Isib karriera gdida fil-qasam tal-ispettaklu

Kien jilghab il-futbol, imbaghad thajjar jibda l-immudellar u dan l-ahhar qed sar attur u qieghed jidher f’diversi drammi televizivi lokali. Qed nirreferi ghal Andrei Grech. Iltqajt mieghu f’kafeterija f’Tas- Sliema, u nista’ nghid li kien puntwali hafna fil-hin. Mal-ewwel ilqajna lil xulxin b’mod tajjeb, tant li bdejna nitkellmu fuq diversi suggetti varji.
Andrei ghandu 25 sena, joqghod Hal Balzan u jahdem bhala electrician fejn ilu ghal dawn l-ahhar hames snin bil-kumpannija tieghu stess.
Minn sentejn ilu ’l hawn beda johrog ma’ Louise Ellul – wicc mhux gdid ukoll fuq it-televizjoni lokali. Bhala passatempi, Andrei ghandu ghal qalbu l-futbol, gym, safar u l-hwejjeg.
Jiddeskrivi lilu nnifsu ambizzjuz, cajtier u li ma jaqta’ qalbu minn xejn. Fil-fatt kull ma xtaq f’hajtu dejjem irnexxielu jakkwistah. Xhieda cara ta’ dan hija l-mod ta’ kif irnexxielu jidhol fid-dinja tal-immudellar.
Bhala xoghol fil-media lokali, ilu madwar tlett snin b’kollox. Hallejt f’idejh sabiex jehodni lura lejn il-bidunett tal-karriera tieghu.
“Qabel kont nilghab il-futbol ma’ Mosta FC u kien ilni nilghab ma’ dan il-klabb mindu kelli 11-il sena. Niftakar kont ghamilt sas-sena 2007 niggieled mieghi nnifsi fuq futbol injuries u kelli nieqaf. Wara dan kollu xtaqt li nibda esperjenza gdida u kif ukoll passatemp gdid, u kont iddecidejt li mmur nara l-Fashion Awards tal-2007. Niftakar li malli rajt dawk il-fashion shows, il-mudelli u l-atmosfera kollha, kont ghedt sa fl-ahhar sibt x’naghmel.
Fil-fatt kien proprju hawn li thajjart nibda nimmudella. Aktar u aktar meta kont rajt l-award tal-best male model of the year tiela’, bejni u bejn ruhi kont ghedt nahdem u nirsisti sabiex dak l-award is-sena ta’ wara nkun nominat ghalih u s-sena ta’ warajha jkun tieghi,” beda jghidli Andrei.
Kompla jghidli li ezatt wara li ghaddew il-fashion awards, kien ghamel ir-ricerka tieghu u beda jahdem hafna ma’ nies fl-istess qasam, specjalment ma’ Sue Rossi. Eventwalment kien hadem hafna reklami ghat-televizjoni, magazins, fashion shows, advertising campaigns u fuq programmi tal-moda. Beda jidhol jikkompeti fi beauty pageants, fejn irnexxilu jikseb xi unuri fosthom it-titlu Best Smile of the World.
Tilef opportunità tad-deheb
Andrei beda jirrakkuntali esperjenza minn hajtu fejn kellu x-xorti jahdem ma’ fotografu internazzjonali bl-isem ta’ James Hope f’Milan.
Minn Milan sab ruhu Ruma u kien hadem ma’ Icon Models Rome u Zoe Models, li huma l-aktar zewg agenziji tal-immudellar kbar f’Ruma. “Kien ta’ sodisfazzjon kbir ghalija li kont hemm, u kif kont hemm id-direttur ta’ Zoe Models, Domenico Cennamo, xtaqni nibda karriera fic-cinema f’Ruma.
Sfortunatament biex naghmel hekk kelli nitlaq l-business tieghi li kelli Malta sabiex nissettilja Ruma. Finalment kont qtajtha li ninzel lura lejn Malta, fejn eventwalment komplejt nimmudella u anke kelli x-xorta li niltaqa’ mat-tfajla tieghi, u allura kollox ma’ kollox dawn zammewni nibqa’ Malta.”
Jirnexxielu jirbah zewg awards
Wara sentejn xoghol fil-media bhal mudell, Andrei rnexxielu jirbah il-Best Male Model u Best Malta Photo Model 2009 fil-Malta Fashion Awards 2009. B’hekk Andrei qata’ x-xewqa li tant kien ilu jahdem, johlom u jirsisti ghaliha.
Ma waqafx hawn, anzi ried jiskopri avventura gdida, u filfatt bis-sahha tat-tfajla tieghu Louise, li kienet digà mdahhla fir-rectar, Andrei beda jinteressa ruhu fir-rectar ukoll. “Kont naghmel xi skripts maghha, u kont bdejt nattendi ghal xi auditions. Li nista’ nghid huwa li bid-determinazzjoni tieghi u bid-dedikazzjoni ta’ Louise rnexxieli nidhol fid-dinja tar-rectar.”
Fil-prezent qed jahdem parti ewlenija fuq dramm televiziv, u rajnih f’ohrajn qabel din ukoll. Xi haga gdida ghalih, u li ghalkemm ma rnexxilux jaghmilha f’Ruma, minn dan ix-xahar stess qed ikollu l-opportunità li jidher fuq il-lizar tac-cinema lokali ghall-ewwel darba f’film thriller lokali, ‘Ûvintura’.
Xi haga kompletament ‘il boghod mill-immudellar u rectar, ridt inkun naf l-opinjoni ta’ Andrei dwar id-divorzju f’Malta. Nghid id-dritt nahseb li hsadtu ftit, meta specjalment bhalissa aktar qed jiffoka fuq id-data tat-tieg tieghu ma’ Louise. Izda minghajr telf ta’ hin wegibni wkoll. “Divorzju u mhux, in-nies xorta qed jisseparaw. Li nista’ nghid li jekk jidhol id-divorzju f’Malta zgur li ser jonqos il-valur taz-zwieg. Haga ohra wkoll hi li fil-granet tal-lum ma nafx kemm koppja ser taffordja li taghmel zewg tigijiet, ghax niehu minni, qed naqdef mhux ftit ghal dan il-pass f’hajjti,” tbissem jghidli Andrei.
Ftakart li xi xhur ilu, kien deher fuq programm televiziv lokali jaghti l-proposta tieghu lil Louise. B’hekk staqsejtu x’hajjru jaghmel proposta daqshekk personali u importanti fuq it-televizjoni.
“Nemmen li hija okkazjoni unika u li trid tkun cert x’qed taghmel. Billi kemm Louise u anke jiena qeghdin it-tnejn li ahna fil-media, ghedt allura ghandha tkun xi haga specjali li naghmel din il-proposta fl-ambjent taghna t-tnejn,” spjegali Andrei.
Fl-ahharnett staqsejtu jekk hemm xi ispirazzjonijet lesti ghall-futur tieghu. “Bhalissa l-futur tieghi huwa dak li hemm miktub hemm fil-mument. Il-prijoritajiet huma z-zwieg, li nkabbar il-business tieghi u d-dinja tar-rectar li qed niffoka fuqha bhalissa,” temm jghidli Andrei.
Din l-intervista saret f’The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Sliema.
Recent Comments