Boxer Malti b’licenzja professjonali Skocciza – Ramona Portelli Blog

Boxer Malti b’licenzja professjonali Skocciza

Illum il-gurnata l-istudenti ghandhom diversi ghazliet ta’ karrieri godda quddiemhom.Izda forsi ftit huma li joholmu li jista’ jkollhom karriera professjonali f’xi sport.Fil-fatt ghall-intervista tal-lum intervistajt zaghzugh – Daniel Micallef li ghazel li jaqbad il-linja ta’ boxer professjonali.

Sirt naf b’Daniel bis-sahha tal-kugin tieghu, Rodnick.

Daniel ghandu 25 sena, joqghod Haz-Zabbar u l-aktar li ghandu ghal qalbu huma l-boxing u z-zfin breakdance. Fil-fatt jaghmel parti mill-grupp lokali taz-zfin – Sharks on Earth.

Iltqajt ma’ Daniel f’kafeterija l-Mosta, u hsibt li ser insib guvnott fuq tieghu, izda bil-kontra Daniel huwa guvni pjuttost misthi. Fil-fatt ikkonfermali hu stess li ghandu karattru kwiet u misthi ghall-ewwel, izda fejn jidhol tahrig jiehu l-ewwel ghax jidhol b’ruhu u b’gismu.

Daniel jilghab il-boxing bil-laqam tieghu ‘spider’. Ghazel dan il-laqam ghax iqabblu hafna mal-istil tieghu fejn ghandu tattika li jhobb isakkar lill-opponent tieghu go rokna u minhabba wkoll li ghandu tattoo b’forma ta’ brimba.

Fost il-gimgha lil Daniel issibu gewwa l-gym ta’ huh ghaddej bit-tahrig tieghu ta’ kuljum, anzi tlett darbiet kuljum. Staqsejt lil Daniel kif thajjar jibda jittrenja l-boxing u mhux xi sport iehor.

“Gietni din il-hajra ghax kont mort nara loghba tal-boxing li kienet saret hawn Malta stess. L-ghada mort sibt gym u bdejt mal-ewwel bit-tahrig tieghi. Wara li kont kwazi ghalaqt tlett xhur nittrennja, kont tghallimt l-affarijiet bazici.

Darba hija kien heggigni nkellem lil Vince Bongalias. Kont ghamilt sena u nofs nittrenja mieghu, training iebes immens u kellu dixxiplina kbira, u l-livell tieghi kiber hafna, tant li rnexxieli nonqos mill-piz li kelli, u minn 96 kilo inzilt ghal 69 kilos.

Wara li Vince Bongailas sfortunament waqaf u ma baqax jghallem, bdejt l-ewwel glieda amateur tieghi f’Cipru ma’ tim maghzul minn Malta. Wara Bongailas sibt l-ghajnuna ta’ hija Edwin, fejn komplejt mieghu fuq training intensiv kif ukoll ma’ hija l-iehor Bernard,” beda jirrakkontali Daniel.

Nitkellem mieghu dwar ir-riskji li fih il-boxing. Daniel jigbidli l-attenzjoni billi jirrimarkali li kull sport fih ir-riskji tieghu. “Waqt professional fights nuza defence tajba u allura nevita certu tbengil u cuts. Il-koncentrazzjoni tilghab parti krucjali f’loghob importanti fuq livell professjonali, u b’hekk it-training li niehu qabel, sabiex inkun ippreparat ghal kollox. Inzid nghid ukoll li qabel u wara kull loghba jiccekkjani tabib fejn jivverifika li nkun tajjeb u anke jikkurani jekk ikolli bzonn”.

Boxing professjonali

Daniel ilu b’kollox jittrenja l-boxing ghal dawn l-ahhar erba’ snin. Jilghab professjonali, ilu minn Lulju li ghadda. F’Settembru li ghadda laghab l-ewwel loghba boxing professjonali tieghu. Ghalkemm ma rebahx, xorta wahda laghab loghba tajba fuq livell gholi. Tlabtu jirrakkontali l-bidu tal-avventura tieghu qabel ma sar boxer professjonali.

“Sabiex ksibt il-licenzja professjonali kelli mmur l-Iskozja ma’ hija. Fi kliem iehor jien boxer Malti. izda li nirrapprezenta lill-Iskozja. Niftakar iltqajna mal-manager u promoter, u kelli diversi fazijiet differenti go gyms diversi.

Fl-ewwel fazi kont mort tajjeb; kien jonqos it-tieni fazi sabiex id-decizjoni tghaddi minn idejn bord tal-organizzazzjoni. Lura Malta nsir naf li kont ghaddejt minn din il-fazi wkoll. Kien jonqosni t-tielet fazi li kienet tikkonsisti f’ezamijiet medici. Fil-fatt kellna nergghu nitilghu l-Iskozja minhabba dawn l-ezamijiet, u kif sabu li kollox sew, stajt niffirma l-kuntratt sabiex nibda nilghab professjonali ghalihom,” spjegali kuntent Daniel.

Hajtu kollha ghall-boxing

B’hekk illum Daniel qed jghix hajtu ghal kull glieda li jkun imissu. Fil-fatt jikkalkula li jmissu glieda kull xahar, bit-tieni wahda tieghu li saret fit-28 Ottubru li ghadda, fejn mar tajjeb hafna u gie vicin tal-avversarju tieghu.

Niddiskuti aktar fid-dettall dwar il-licenzja professjonali ta’ boxer li ghadu kif jakkwista. Fil-fatt ridt inkun naf jekk din tkunx eterna jew tkunx trid li tiggedded minn zmien ghal zmien.

“Il-licenzja valida ghal dejjem. Titnehha biss f’kazijiet ta’ injury, kazijiet mal-pulizija jew drogi u ovvjament meta tilhaq certu età kbira. Kull certu snin jergghu jsiru xi ezamijiet medici sabiex jikkonfermaw is-sahha tal-boxer”, spjegali Daniel.

Bhalissa Daniel jilghab fil-kategorija Welterweight. Prat-tikament hawn Malta, Daniel ikun qed jistenna li jghajjtulu ghall-fights li jkun imissu. Sadanittant ma jkunx wieqaf, anzi jkun ghaddej bit-tahrig tieghu fil-gym ta’ huh.

“Inkun ghaddej training tlett darbiet kuljum, ta’ siegha kull sessjoni, li jfisser tlett sighat kuljum. Meta tkun qed toqorbli loghba, inzid it-training, u jibda jkun ta’ saghtejn kull darba, li jigi ghal sitt sighat kuljum. Però fl-ahhar gimgha ta’ qabel il-loghba professjonali jkolli nerga’ nnaqqas. Din id-dixxiplina tghinni hafna,” zied jghidli Daniel.

Tlabtu jispjegali dawk il-mumenti tieghu waqt li jkun fir-ring, qabel kull loghba boxing. “Inkun ecitat waqt li jkunu qed jaghmluli l-faxex ma’ jdejja. X’hin nitla’ fir-ring, nikkalma. Jigi r-referee jfakkrek fir-regolamenti, iddoqq il-qanpiena u hemm ninsa kollox. Ninsa n-nies kollha ta’ quddiemi u nikkoncentra biss fuq il-glieda,” spjegali Daniel.

Sirt naf li l-boxing professjonali huwa aktar ibbazat fuq l-aggressività milli t-teknika. Fil-fatt Daniel ikkonfermali dan u zied jghidli li aktar ma jaghti daqqiet aktar ikun ahjar. “Kelli nadatta teknika gdida, peress li qabel ma kontx professjonali, imma nista’ nghid li drajt ukoll.”

Wasalt lejn l-ahhar ta’ din l-intervista ma’ Daniel. Irringrazzjajtu talli kien telaq mill-gym sabiex gie jiltaqa’ mieghi ghal din l-intervista u qalli li jixtieq li l-boxing lokali jinghata aktar prominenza.

Scroll to top