Irabbi t-tifel wahdu u jixtieq id-divorzju

Bhalissa f’Malta hawn diskussjonijiet ghaddejjin dwar id-divorzju – jekk ghandux jidhol jew le.

Min jaqbel u min ma jaqbilx.  Jiena personalment nghid li naqbel.  Persuna ghandu jkollha t-tieni cans, aktar u aktar jekk din tkun dahlet f’xi massa inkwiet mhux tort taghha.
Il-personalità li tkellimt mieghu llum ukoll huwa favur id-divorzju.  Jason Caruana ghandu 35 sena.  Huwa missier Jurgen ta’ 11-il sena, u huwa sseparat.  Kien ilu erba’ snin mizzewweg – zwieg li eventwalment falla mhux tort tieghu.  Bi ftehim bejnu u bejn l-eks mara tieghu, l-ahjar soluzzjoni kienet li jrabbi lit-tifel taghhom – Jason wahdu.  Fil-fatt it-tifel ghadu fil-kustodja tieghu sal-gurnata tal-lum.

Iltqajt ma’ Jason f’kafeterija fil-pjazza tal-Mosta.  Kont ilu nafu hafna u fuq kollox nigu minn xulxin, allura t-tnejn li ahna konna komdi nitkellmu u niddiskutu dan is-suggett li tant huwa vast.

Jason jghix Birkirkara u jahdem fil-kumpanija tieghu stess fuq video filming u editing. Litteralment m’ghan-dux cans ghall-passatempi, ghax bejn xoghol, qadi, facendi, hrug u jiehu hsieb it-tifel, il-granet igerrbu wahda wara l-ohra.

B’kollox Jason ilu ghal dawn l-ahhar ghaxar snin jiehu hsieb u jrabbi lit-tifel tieghu wahdu. B’hekk ghandu f’idejh ir-responsabiltajiet kollha li jirrikjedi single father.  “It-tifel Jurgen dara mieghi biss.  Japprezza dak kollu li jien naghmel mieghu, tant li kull filghaxija qabel jorqod jiktibli kartolina kuljum bi kliem ta’ ringrazzjamenti, li jien dawn inzommhom kollha,” beda jirrakkuntali kuntent Jason.

Kif ghedt fil-bidu, Jason jaqbel mad-dhul tad-divorzju f’Malta.

Tlabtu jtini r-ragunijiet tieghu rigward dan.

“Naqbel iva li jidhol, ghal-iex jien naf minn xiex ghaddej u naf li garrabt maz-zmien u ghadni fil-fatt ingarrab.  Mhux veru li kif hafna qed jghidu d-divorzju jifred.  Koppja Maltija li tkun sejra hazin xorta tinfired permezz tas-separazzjoni.  Allura bid-divorzju u bla divorzju, xorta koppja mhux ser toqghod tistenna d-divorzju biex tinfired.  Fil-kaz tieghi ma naqbilx mal-annullament.  X’jigifieri koppja tizzewweg u meta jiehdu l-annullament daqs li kieku qatt ma sar zwieg, meta fil-verità zwieg ikun sar?  Bid-divorzju, l-individwu kkoncernat ikollu cans ta’ zwieg iehor,” beda jghidli daqsxejn imbaqbaq Jason.

Jittanta xortih ghal hafna drabi

Kont naf li wara z-zwieg, Jason kien ittanta xortih f’relazzjonijiet ohra, izda li ma rnexxewx.  Staqsejtu jekk ma jibzax li jerga’ jwegga’ ghal drabi ohra.  “Le, ma nibzax.  Wara z-zwieg, kont f’relazzjoni ta’ sitt snin.  Allura dak ghalija digà progress li minn erba’ snin relazzjoni, warajja kelli sitt snin relazzjoni, sentejn avvanz personali biex nghid hekk.  Nemmen li ghad insib mara li tkun the right one ghalija.  Fil-fatt ghadni nfittixha u le ma nibzax li nerga’ ningidem,” sostna mieghi Jason.

Iddiskutejt ma’ Jason dwar kemm hu difficli jew facli li jintrabat ma’ mara fil-prezent.  Fil-fatt sostna mieghi li huwa difficli ghaliex skont hu rari jiltaqa’ ma’ xi hadd bis-sens, fis-sens ta’ serjetà u mhabba vera.  “Però ma naqtax qalbi minkejja dan kollu.  Ninsab cert li din il-persuna x’imkien tinsab, imma fejn ghadni ma nafx,” tbissem jghidli.

Peress li Jason huwa missier li jrabbi lit-tifel wahdu, staqsejtu kif jirnexxilu jlahhaq max-xoghol, hrug, trobbija tat-tifel u facendi.  “Il-gurnata tieghi tibda mis-7am.  Nipprepara lit-tifel ghall-iskola, u nwasslu jien stess.  Immur l-ufficcju tieghi fejn naghmel sa xi 5pm.  Wara nitla’ d-dar insajjar, nghaddi l-hwejjeg u nitfa’ xi load ukoll.  Imbaghad jew inqatta’ l-hin mat-tifel jew ikolli xi qadi ta’ wara x-xoghol.  Generalment is-Sibt filghodu nhobb inzommu ghall-facendi, halli l-Hadd inkun liberu.  Nipprova nadatta hajti kif nista’,” spjegali Jason.

Iddiskutejt ma’ Jason il-vantaggi li persuni bhalu jistghu jakkwistaw mid-divorzju.  “Nemmen li persuni bhali ghandhom ikollhom id-drittijiet taghhom, bhalma fuq kollox koppji mizzewga digà ghandhom id-drittijiet civili taghhom.  Nishaq nghid li mhux veru d-divorzju ser ikisser iz-zwigijiet.  Sempliciment, jekk id-divorzju jidhol, ser ikun hemm u jekk tigi bzonnu tista’ tuzah.  Wiehed ma jistax jghid ghada f’liema pozizzjoni ser ikun u jekk hux gej bzonn id-divorzju. Lanqas jekk tkun koppja tajba, ghax jista’ jkun li t-tfal taghhom ghada pitghada jigi li jkollhom bzonn id-divorzju.”

Dwar kif ihares lejn it-tfajliet tal-lum, Jason ma xtaqx li jinftiehem hazin, però sostna mieghi li ftit hawn li huma mohhhom miftuh.  “Ma tantx hawn tfajliet li japprezzaw lis-sess oppost bhala persuna minnu nnifsu, izda jaraw biss l-affarijiet materjali tieghu.  Sfortunatament ftit huma dawk li veru japprezzawk bhala persuna biss,” kompla jelabora Jason.

Xtaqt inkun naf il-kummenti tat-tifel tieghu rigward ix-xewqat ta’ missieru Jason.  “Jurgen ghadda u garrab bhali, ovvjament bil-mod tieghu ta’ tifel li hu. Ghadu jwegga’ u jhoss meta jara lili mwegga’ jew imnikket.  Jurini b’mod car li jixtieq li jkollna mara tajba li tghix biss ghalina u maghna, izda min-naha l-ohra jifhem ukoll li mhux daqstant facli.  Fil-fatt meta gieli niltaqa’ jew inlaqqghu ma’ xi mara gdida jhobb jassigura ruhu mieghi li din tkun serja u li ma jkunx hemm irgiel ohra fin-nofs, sabiex it-tnejn li ahna ma nweggawx.”

Involut mal-moviment ‘Iva ghad-Divorzju’

Dan l-ahhar Jason gie msejjah mill-moviment ‘Iva ghad-Divorzju’ sabiex jinvolvi ruhu fi clips ghat-televizjoni u anke f’xi diskussjonijiet favur id-divorzju.  Talba li laqa’ bi hgaru ghax tant jixtieq li din il-holma titwettaq u tidhol f’Malta.

Fl-ahharnett tlabt lil Jason jghaddi messagg lill-qarrejja li specjalment ghadhom incerti mid-divorzju.

“Jien nghid hekk.  Min ma ghaddiex ma jistax jifhem lil min digà garrab, però ma tistax tghid jekk tigix bzonnu jew le, sahansitra anke uliedek. Jekk fil-prezent thobb lill-partner tieghek, ma jfissirx li ghada pitghada ma tistax tigi bzonnu, allura nifhem li ghandu jkun hemm ghal li jista’ jinqala’ fil-futur.  Inqisu bhala investiment, ghax la darba jkun qieghed hemm mhux ser jaffetwa l-hajja ta’ dak li jkun ghaddej tajjeb jekk dan mhux ser juzah,” rega’ sahaq u temm jghidli Jason.

Scroll to top