anzi l-bicca kbira tieghu jkun mitfi. “Il-mobile narah bhala fittagni. Nuzah biss waqt safar”, zied jghidli Alfred Sant.
Kelli hjiel li Alfred Sant ihobb hafna l-annimali tant li anke jrabbihom. B’hekk tkellimt mieghu dwar dan u kkonfermajt jekk ghadux irabbi annimali sal-gurnata tal-lum. “Kien hemm zmien fejn kelli hafna u hafna aktar annimali milli ghandi llum. Illum ghad ghandi xi ftit ‘l hawn u ‘l hemm bhal fniek, hamiem, tigieg, dundjani, fekruna, u xi summien. Nghid li huma mpenjattivi wisq, izda xorta ghal qalbi”, tbissem jghidli.
Iddiskutejt ma’ Alfred Sant dwar it-tlajja u nzul tal-hajja, u filfatt semmejtlu meta fis-sena 2007 kien dahal l-isptar fejn kien gie operat b’success minhabba kancer fil-musrana. Issa li ghaddew erba’ snin, ridt nara kif qed ihares lejn il-hajja llum. “Ghad jonqosni sena ohra biex inkun clear. Imma ovvjament qed inhares lejn il-hajja minn perspettiva differenti. Tigi kif tigi, l-hajja trid tkompli b’li toffri”, wegibni b’tant determinazzjoni Alfred Sant.
Fl-ahharnett ta’ din l-intervista, u ghan-nom ta’ dawk il-qarrejja li jsegwu l-kitba ta’ Alfred Sant, ridt inkun naf jekk hux bi hsiebu johrog aktar publikazzjonijet. Filfatt ikkonfermali li bhalissa qed ilesti rumanz bil-Malti, li ser ikun fuq linja differenti minn ta’ qablu.
Recent Comments