Awtur bi progett uniku ghal Malta
Hafna huma dawk li jaghmlu ricerka intensiva fuq sug-getti varji. Hemm min jaghmel dan ghall-informazzjoni personali tieghu, u hemm min sabiex jaghmel uzu minn xi skoperti milli jkun qara dwar-hom. Ohrajn mill-istess ricerka, jahdmu sabiex jghadduha lil haddiehor permezz ta’ kitba ohra. Fil-fatt ikun minn hawn li jibdew ifaqqsu diversi kotba fis-swieq mondjali.
L-awtur li ntervistajt illum ma kinitx l-ewwel darba li ltqajt mieghu, ghaliex propju xahar ilu ppubblika t-tieni ktieb tieghu. L-ewwel wiehed kien ‘Seltemedas’ u issa ghadu kif hareg ‘The Bible Paradox’.
Kevin Falzon ghad ghandu 34 sena. Ihobb igemma’ armi antiki, u fil-fatt hass l-imhabba tieghu lejn l-istorja tizviluppa meta hareg il-film Brave Heart fis-sena 1995. Kevin ilu jikteb ghal dawn l-ahhar hdax-il sena. Passatempi ohra tieghu jinkludu arti bil-lapes, gibs u faham, kif ukoll xi ftit avventura ma tonqosx.
Dubji u irritazzjoni kbira tal-awtur
Bdejt billi staqsejtu x’hajjru jippubblika t-tieni ktieb tieghu. “Dubji u irritazzjoni kbira. Ezempju fil-passat insibu li l-bniedem kien ilu jinqeda bir-religjon, perezempju l-invazjoni fanatika tal-Art Mwieghda fl-ewwel Krucjata ta’ 1096-1099 WK. Dan il-fanaticizmu qattil, jekk wiehed jinnota, kien gej kollu mill-Knisja Kattolika.
Avvenimenti kontradittorji religjuzi lili personali jirritawni u jgeghluni ninvestiga. Kienu grajjiet bhal dawn u interpretazzjonijiet zbaljati tal-Bibbja li wassluni biex nikteb ktieb ta’ dan it-tip,” beda jfissirli Kevin.
Xi whud, forsi l-ktieb ‘The Bible Paradox’ jistghu jsibuh bhala xi ftit kontroversjali. B’hekk tlabtu spjegazzjoni cara tal-istess ktieb. Hawnhekk Kevin sahaq li fil-fehma tieghu, r-religjon hija semplici hafna.
“Biex bniedem jghix hajja tajba m’hemmx ghalfejn jattendi quddies, jaghmel sagrificcji, u sawm ecc. F’Mattew Kapitlu 6, Gesù stess jghallem biex persuna ma timitax lil dawk l-ipokriti li jhobbu jidhru fis-sinagoga waqt it-talb taghhom. Imma meta thoss li ghandha titlob, persuna taghmel dan gewwa kamritha ghall-kwiet. Fit-Testament il-Qadim nsibu li l-gurnata tas-Sabbath hija meta Alla strah.
Fi zminijiet tal-qedem din il-gurnata gabet maghha konsegwenza li matulha l-ebda forma ta’ xoghol ma kien permess. Min jikser din ir-regola tas-Sabbath kienet xi drabi tidhol il-piena tal-mewt. Ghal Gesù dan kien ksur tad-drittijiet umani. Fil-fatt, Kristu lill-Farizej qalilhom li s-Sabbath mahluq ghal bniedem, mhux il-bniedem ghas-Sabbath.
Hawn nindunaw kemm l-awtoritajiet religjuzi kienu zbaljati. Gesù hadem biex jedukahom, u minflok semghu minnu, qatluh. L-ironija hija li 292 sena wara l-mewt ta’ Kristu, l-istess instituzzjoni religjuza (b’isem differenti), habbret li Kristu huwa t-tifel ta’ Alla! Fil-ktieb jien nanalizza l-kredibbiltà religjuza, u nqanqal mistoqsijiet li fost dan in-nazzjon Kattoliku hadd m’ghandu l-hila jistaqsi. L-istudju tieghi jispjega, minn aspett xjentifiku, min hu Alla, kif il-bniedem gie mahluq u ghal liema raguni.”
Kif qalli Kevin stess, din l-analizi tal-Bibbja tiehu lill-qarrej fi zminijiet remoti u tispjegalu li l-allat mitologici, jew E.Ts skont diversi sorsi, kienu nies tad-demm u l-laham li jixbhu lilna (jew ahna nixbhu lilhom) – nies teknologikament ferm avvanzati li 6000 elf sena ilu ghallmu lill-bniedem l-Astronomija, l-Matematika u l-Geometrija fost hafna ohrajn.
“F’dan il-ktieb wiehed isib similaritajiet li hemm miktuba fl-iskritturi Bibblici u dawk pagani fejn nsibu li Alla seta’ kien wiehed minn hafna E.T.s u li t-tfal tas-sema (E.T.s) ghamlu s-sess ma’ nisa tad-dinja. Skont il-ktieb tal-Genesi, in-nisa welldu kreaturi ta’ statura gganteska li l-Bibbja ssejhilhom “Nephilim” u “Anakim”. L-isem Ebrajiku “Anakim”, interpretat (Anunaki) bil-lingwa Iraqina Qadima, jissema wkoll fl-iskritturi Sumeri, skritturi li huma 3000 elf sena eqdem mill-kotba Bibblici”, kompla jelabora mieghi Kevin hekk kif kien jidher li dahal u nvestiga dan is-suggett fil-fond.
Bla dubju ma stajtx ma nistaqsix lil Kevin ghal liema religjon jappartjeni. “Onest-ament, ir-religjon ma tinfluwenzalix hajjti. Imma nemmen li Gesù kien bniedem ta’ inspirazzjoni enormi. L-impatt li halla wara mewtu kien, ghadu u ser jibqa’ jinhass. Gesù ghalija huwa l-akbar ghalliem tal-passat, tal-prezent u tal-gejjieni.”
Kif beda jispjegali Kevin stess, ‘The Bible Paradox’ huwa progett uniku ghal Malta. Fi kliem iehor, esperjenza ferm differenti. Ir-ricerka li ghamel Kevin ma kinitx ta’ risposta ghad-dubji tieghu, anzi aktar ma beda jidhol fil-fond u jiskopri affarijiet, aktar sab ruhu b’dubji godda u b’kurzità akbar minn qatt qabel. “Nammetti li matul is-snin ta’ ricerka ltqajt ma’ diversi skripts, kemm Bibblici kif ukoll pagani, li gabuli ghajnejja wara widnejja.
Meta bdejt niskopri fuq ic-civiltà ta’ Atlantis, kif inbnew il-piramidi ta’ Giza u kif 6000 elf sena ilu l-bniedem kien digà espert f’suggetti li studenti llum jitghallmuhom l-Università. Fil-bidu ma ridtx nemmen, izda meta vverifikajt li dawn il-grajjiet huma kkonfermati minn studjuzi ta’ fama internazzjonali, hassejt li kelli nemmen.”
Waqt li Kevin kien qed jaghmel ir-ricerka tieghu ghall-ktieb, iltaqa ma’ xi bibien maghluqa f’wiccu. Tlabtu jelabora aktar u jaqsam mieghi t-tip ta’ problemi li ltaqa’ maghhom.
“Nimmagina li kulhadd jaf li l-gzejjer Maltin ghandhom rabta antika mar-religjon Kattolika. Kullhadd jaf ukoll li meta wiehed isemmi l-knisja jew ir-religjon jibdew jishnu l-irjus. L-ahhar intervista li kelli fuq stazzjon televiziv, il-prezentattrici staqsitni jekk il-ktieb tieghi kienx jaghmel l-istess impatt li kieku gie ppublikat barra minn Malta.
“Ovvja li le,” irrispondejt. Fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit, kotba ta’ dan it-tip jigu ppublikati sena wara ohra. Hawn Malta qatt ma gie ppubblikat studju bhal dan. Fil-fatt, meta kkuntattjat l-ewwel persuni sabiex niddiskuti l-pubblikazzjoni tal-ktieb, ir-risposta taghhom kienet hekk:- ‘Ahna ma nippubblikawx kotba ta’ dan it tip.’ Kienet glieda. Imma, kif jghidu, ‘Min jaqta’ qalbu jmut!’”.
Xtaqt nivverifika punt ma’ Kevin dwar il-ktieb tieghu stess. Fil-fatt ridt inkun naf jekk ‘The Bible Paradox’ imurx kontra t-taghlim Nisrani. “Malli wiehed jiftah il-ktieb l-ewwel li jsib huma kwotazzjonijiet ta’ tifhir lil Gesù Kristu. Kif digà spjegajt, jien ma nsib l-ebda diffikultà nesprimi ruhi fuq dan is-suggett ghaliex jien bil-ktieb tieghi ma qtilt jew hqart lil hadd, kif ghamlet il-Knisja fl-antik.
Fil-ktieb nikkritika l-fatt li l-Knisja tghozz il-Bibbja bhala ktieb sagru li fil-verità tinkludi politika korrotta, dittatura, gwerer u massakri tal-innocenti ecc. Il-Knisja tghallem li l-Bibbja hija l-Kelma u r-Rieda ta’ Alla; fi kliem iehor, il-genocidji u l-gwerer mqaddsa hu dak li Alla ried?”
Il-messagg finali ta’ Kevin fl-ahhar tal-intervista kien, “Fil-Medju Evu l-Knisja qatlet, ittorturat u ghamlet kollox sabiex il-kelma ta’ Alla tigi accettata u emmnuta. Illum, grazzi ghat-taghlim ta’ Gesù, l-bniedem ghandu l-libertà li jesprimi ruhu b’mod morali, u jemmen dak li jrid minghajr ma jigi mhedded. Il-Bibbja ghalija mhiex ktieb sagru imma sors ta’ informazzjoni kbira. Sfortunatament din l-informazzjoni qed tigi misinterpretata u mohbija mill-poplu. U jien nistaqsi – ghal liema raguni?” temm jghidli Kevin.
Aktar informazzjoni dwar Kevin Falzon u l-kotba tieghu, tista tinkiseb minn fuq www.seltemedas.com
Recent Comments