Tuza l-arti biex tahrab mir-realtà – Ramona Portelli Blog

Tuza l-arti biex tahrab mir-realtà

Normalment persuna minn ckunitha turik dak li tkun tixtieq taghmel fil-futur taghha.  Hawn min jizviluppa l-hiliet tieghu maz-zmien ftit ftit, u hawn min ukoll ma jitlifx hin u jibda jirsisti fuq il-progetti li jkun hemm fil-mohh ta’ dak li jkun.

Fil-kaz tal-personalità tal-lum, Bernice Buhagiar, uriet ix-xewqa taghha li tpingi minn ckunitha.  Fil-fatt illum t’età pjuttost zaghzugha, ser ittella’ l-ewwel esebizzjoni solo taghha. 
Iltqajt ma’ Bernice fil-kafeterija ta’ lukanda f’Tas-Sliema.  Insibha tistennini bil-herqa, u fil-fatt minghajr telf ta’ zmien poggejna madwar mejda u bdejna nitkellmu fuq diversi affarijiet.

Bernice ghandha 22 sena, toqghod Haz-Zabbar u tahdem bhala kindergarten teacher.  Apparti dan, qed tistudja part-time fil-kors tal-B.Educ. Tid-deskrivi lilha nnifisha bhala dinamika, dejjem okkupata, u fl-istess waqt sensittiva. 

“Propjament l-anqas niehu kopja tieghi nnifsi.  L-arti nuzaha bla sors biex nahrab mir-realtà tal-hajja.  Inhoss li l-arti tifhimni.  Fil-fatt l-aktar li npingi huwa meta nkun konfuza, imdejjqa jew irrabjata, u dan generalment l-aktar ikun jew bil-lejl jew kmieni filghodu. L-arti naraha tohrog espressiva aktar, u f’dawn il-mument nidhol f’dinja ohra,” bdiet tghidli Bernice.

Bernice minn ckunitha uriet interess fl-arti.  Bi tbissima, rrakkuntatli kif meta kienet zghira kienet thazzez fuq il-hitan tad-dar u taht l-imwejjed.  Kienet tosserva u tinnota, tant li ta’ sitt snin bdiet tattendi ghal xi lezzjonijiet tal-arti. Temmen li wiehed jitghallem mill-esperjenza. specjalment bl-esperimenti.

Staqsejtha jekk thossiex li ghadha zghira ghall-ewwel esebizzjoni taghha jew jekk fuq kollox thosshiex li lahqet il-livelli kollha mehtiega. 

“Zgur li le.  Taf kemm taf, qatt ma taf kollox. Nammetti li ghadni zghira, izda min-naha l-ohra kuntenta li l-holma tieghi qed titwettaq.  Inhoss li bhala artista ghandi bizzejjed x’noffri.  Apparti dan inhoss li bl-arti tieghi nista’ nkun ta’ riflessjoni ghal haddiehor. Bl-arti tieghi nista’ nghaddi messagg indirett lil kull min isegwiha.  Jiena persuna li nobghod l-egoizmu, u bl-arti tieghi nohrog din ir-rabja minn gewwa fija,” spjegatli Bernice.

Ziedet tghidli li ma thobbx tibda oggett u titilqu minghajr ma tlestih.  Anzi tippreferi li jekk bdiet xi bicca arti llum, tipprova li tlestiha fi zmien qasir, sabiex ma titlifx mill-muza taghha.  Kif stqarret f’din l-intervista stess, Bernice tobghod l-egoizmu.  Apparti dan, ma thobbx tahli l-hin minn hajjitha. “Nipprova niehu li nista’ minn kull sekonda tal-hajja.”

Fil-fatt filghaxijiet Bernice taghti xi lezzjonijiet tal-arti u crafts lil tfal zghar, tant li maghhom issostni li titghallem hafna.  “L-aktar li jispirani fit-tfal huwa l-process li jiehdu sabiex joholqu xi tpingija. Tant jispirawni li mhux l-ewwel darba li jdahhluni f’immaginazzjoni shiha li nizviluppaha fl-arti tieghi stess”, tbissmet tghidli.

Esebizzjoni Solo – Emerging

Kuntenta li l-holma taghha bdiet issir realtà, Bernice jumejn ilu fethet l-ewwel esebizzjoni solo taghha, taht l-isem ta’ Emerging.  Ghandha ghaddejja sat-3 ta’ April, u qed tittella’ fl-Auberge de France, fil-Birgu, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-istess post.

Ghal Bernice l-arti tant hija personali li thossha ttiha l-hajja mill-gdid.  Tant hu hekk, li l-arti ttiha dak l-izvog li mhux dejjem issib soluzzjoni sabiex tesprimiha.  Mitluba tghidli kif skoprit dan il-metodu gewwa fiha, Bernice wegbitni, “Fil-bidu l-arti kienet biss passatemp ghalija.  Maz-zmien bdejt inhares lejha mod iehor.  Mhux biss bdejt insibha bhala skop ta’ espressjoni, izda anke bhala skop ta’ mistrieh.  L-arti hija festa ghall-ghajnejn ta’ persuni li japprezzawha.  Meta nlesti bicca arti, personalment inkun qed nara certu stampa, li l-istess stampa nkun irridha tigi trasmessa fuq haddiehor.”

Fl-ahharnett staqsejtha ghan-diex xi pjanijiet futuri lesti ghaliha.  Fil-fatt stqarret mieghi li mohha l-hin kollu jkun ghaddej, tant li ghandha djarju fejn tikteb lista ta’ affarijiet li tkun tixtieq twettaq. 

“Peress li l-arti hija l-unika zvog tieghi, ovvjament nixtieq li nibqa’ ghaddejja bl-arti u xewqa partikolari ohra hija li maz-zmien ntella’ aktar esebizzjonijiet,” temmet tghidli fit-tmiem ta’ din l-intervista maghha.

Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Tas-Sliema.

Scroll to top