Partecipant tal-gostra sa minn ckunitu

Niftakarni meta kont izghar u kont nattendi ghal xi whud mill-festi lokali mal-genituri tieghi, kienet l-ghaxqa tieghi li nsegwi xi gostra maghhom. Kont naffaxina ruhi nara lill-guvintur u l-irgiel partecipanti jigru dik il-girja shiha jippruvaw ma jizolqux minn fuq l-injama. Xi haga li ghadni nammira u nsegwi sal-lum il-gurnata!!
Ghal din l-intervista tal-lum, kelli quddiemi partecipant zaghzugh tal-gostra li anke kellu xi successi fiha. Duncan Muscat ilu jipprattika l-gostra minn mindu kellu tnax-il sena. Fil-fatt isostni li n-namra lejn il-gostra tkun xi haga naturali go dak li jkun.
Duncan ghandu 28 sena, u huwa missier ta’ tifel wiehed. Ghal qalbu ghandu ovvjament il-gostra u l-futbol. Huwa mill-Imsida u jahdem bhala delivery man. Ta’ min jghid li m’ghandu l-ebda familjari li kienu jippartecipaw fil-gostra qabel, ghalkemm ix-xewqa tieghu hi li t-tifel tieghu jsegwi l-istess passi tieghu.
Stajt ninnota li Duncan huwa xi ftit misthi ghall-ewwel, sakemm imbghad jaqbad ir-ritmu ma’ dak li jkun, specjalment meta bdejt inkellmu dwar il-gostra bhal donnu nesa l-misthija kollha u qabad ritmu kontinwu. “Meta kont zghir niftakarni kont nahrab lill-genituri tieghi biex inmur il-gostra. Taf int mrobbi l-Imsida u allura twelidt vicin hafna tal-gostra,” beda jghidli Duncan.
Staqsejtu xi kemm ikun ilu jipprepara ruhu qabel kull gostra, u Duncan wegibni precizament hekk, “L-ebda preparamenti ma naghmel ghaliha. Tasal il-gimgha taghha u daqshekk, tigi kif tigi dak il-hin,” wegibni bi tbissima filwaqt li kkonfermali li fl-istess gimgha tal-festa jkun ghaddej fuq dieta.
Nitkellem ma’ Duncan dwar ir-riskji li jista’ jkollhom partecipanti bhalu tal-gostra. Fil-fatt jigbidli l-attenzjoni li jista’ jkun hemm kull tip ta’ riskju u perikli ohra. Wiehed facilment jikser il-geddum jew xi widna. Infatti Duncan irrakkontali kif madwar sentejn ilu kien wegga t-tambur ta’ widnejh. “M’ghandek xejn safety. Anzi tista’ twegga facilment,” sostna mieghi Duncan.
Komplejt fuq l-istess suggett u ddiskutejt mieghu dwar il-fatt li gieli kien hemm korruti bil-gostra, kif ma jbezzghux. “Kif ghedt fil-bidu, din tal-gostra tkun xi haga go fik. L-istess bhad-dilettanti tan-nar, jibqghu jipprattikaw in-nar, ghalkemm jafu li fih il-perikli tieghu. Bil-gostra naf li tiela’ fizikament tajjeb u nista’ ninzel lura b’xi erba’ punti. Il-gostra l-istess bhal-lotterija – skond kif tigik”, fissirli Duncan b’tant determinazzjoni u dedikazzjoni ghall-gostra konxju mill-perikli kollha li tista’ ggib warajha.
Premijiet u bnadar
Dawwart id-diskors dwar il-premijiet abbinati mar-rebh tal-gostra, kif ukoll mat-tlett bnadar differenti li jkun hemm imwahhla mal-injama tal-gostra. Fil-fatt Duncan aggornani li l-premijiet jkunu tazzi, u li l-bnadar generalment ikunu wahda li tirraprezenta l-festa tal-Imsida, ohra safra ghall-Papa u l-ohra ta’ Malta.
“M’hemm l-ebda regola ta’ kif ghandhom ikunu l-bnandar. Dawn jirrapprezentaw it-tielet, it-tieni u l-ewwel prempju.”
L-akbar unur li kiseb Duncan s’issa kien fis-sena 2009, meta l-gostra li saret f’dik is-sena kien rebahha kollha kemm hi bi tlett bnadar. B’hekk tlabtu jghaddili xi kummenti dwar din l-esperjenza. “Hija xi haga kbira hafna ghalija. Anke qed insemmugha issa, jaqbadni l-bard niftakar fiha bil-ferh u ecitament li kont ksibt. Barra minn hekk li jitnizzel ismi fuq ix-shield hija xi haga akbar ukoll ghalija. Il-holma tieghi hi meta t-tifel jikber ftit iehor forsi jithajjar isegwi l-passi tieghi fil-gostra.”
Unuri ohra li kiseb Duncan kienu fis-sena 2004 fejn kien rebah l-ewwel u t-tielet post fil-gostra tal-Imsida, u fl-istess sena wkoll però fil-gostra ta’ Birzebbuga fejn kien ha t-tieni u t-tielet premju. Sentejn wara, fis-sena 2006 kien ha l-ewwel, u darbtejn it-tielet fil-gostra tal-Imsida u ricentament s-sena l-ohra kien gie t-tielet fil-gostra li kienet saret f’Bugibba.
Barra dan kollu, Duncan huwa nvolut aktar fil-gostra. Fil-fatt huwa wkoll is-segretarju tal-Ghaqda Msida ˝ostra. L-involviment tieghu jikkonsisti f’laqghat meta tkun qed toqrob il-festa tal-Imsida. Barra minn hekk, flimkien ma’ shabu jiehu hsieb jikkuntattja avvenimenti specjalment dawk li jorganizzaw il-kunsilli lokali, sabiex jinvolvuhom bil-partecipazzjoni tal-gostra. “L-ghan tieghi u ta’ shabi tal-gostra huwa li nohorgu ‘l barra mill-Imsida.
Nixtieq li l-kultura tal-gostra titqajjem aktar, u mhux tibqa’ biss ta’ ftit jiem fis-sena ghall-festa biss. Ricentament, is-sena l-ohra, l-kunsill ta’ San Pawl il-Bahar fost attivitajiet ohra kien involvina. Nixtieq li aktar irhula jinteressaw ruhhom fil-gostra sabiex fuq kollox inzommuha attività hajja,” sahaq Duncan.
Ridt inkun naf min l-aktar li japprezza l-gostra, jekk hux il-Maltin stess jew it-turisti. Duncan fil-fatt wegibni li fl-opinjoni tieghu jahseb li kemm il-Maltin u anke t-turisti japprezzawha l-istess. “Ghall-Maltin il-gostra hija tradizzjoni antika, filwaqt li ghat-turist hija xi haga gdida. Li nista’ nghidlek huwa li fl-Imsida, l-gostra ilha ssir madwar 120 sena.”
Xtaqt nara jistax jizvela xi sigriet tal-gostra, bhal per ezempju jirrikjedix girja b’sahhtu kollha lejn l-injama, jew jekk fuq kollox iridx jehodha bil-mod. “Hemm tnejn affarijiet li tehtieg ghall-gostra. Dawn huma s-sahha u l-bilanc,” tbissem jghidli Duncan bla ma elabora aktar.
Gostra: Injama u tahlita ta’ xaham
B’kurzita ridt inkun naf precizament minn xiex tkun maghmula l-gostra apparti l-injama u x-xaham. B’sens ta’ umorizmu, Duncan staqsini jekk verament ridtx inkun naf id-dettalji kollha precizi, specjalment minn xiex inhu maghmul ix-xaham li jintuza. Jien urejtu li kont lesta nisma’, u hawn huma l-ingredjenti li jkun fih ix-xaham li jintuza ghall-gostra.
“It-tahlita tax-xaham ikollha palm tal-bajtar u xaham tal-annimali. Dawn jigu mdewwba fuq in-nar u jizdied maghhom grease tal-karozzi, sapun, diesel u kull oggett iehor li jizloq. Fl-ahhar tizdied ftit smieda sabiex it-tahlita tghaqqad ftit. Wara t-tahlita kollha tigi ffrizata u tinhareg mill-friza filghodu f’dik l-istess gurnata tal-gostra,” spjegali fid-dettall Duncan.
Ghal dawk li jinteresshom isegwu l-gostra ta’ din is-sena fl-Imsida, l-programm huwa kif gej:- Is-Sibt 9 Lulju, Hadd 10 Lulju u l-Gimgha 15 Lulju fis-6.30pm, kif ukoll is-Sibt 16 Lulju u l-Hadd 17 Lulju fis-6pm kollha fl-Imsida stess.
Duncan temm din l-intervista mieghi billi heggeg lill-qarrejja tal-KullHadd imorru jaghtu s-sapport taghhom. “Nghid ukoll li ghandi l-unur li qed nipprattika xi haga antika u li qed nghixha fil-mument, u nixtieq, anzi nitlob lil Alla li sakemm jikber it-tifel tieghi, l-gostra tkun ghadha ghaddejja u kemm jista’ jkun tintiret minn generazzjoni ghal ohra”, temm jghidli Duncan.
Recent Comments